Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet li nstemgħu quddiem l-iStatementing Appeals Board bejn Jannar 2014 u Settembru 2014? Minn dawn kemm kien in-numru ta’ każijiet li għalihom l-iStatementing Appeals Board biddel deċiżjoni oriġinali meħuda mill-iStatementing Moderating Panel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2014 l-Appeals Board ra total ta’ 68 każ. Minnhom kien hemm 49 każ fejn saru xi tibdiliet li mhux bil-fors kienu fis-support tal-LSA imma tibdiliet għal servizzi oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux qed jagħmel użu minn konsulenti? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra lista ta' dawn il-konsulenti, informazzjoni dwar is-servizz offrut minnhom u anki s-salarju u perkaċċi li qed jingħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu s'issa u sa mill-bidu ta' din is-sena skolastika biex tiġi implimentata l-istrateġija dwar l-illitteriżmu fl-iskejjel statali, tal-Knisja u indipendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex tfasslet minn gruppi ta’ ħidma li kellhom rappreżentanza tas-setturi kollha involuti fil-litteriżmu fosthom l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Ix-xogħol li sar minn meta tnediet l-Istrateġija huwa:
1) Saru laqgħat ta’ koordinament fuq il-miri u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija mas-setturi differenti .
2) Twaqqfu t-Timijiet tal-Litteriżmu għal kull Kulleġġ tal-iskejjel tal-istat u bdew il-ħidma tagħhom, fost oħrajn, biex ikun hemm koordinazzjoni tal-inizjattivi favur il-litteriżmu.
3) Saret enfasi u se tkompli ssir enfasi fuq il-programmi għall-Ewwel Snin biex nassiguraw li t-tfal ikollhom bażi soda tal-litteriżmu, fosthom bil-programm Aqra Miegħi/ Read with Me.
4) Qed jiġu msaħħa l-libreriji tal-klassi biex it-tfal ikollhom aċċess usa’ għall-kotba xierqa għalihom, ngħidu aħna, bil-programm Aqra kemm Tiflaħ – Mobilisation of classroom libraries.
5) Saru numru ta’ laqgħat għall-uffiċjali edukattivi, il-kapijiet tad-Dipartiment tal-Litteriżmu, l-għalliema tal-Litteriżmu kif ukoll l-għalliema komplimentari ta’ kull Kulleġġ, f’Malta u Għawdex.
6) Tnieda l-programm Reading Champions għall-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti biex jiżdied il-qari tal-istudenti fil-livell sekondarju.
7) Tfassal pjan kif l-iskejjel jistgħu jkunu aktar aċċessibbli għat-tfal diżlessiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema, LSAs u studenti li minn Ottubru se jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-proġett pilota dwar l-użu tat-tablets? Minn dawn kemm ġejjin minn skejjel statali, tal-Knisja u indipendenti ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' għalliema, LSAs u studenti li qed jieħdu sehem fil-Proġett Pilota bit-Tablets bħala parti mill-inizjattiva 'One Tablet Per Child' huwa kif ġej:
Skejjel
Għalliema
Għalliema Riserva
LSAs
Studenti
Statali
16
9
17
212
Knisja
3
1
4
77
Indipendenti
3
0
0
57
In-numru ta' studenti jista' jvarja għaliex studenti jiċċaqalqu minn skola għall-oħra u jiġu studenti ġodda ta' nazzjonalita' barranija.
L-għalliema riserva mhux se jkollhom it-tablets fil-klassi imma jinsabu għal-lest biex jieħdu post għalliema li jirtiraw mill-Proġett Pilota u b'hekk il-proġett jitkompla fi klassi oħra. L-għalliema huma kollha voluntiera u bi ftehim mal-MUT dawn għandhom id-dritt li jirtiraw mill-Proġett Pilota fi kwalunkwe ħin.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel tal-Istat matul dan is-sajf? Jista’ jagħti rendikont ta' kemm swew dawn ix-xogħlijiet ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Tabella ‘A’ tagħti rendikont tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fl-iskejjel tal-Istat matul dan is-sajf, inkluż in-nefqa, mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada. Tabella ‘B’ tikkonċerna x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u l-ispiża relatata li saru fl-iskejjel tal-Istat matul dan is-sajf, liema xogħlijiet ġew ikkordinati mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti ġodda li minn din is-sena skolastika qed jattendu l-iskola nazzjonali tal-isport? Minn dawn, kemm hu n-numru ta' subien u ta' bniet u ma' liema assoċjazzjoni/federazzjoni sportiva nazzjonali huma affiljati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-vakanzi li ġew maħruġa u mimlija fi ħdan iż-żewġ direttorati tal-Edukazzjoni bejn Jannar u Settembru 2014? Jista’ jagħti informazzjoni dwar kif il-pubbliku in ġenerali kien infurmat dwar kull waħda minn dawn il-vakanzi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-vakanzi li ġew maħruġa u mimlija fi ħdan iż-żewġ direttorati tal-Edukazzjoni bejn Jannar u Settembru 2014.
