Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8103 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Attard — Tqaċċiet ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li tqaċċtu s-siġar fil-Main Road, Attard qabel ma tidħol għal San Anton?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar tneħħew fuq talba tar-Roads Department, b'approvazzjoni tal-Planning Authority, biex minn flokhom tiġi nstallata sistema ta' traffic lights, ħalli jitneħħa l-periklu li kien hemm.
Leg 9 PQ #8053 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għawdex — Bejjiegħa tal-ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru wara li nġibditlu l-attenzjoni li bejjiegħa tal-ħxejjex u frott f'Għawdex qed jintlaqtu ħażin ħafna minn bejgħ dirett li ma jgħaddix mill-pitkalija? X'laqgħat saru mal-GRTU dwar dan il-każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din l-allegazzjoni ilha ssir għal dawn l-aħħar sentejn. Jiena nfurmat li kemm d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kif ukoll il-Ministeru għal-Għawdex qed jistħarrġu dawn ir-rapporti u qed iħejju pjan ta' azzjoni. Hekk kif jitħejja dan il-pjan, jiġi diskuss kemm mal-GRTU kif ukoll ma kull min hu nteressat.
Leg 9 PQ #8098 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Protokoll bejn Malta u l-Libja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat interministerjali bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin rigward il-protokoll bejn Malta u l-Libja għall-oqsma tal-Biedja u Sajd? Kemm saru laqgħat ma' l-Ambaxxatur Libjan għall-Malta dwar il-kontinwazzjoni ta' dan il-protokoll u xi żviluppi kien hemm? Kemm-il darba iltaqgħu iż-żewġ Ministri Malti u Libjan sabiex jitkomplew jiġu żviluppati l-għanijiet ta' dan il-protokoll?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-protokoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-Biedja u Sajd jiġi diskuss fil-laqgħat tal-Mixed Commission bejn iż-żewġ pajjiżi.
Leg 9 PQ #8099 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Export fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat sabiex jiġi kostitwit l-Export fund mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Ma' minn saru dawn il-laqgħat, ma' liema għaqdiet tal-bdiewa u raħħala ltaqgħu l-membri ta' dan il-bord?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-pjan sabiex jitwaqqaf Export Fund għall-prodotti tal-biedja qed jiġi fformulat. Wara jsiru d-diskussjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #8334 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Żabbar — Venda tal-karozzi - Ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux pjanti tal-ġibjuni li hemm taħt fejn hemm il-venda tal-karozzi tal-linja f'Ħaż Żabbar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixi l-Onor. Interpellant li tagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8089 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendaru Agrituristiku

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm previst għax-xhur li ġejjin tal-kalendarju agroturistiku? Jista' l-Ministru jikkonsidra li tingħata aktar attenzjoni għal dawn l-affarijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-lista ta' l-attivitajiet previsti fil-Kalendarju Agroturistiku mill-1 ta' Lulju sa tmiem is-sena qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Tant qed tingħata attenzjoni, li ħarġu applikazzjonijiet għall-post ta' uffiċjal għoli tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li jieħu ħsieb dan ix-xogħol, meta l-uffiċjal inkarigat jirtira.
