Legislature:
Category:
Reset
Active:

Interprint

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li fost il-klijenti antiki ta' l-Interprint hemm pubblikaturi/enti Ewropej, bħal World health organisation, Int. labour off., UN environmental programme, Int. Trade centre u Oxford unit press, u allura żgur li dawn poġġewna fuq il-mappa ta' l-Ewropa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta enterprise — Internal vacancies

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta jkun hemm internal vacancy fil-Malta Enterprise mhux l-applikazzjonijiet kollha li jintefgħu internament jiġu milqugħa? Fuq liema kriterji jintlaqgħu u jintgħażlu l-applikazzjonijiet, peress li jien informat li f'eżerċizzji bħal dawn ikun hemm min għandu l-kwalifiki neċessarji imma l-applikazzjoni tiegħu ma tiġix aċċettata mingħajr ebda spjegazzjoni jew raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Interprint

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-deċiżjoni li jiġi terminat l-impjieg ta' 15-il ħaddiem fl-Interprint ittieħdet sena qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm ħsieb politiku sabiex din id-deċiżjoni tiġi attivata sena tard, u dan sabiex jilħqu jgħaddu kemm ir-referendum kif ukoll l-elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid jekk hux minnu li din id-deċiżjoni swiet lill-Interprint Lm95,000?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Lukanda Holiday Inn

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13319 u jgħid kienx hemm xi żviluppi li jirrigwardjaw il-lukanda Holiday Inn f'dawn l-aħħar xhur? Din għadha proprjeta' ta' l-Air Malta? X'hemm ippjanat għal-lukanda fil-ġejjieni qarib?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Air Malta għamlet ftehim mall-Gvern sabiex il-bejgħ tal-art in kwistjoni (li hi proprjeta tal-Gvern) tinbiegħ mill-Lands Department u l-bejgħ inkun jinkludi l-ishma tal-Kumpanija propjeta tal-Air Malta. L-art qatt ma' kienet propjeta tal-Air Malta peress illi t-titolu relattiv kien wieħed ta' ċens temporanju.

WSC — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li l-problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan li qed jirċevieh bħala Estimate tiġi solvuta? Jista' dan l-anzjan jiġi nformat bl-aħħar żviluppi? Id-dokumenti relevanti qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13169 u jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entili jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħaż-Żabbar — Triq San Ġużepp - irwejjaħ ta' drenaġġ

Question

Possibbli d-diviżjoni tad-drenaġġ tieħu bis-serjeta' u tinvestiga r-raġuni għar-riħa ta' drenaġġ li qed ikun hemm ta' spiss fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar? Billi din ir-riħa ġejja miċ-ċumnija (mibnija bil-ġebel) li hemm f'din it-triq fuq in-naħa ta' Ħaż-Żabbar, possibbli li l-inġiniera inkarigati jippruvaw jsibu soluzzjoni għax din ir-riħa qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi? Jistgħu l-uffiċjali inkarigati jkellmu huma stess lir-residenti ħalli jispjegawlhom eżatt minn fejn ġejja r-riħa? (jekk irid il-Ministru, nista' nindikalhom jien stess min huma r-residenti li qed jilmentaw).

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett EC review of the electronic communications framework

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13418 u jgħid x'inhu s-sehem u l-input ta' l-MITI fil-proġett 2010 - The EC review of the electronic communications framework?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.