Dawn is-sejħiet kienu ħarġu jew b’sejħa pubblika u jidhru fil-gazzetta tal-Gvern, jew Dipartimentali u jidhru taħt ċirkulari HR jew ġew ippubblikati għas-servizz pubbliku kollu u jidhru taħt ċirkulari HR/MEDE.
Il-pubbliku in ġenerali kien infurmat kif indikat hawn fuq, b’sejħa li dehret fil-gazzetta tal-Gvern jew b’ċirkulari. Dawk is-sejħiet li dehru fil-gazzetta tal-Gvern sar ukoll avviż għalihom fil-gazzetti lokali ta’ nhar ta’ Ħadd.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li fl-istess perjodu nħarġu vakanzi oħrajn li iżda għadu għaddej il-proċess fuqhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Isport Promotion Unit għax-xhur u s-snin li ġejjin ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjan huwa li l-iSports Promotion Unit ikompli joffri attivitajiet varji bħal programm varjat ta’ festivals u tournaments kompetittivi, support fl-iskejjel waqt attivitajiet sportivi, sessjonijiet ta’ għawm, trekking, sportsdays fil-kumplessi tal-Kunsill Malti Għall-Isport, coaching clinics, attivitajiet għall-iskejjel marbuta ma’ Move Week u attivitajiet fejn ġenituri u tfal ikunu attivi fiżikament flimkien. Hemm pjanijiet ukoll li l-għalliema tal-isports promotion ikollhom programm ta’ taħriġ matul is-snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kemm kienu l-ammonti ta' flus li ngħataw lill-għaqdiet sportivi għall-iskema tat-turiżmu sportiv fis-snin 2012 - 2013 - 2014 ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport il-ġdida li qed tinbena fil-limiti ta' Pembroke u meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol għaddej u bħalissa qed isir xogħol ta’ skavar. Huwa pprogrammat li l-proġett ikun lest għas-sena skolastika 2015/2016.
Skola Nazzjonali tal-Isport – miżuri ta’ saħħa u sigurtà għall-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' prekawzjoni marbuta mas-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti li qed jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport il-ġdida fiż-żona ta' Pembroke?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, li hija responsabbli għat-tmexxija tal-proġett, ħatret Uffiċjal għas-Saħħa u s-Sigurta' biex jassigura s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol tal-għalliema u tal-istudenti. Sar ukoll l-hoarding neċessarju, l-aċċess eżistenti għall-estensjoni ġie mbarrat u s-sit li qiegħed jinbena għandu aċċess ieħor b'gate għalih.
Jista' l-Ministru jindika liema huma l-għaqdiet/assoċjazzjonijiet sportivi li għadhom ma ħadux l-allokazzjoni finanzjarja tagħhom għas-sena 2013 mill-Kunsill Malti għall-Isport ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-assoċjazzjonijiet kollha li għamlu claims għal ħlas ta’ irċevuti bħala assistenza għas-sena 2013 ser ikunu mħallsa kollha sal-15 ta` Ottubru 2014.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċedura ġew magħżula l-istudenti li llum qed jattendu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport ? Jista' jgħid kemm applikaw studenti u kemm effettivament ġew magħżula? Jista’ jgħid f’liema dixxiplini dawn ġew magħżula?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-proċedura ta’ l-għażla baqgħet l-istess fuq is-snin preċedenti skont il-kriterji stabiliti fl-applikazzjoni maħruġa fl-aħħar ta’ Frar 2014.
Infurmat ukoll li l-għadd ta’ studenti li applikaw fl-2014 kien hekk:
Form 1: 159
Form 3: 47
Rigward il-kumplament tat-tagħrif mitlub, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 10937.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Vot Kapitali – spejjeż relatati m’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, dwar kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tiegħu, u dan fejn jirrigwarda items dwar servizzi edukattivi mogħtija f'Ghawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
B'referenza għal-language schools reġistrati f'Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawn l-iskejjel f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid kemm jesgħu studenti kull waħda u liema lingwa jgħallmu, u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’Malta hawn 43 skola tal-Ingliż rreġistratati filwaqt li f’Għawdex hemm skola waħda rreġistrata.