Leg 9 PQ #8091 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħut — Ħut esportat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur fi flus tal-ħut esportat bejn Jannar u Mejju 1999 għas-sajjieda u l-fish farms rispettivament? X'kienu dawn il-figuri fis-snin 1997, 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazioni li talab qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8092 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme — Bejgħ ta' laħam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħ laħam tal-Beef Intervention Scheme bejn Jannar u Mejju ta' l-1999? Xi prezzijiet ġab il-gvern għal dan il-laħam? Jista' l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija għall-istess perijodu fis-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bejgħ taċ-ċanga taħt l-Intervention Scheme fis-snin 1996 - 1999 sa Mejju kien skond it-tabella hawn taħt: Year Month Weight (Kgs) Value (Lm) 1996 January-May 112045 77041.36 1997 January-May 93736 61003.25 1998 January-May 94340 72180.12 1999 January-May 55729 45377.15

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa ta' użu ta' 'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm267.73. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7884 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bordijiet governattivi — Membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qiegħed nagħti lista ta' nies li huma membri f'bordijiet governattivi u li jaqgħu taħt dan id-dekasteru. 85 fil-mija huma rġiel u 15 fil-mija huma nisa. Fisheries Board: Chairman David Bonello A/DFA Members Dr Joe Carabott D'Amato Amature Fisherman Amante Buġeja Għq Kop Sajd Carmelo Buġeja Għq Kop Sajd Ivan Portanier KNS Joseph Carabott KNS Angele Casha Vet Officer Ray Aquilina Hawkers Ernest Galea Fish Pitkal Corrado Rossitto Fisheries Officer Brian Rosso Ministry Joseph Callus Ministry for the Environment Karm Borg MP Gozo Secretary Charles Busuttil Fisheries Officer Fresh Fruit and Vegetables Advisory Board: Chairman Franco Serracino Inglott DOA Members Antoine Agius GRTU Josephine Borg Dept of Consumers Affairs John Cachia Chamber of Commerce Publius Cutajar Farmers Association Joe Fino GWU Joe Morana UHM Alfred Muscat Farmers Association Peter Vella Dept of Trade Secretary Carmel Mifsud Officer i/c Pitkali School Arbor Committee: Chairman Joe Borg PAO Members Joseph Buttigieg MUT Maria Borg Education Division Darren Stevens Environment Department Joe Aquilina SAO George Fenech SAO Secretary K Grima Agric Foreman Wine Advisory Board: Chairman Franco Serracino Inglott DOA D/Chairman Dr Nicholas Bonnano Officer Ministry Members Angelo Azzopardi Joseph Camilleri Master Wine Ltd. Tony Cassar Marsovin Vince Coleiro Coleiro Wines Vincent Delicata Delicata Wines Mark Miceli Farrugia Meridian Wines Peter Vella Dept of Trade Emanuel Zahra Secretary Anthony Meli Dept of Agric Loans Commission: Chairman Franco Serracino Inglott DOA Members Dr D Frendo Dimech Office of the AG Joseph Tong Ministry of Finance Frans Galea Co-operatives Board Paul Scerri Dept of Agric David Bonello A/DFA Joseph Cremona Gozo Ministry Secretary Mary Frendo Pesticides Advisory Board: Chairman Tony Meli PSO Members Dr George Peplow University of Malta Anton Pizzuto University of Malta Dr Adrian Zammit Consultant Victor Farrugia PSO David Dandria Agric Coop Dione Caruana Ian Mifsud UOM/Environment Dep Ray Camilleri Officer i/c Health Unit Secretary Helen Debono SO Agricultural Export Marketing Board: Chairman Joe Farrugia Progressive Farmers Members Clement Azzopardi FCCS Paul Azzopardi Dept of Agric Joyce Borg Dept of Consumers Affairs Joe Deguara Accountant (Private) Joe Ellul Vincenti Marketing Expert (Private) Carmelo Mifsud Dept of Agric Joe Pirotta Dept of Agric Secretary Michael Cauchi Dept of Education Educational Unit at Għammieri - Hands on Farming: Chairman Prof A Scicluna Spiteri University of Malta Members Joe Vella Caruana Teacher Joe Borg PAO Rose Caruana Education Department Secretary Maria Galea DCS Urban and Rural Landscaping Committee: Chairman Chev M Mizzi Members J Borg PAO P Calamatta Calamatta Plants A Camilleri Planning Authority L Camilleri Dept of Agric J Cremona Gozo G Miller L Piscopo Piscopo Nursery V Schembri SAF Secretary Tony Meli PSO New Initiatives Female Co-ordinators Committee: Chairperson Marisa Gauci DCS Members Marica Gatt Ellul Government Farm Marica Gatt Bonavia MPC Maria Galea DCS Andreina Farrugia NAC World Food Day Committee 1998: Chairman Joe Galea APS Members Joe Borg PAO Alfred Vella Officer i/c Maintenance Bice Cilia MTC Charles Busuttil Fisheries Officer Joe Galea PBS Manuel Zammit PBS Benny Aquilina Ministry William Pomroy Ministry Frans Mizzi Private Paul Micallef ITS Frans Farrugia DVS Peter Agius PAO Doris Borg B'Kara Local Council Secretary Joe Mifsud DCS Assit. Sec. David Bonello A/DFA
Leg 9 PQ #7930 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti agrikoli — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont f'valur kif ukoll f'volum ta' affarijiet agrikoli li ġew esportati kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dan oriġina minn Malta u kemm minn Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-publikazzjoni tal-Uffiċju tal-Istatistika 'Trade Statistics' tas-snin relattivi. Ma jinżammx rekord jekk il-prodott ikunx minn Malta jew minn Għawdex.
Leg 9 PQ #7953 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħxejjex — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex sal-lum għadu ma ltaqax mal-bdiewa li kienu bdew jesportaw l-ħxejjex lejn is-suq Ingliż filwaqt li dejjem ġew ikkritikati għall-fatt li ġew sussidjati għaliex kawża tal-maltemp il-prodott ittardja u ntilfu l-kuntratti li kienu laħqu l-istess bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ewwel ħaġa ma kien hemm ebda kuntratt bil-miktub mal-importatur fl-Ingilterra. It-tieni ħaġa ġie kkritikat il-fatt li biex jiġi moħbi l-fjask ta' dan l-attentat ittieħdu l-flus mill-fond ta'l-esportazzjoni tal-patata. It-tielet ħaġa ma kien hemm ebda talba minn naħa tal-bdiewa sabiex niltaqa' magħhom. Jidher ċar li l-bdiewa ma huma bl-ebda mod interessati li jerġa' jkollhom dik id-disfatta li kellhom, meta ġew imbuttati f'dik l-avventura li kellhom jagħmlu tajjeb għalija minn buthom. Ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant jibqa jipprova jiġbor ġieħu tad-disfatta kbira li kien għamel billi joqgħod jagħmel ħafna domandi u stqarrijiet fejn jinsa jsemmi illi- -Kellu jieħu Lm13,500 minn flus il-bdiewa li kabbru l-patata biex taffa naqra minn dan il-fjask -Kellu jieħu Lm8,000 minn flus li suppost tħallsu bħala kumpens għal ħsara li saret bil-maltemp Dan minbarra n-nuqqas ta' organizzazzjoni li wasslet għal din id-disfatta, fosthom illi l-ħaxix twassal fl-Ingilterra fi stat ħażin u bi presentazzjoni agħar. Biż-żejjed infakkru li kienu ntużaw kaxex bil-logo ta' l-Air Malta.