Dawn l-iskejjel kollha jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa barranija. Fis-sena 2013 kien hawn 74,992 student li ġew Malta jitgħallmu l-Ingliż bħala numru globali iżda ma tistax tingħata informazzjoni dwar l-għadd massimu ta’ studenti kull skola, anki minħabba l-fatt li l-iskejjel jistgħu jagħmlu użu minn annexes.
Skejjel Sekondarji – Studenti mħalltin – rata nazzjonali tal-assenteiżmu
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi r-rati nazzjonali tal-assenteiżmu mill-iskejjel tas-sekondarja li għandhom il-bniet u s-subien imħalltin, mill-Form 1 sal-Form 5 jew ekwivalenti, mis-sena skolastika 2003-2004 sas-sena skolastika 2013-2014, għat-tliet setturi dak Statali (f’dan il-każ għall-forms 1 u 2 għas-snin applikabbli) u dak Indipendenti, f’kull każ għall-bniet u s-subien separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar l-iskejjel tas-sekondarja Statali li għandhom il-bniet u s-subien imħalltin, għas-snin applikabbli, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bħall-iskejjel tal-Istat, skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huma mistennija li jissottomettu l-Formoli SEWO7 (School Education Welfare Office), li fihom għandhom jiġu rappurtati każijiet ta’ studenti li jkunu fallew skola għal aktar minn 3 ijiem matul xahar partikolari mingħajr ma pprovdew ġustifikazzjoni valida lill-iskola.
Filwaqt li jeżisti l-obbligu għall-iskejjel kollha rreġistrati biex jimxu ma' dawn il-proċeduri, jidher li dan ix-xogħol min-naħa tal-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti jieqaf fil-livell ta’ skola u għaldaqstant id-data mitluba mhix disponibbli għall-Ministeru.
Tajjeb wieħed ifakkar li politika nazzjonali dwar l-attendenza ser tkun varata fil-futur qrib mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista’ l-Ministru jipprovdi pjan għall-implimentazzjoni tal-Qafas Nazzjonali tal-Kurrikulu għal matul din il-leġiżlatura? X’ġie implimentat s’issa, anke jekk b’xi adattament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura ħareġ tender internazzjonali sabiex jiġu żviluppati l-Learning Outcomes tal-Cross Curricular Themes u l-Learning Areas, kif ukoll il-Learning and Assessment Programmes ta’ kull suġġett mit-tielet sena tal-primarja sal-ħames sena tas-sekondarja. Dan se jsir flimkien ma’ numru ta’ esperti lokali tal-kurrikulu li ntgħażlu wara espressjoni ta’ interess. Dan kollu qiegħed isir permezz ta’ Fond Soċjali Ewropew. Il-pjan huwa li dan ix-xogħol jitlesta matul is-sena skolastika 2014-2015 u mbagħad jibda jiġi implimentat mis-sena ta’ wara. Se jsir ukoll taħriġ tal-għalliema sabiex huma jkunu mgħarrfa u mħarrġa sew b’għodda tal-Learning Outcomes waqt it-tagħlim.
Jista’ l-Ministru jispjega x’direzzjoni kellhom l-iskejjel biex jagħmlu l-klassifikazzjoni tal-klassijiet tal-primarja, mill-Year 1 sal-Year 6, għas-sena skolastika 2014-2015? Dawn id-direzzjonijiet kif inhuma differenti mid-direzzjonijiet li kien hemm għas-sena skolastika 2013-2014? X’ġustifikazzjoni fuq bażi ta’ riċerka u/jew statistika u/jew studji hemm għal din il-bidla fid-direzzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel Primarji tal-Istat, permezz taċ-ċirkulari DCM 95/2014 maħruġa nhar it-18 ta’ Marzu 2014 (http://curriculum.gov.mt/en/Resources/DCM_Circulars/Pages/Circulars.aspx) ingħataw direzzjoni sabiex (fejn f'sena ikun hemm aktar minn klassi waħda) it-tfal mill-ewwel sar-raba' sena jitqassmu skont numru ta’ kriterji fosthom:
· ix-xahar tat-twelid tagħhom biex b'hekk fi klassi waħda d-differenza bejn l-ikbar u l-iżgħar tifel/tifla ma tkunx aktar minn sitt xhur;
· Jekk l-istudent għandux
Statement of Needs
mingħand l-
istatementing and moderating panel
sabiex jinżamm bilanċ ta’ bżonnijiet individwali bejn il-klassijiet;
· Li jinżamm bilanċ bejn bniet u subien fil-klassijiet;
· Id-diskrezzjoni tal-Kap tal-iskola li jista’ jkollu għarfien mingħand diversi sorsi fosthom il-ġenituri u l-għalliema, li jwassluh jagħmel deċiżjoniet dwar il-klassifikazzjoni tal-istudenti fl-aħjar interess tagħhom.