Leg 9 PQ #8069 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Laqgħat mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilli lokali li talbu li jiltaqgħu mal-Ministru u/jew ma' l-uffiċjali tad-Dipartiment mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Kemm saru diġa' minn dawn il-laqgħat u x'talbu l-kunsilli lokali mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Talbu formalment li jiltaqgħu miegħi, ħdax 'il Kunsill Lokali mill-5 ta' Settembru l' hawn. Minn dawn iltqajt ma għaxra u għandi niltaqa mall-ħdax 'il wieħed fil-ġranet li ġejjin. Il-laqgħat kienu jittrattaw materiji ta' interess għall-lokalitajiet tagħhom li jikonċernaw il-Ministeru tiegħi. Pero ninforma lill-Onor. Interpellant illi jkun hemm diversi kuntatti u talbiet minn ġurnata għal oħra li jsiru direttament ma uffiċjali konċernati fil-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #7912 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie esportat basal matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Xi provi ta' varjeta' qed isiru sabiex tissaħħaħ din l-esportazzjoni? X'kien il-prezz medju tal-basal lokali meta saret l-esportazzjoni ta' dan il-prodott?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7916 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Irziezet tat-tjur — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet xahar b'xahar fl-irziezet tat-tjur u l-annimali, eċċ mill-5 ta' Settembru 'il hawn sabiex jinżammu l-livelli aċċettabbli? X'riżultati nkisbu u x'rakkomandazzjonijiet saru kemm mill-produtturi u viċi versa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab qiegħda tinġabar u risposta tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8074 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Impjegati

Question

Jaf il-Ministru li fl-Għammieri hemm skilled labourers li jippanċjaw kull filgħodu u ieħor partikolari li sempliċement jiffirma u jevita li jippanċja? Ma jidhirlux il-Ministru li dan jagħti lok għall-abbuż?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-allegazzjoni ta' abbuż li qed jagħmel l-Onor. Interpellant qed titressaq lill-Uffiċjali responsabbli sabiex tiġi nvestigata.

Laħam — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi kwantita' ta' laħam ġie mportat f'Malta fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond il-pajjiż li minnu ġew importati? X'tip ta' laħam ġie importat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u għaldqastant risposta tingħata aktar tard.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7049 ċioe' jista' jgħid kemm iddaħlu karozzi impressed fid-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm karozzi impressed ġew trasferiti għad-dikasteru tiegħu minn dipartimenti oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum ma ddaħlux karozzi impressed ġodda mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-istess Ministeru. Matul l-istess perjodu ġew trasferiti tliet karozzi impressed għad-dekasteru ta' dan il-Ministeru. Wieħed ġie trasferit mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, fil-waqt li t-tnejn l-oħra ġew trasferiti mill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #7621 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hatcheries/processors tal-Poultry — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ltaqax ma' rappreżentanti tal-Hatcheries/processors tal-Poultry mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'punti tressqu permezz ta' korrispondenza lill-Ministeru mir-rappreżentanti tal-Hatcheries u processors matul l-istess perijodu? X'konsiderazzjoni saret mill-Ministeru dwar din il-korrispondenza?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-artiklu li deher f' paġina 9 ta' The Times tat-3 ta' Gunju 1999, f' liema artiklu għandu jsib ir-risposta għal dak li qed jitlob.
Leg 9 PQ #7622 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-KIM u l-Ministeru dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE fuq din l-industrija? Kif ġie stabbilit li bil-prezzijiet medji ta' l-UE ta' 60 ċenteżmu kull kilo, il-produtturi jmorru aħjar meta llum iġibu aktar minn 80 ċenteżmu kull kilo? X'kalkoli xjentifiċi saru u jista' l-Ministru jpoġġi dawn il-kalkoli fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kelli erbgħa laqgħat formali mal-Koperattiva ta' min Irabbi l-Majjali (KIM) mill-5 ta' Settembru 'l hawn, kif ukoll diversi okkazjonijiet fejn saru laqgħat informali skond in-neċesita tal-ġurnata. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, donnu li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-dikjarazzjoni magħmula mid-diriġenza tal-KIM li kienet tgħid li jemmnu li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-industrija tal-majjal għanda tissaħħaħ u tmur għall-aħjar. L-Onor. Interpellant jiftakar li kien il-ħafna kliem fieraħ minn naħa tiegħu dwar esportazzjoni ta'majjal li riżulta f' 'over production' peress li r-raħħala ġew mogħtija x'jifhmu li kienet ser tinfetaħ l-istess esportazzjoni. Ir-raħħala kollha li jiffurmaw il-KIM jafu dan kollu w jafu wkoll li minn ħafna propaganda vojta u bla sugu ta' l-istess Interpellant ġew esportati biss madwar 40 majjal.