Fil-ħames u s-sitt sena it-tfal jitqassmu skont numru ta’ kriterji fosthom:
· Il-marka globali standardizzata tal-Annwal fl-Ingliż, Malti u Matematika;
· Jekk l-istudent għandux
Statement of Needs
mingħand l-
istatementing and moderating panel
sabiex jinżamm bilanċ ta’ bżonnijiet individwali bejn il-klassijiet;
· Li jinżamm bilanċ bejn bniet u subien fil-klassijiet;
· Id-diskrezzjoni tal-Kap tal-iskola li jista’ jkollu għarfien mingħand diversi sorsi fosthom il-ġenituri u l-għalliema, li jwassluh jagħmel deċiżjoniet dwar il-klassifikazzjoni tal-istudenti fl-aħjar interess tagħhom.
Dan seħħ wara li d-Direttorati ħadu nota ta’ x’kienu qiegħdin jgħidulna l-għalliema tal-primarja li għandhom esperjenza diretta ta’ tqassim differenti tat-tfal fil-klassijiet. L-għan aħħari huwa sabiex jagħmilha aktar possibbli li t-tfal kollha jkunu jistgħu jimxu flimkien fit-tagħlim tagħhom. Din qed titqies bħala miżura temporanja sakemm l-għalliema jħossuhom aktar preparati bl-għajnuna tad-Direttorati.
Żewġ studji lokali li juru l-ħtieġa ta’ dan it-tibdil, huma:
Borg, M.G., & Falzon, J.M. (1991) Streaming in Maltese primary schools. Research in Education, 45, 1-12 (b’referenza rigward ix-Xahar tat-Twelid)
Borg, M.G., & Giordmaina, J. (2012) The College System in the State school sector: A study of its impact as perceived by College Principals, members of the Schools Senior Management Teams, and Personnel in the various teaching grades. Malta: MUT (referenza rigward Tqassim Differenti tat-Tfal fil-Klassijiet)
Skejjel li m’humiex tal-Istat jadottaw mizuri differenti skont il-ħtiġijiet u prijoritajiet fil-kuntest partikolari bħala parti mill-awtonomija kurrikulari tagħhom filwaqt li jirrispettaw il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali Għal Kulħadd (2012).
Skejjel Sekondarji tal-Istat – żieda fin-numru tal-lezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk mis-sena skolastika 2014-2015 in-numru ta’ lezzjonijiet fil-ġimgħa għall-iskejjel sekondarji tal-istat żdiedx? Jekk iva, dan sar għall-iskejjel kollha? X’suġġetti jew żieda ta’ lezzjonijiet f’suġġetti iddaħħlu? Il-ħin komplessiv (apparti l-breaks) li fih isiru dawn il-lezzjonijiet baqa’ l-istess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lezzjonijiet żdied minn 37 għal 40 lezzjoni fil-ġimgħa. Dan sar għall-iskejjel sekondarji kollha statali minbarra l-ħames skejjel li huma phasing out u għandhom biss studenti tal-Form 5. Dawn huma:
Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Sekondarja Bniet Ħamrun
Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Sekondarja Subien Żebbug
Kulleġġ San Tumas More, Skola Sekondarja Subien Paola
Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja Subien Mtarfa
Kulleġġ Santa Klara, Skola Sekondarja Subien Gżira
Iż-żieda ta’ lezzjonijiet huma f’dawn is-suġġetti:
1 P.E.
1 Ingliż
1 Malti
Il-ħin komplessiv baqa’ kif kien.
Jista’ l-Ministru jelenka l-bidliet li saru fl-eżamijiet tal-benchmark tal-aħħar tal-primarja? X’effett kellhom dawn il-bidliet fuq ir-riżultati tal-benchmark? Il-Ministru qed jikkonsidra li l-eżami jsir benchmark tassew nazzjonali biex il-ġenituri kollha Maltin ikunu jafu l-livell li laħqu uliedhom fil-kompetenzi differenti fl-aħħar tal-primarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fi tweġiba estensiva fuq il-Mejda tal-Kamra.