Legislature:
Category:
Reset
Active:

Auto Mechanics

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 28894 x' passi ħadet il-korporazzjoni? X' riżultati taw dawn il-passi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li sar l-ilment, rappreżentanti tal-Korporazzjoni ltaqgħu ma' l-apprendist biex jikkonfermaw l-informazzjoni u żaru l-post tax-xogħol indikat. Waqt din il-laqgħa is-superjuri ta' l-apprendist reġgħu ngħataw istruzzjoni li l-apprendist konċernat għandu jingħata biss xogħol relatat mal-kors li huwa qiegħed isegwi u m'għandu jingħata l-ebda xoghol ieħor li ma jikkonċernax il-programm ta' taħriġ. Jidher li din l-istruzzjoni qed tiġi segwita. Minn naħa tagħha l-Korporazzjoni ser issegwi dan il-każ mill-qrib.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk il-pensjoni li qiegħda tirċievi l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hi korretta peress li tidher żgħira wisq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali tal-persuna minnu ndikata, għada ma ġietx stmata. Għaldaqstant ma nistax ngħid jekk hux qed jitħallas korrett jew le. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal pensjoni tas-servizz (tat-Teżor) nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Reserved Parking

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjan li l-partikularijiet tiegħu jinsabu annessi separatament minn din il-mistoqsija u li qed jitlob li ssir reserved parking għal persuna b'diżabilita? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li rakkomandazzjoni posittiva, dwar l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, ġiet riferuta lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mill-Bord dwar ir-Reserved Parking tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.

Servizz ta' Home Help

Question

Jista' l-Viċi Ministru jara li jingħata s-servizz tal-home help lill-anzjana l-partikularijiet tagħha jinsabu annessi separatament minn din il-mistoqsija? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija kienet daħlet f'Awissu 1998 u l-Bord ta' l-allokazzjoni ma approvax is-servizz f'Ottubru ta' l-istess sena. Għalhekk ser jintbagħtu applikazzjoni u rapport mediku ġdid biex il-każ jerġa' jitqajjem.

Allokazzjoni għat-Talba

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm żviluppi dwar il-każ imsemmi f' PQ 28734? Jekk le, jista' jara li jiġi rimedjat dan il-każ pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi dan hu każ bħal ħafna oħrajn ta' "sharing accommodation" u d-Dipartiment qiegħed jitratta dan il-każ fid-dawl tal-każijiet pendenti li għandha.

Budget

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fl-estimi tal-Budget li ġej jinkludi flus meħtieġa sabiex isir l-embellishment fil-Qasam tad-Djar ta' Mlit il-Mosta, peress li l-Kunsill tal-Mosta ma għamilx ix-xogħlijiet hekk mistennija mir-residenti kollha matul dawn l-aħħar 7 snin u issa aktar u aktar ma jistax jgħamilhom minħabba li għandu djun kbar fuq xogħlijiet li saru diġa fil-lokal tal-Mosta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol ma jaqax taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru.

Torball Blind Association

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li t-Torball Blind Association f'Novembru li ġej tiċċelebra l-10 snin mit-twaqqif tagħha, u peress li matul dawn l-istess perjodu ebda propjeta li talbet sabiex tiġi allokata fl-Mtarfa ma ġiet żviluppata mill-Awtoritajiet konċernati sija ta' l-Universita' ta' Malta u ta' l-Awtorita' tad-Djar, jista' l-Viċi Prim Ministru jintervieni sabiex issir ġustizzja mat-Torball u ċioe japprova li l-isolation hospital ta' l-Imtarfa jiġi mogħti għal din l-okkażjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9641 f'Seduta Nru. 168.

Childrens' Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet b' lura taċ-childrens' allowance? Għal liema perjodu? Kemm hemm eluf ta' familji milquta? X' inhuma r-raġunijiet tad-dewmien tal-ħlasijiet? Meta se jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm madwar 3500 każ ta' ħlasijiet lura taċ-Childrens' Allowance. Il-parti l-kbira ta' dawn il-każijiet qed jiġu nvestigati minħabba li d-Dipartiment kien identifika xi diskrepanzi fl-informazzjoni li kienu ddikjaraw fl-applikazzjonijiet li saru. Ħafna mill-każijiet trid isirilhom reviżjoni mis-sena 1995. Il-familji kollha li ma ħadux il-benefiċċju ġew infurmati li l-każ tagħhom qed jiġi nvestigat. Meta l-każ jiġi finaliżżat il-familja kkonċernata qed tkun infurmata bl-eżitu.

Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' Diretturi f' Boards Governattivi, Parastatali u oħrajn li jmexxu intrapriżi pubbliċi li huma reġistrati bħala impjegati mill-ETC (Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ)? Kemm minn dawn huma reġistrati wkoll mill-istess ETC li qed jagħmlu xogħol ieħor f' impjieq full-time jew part-time? Jista' jikkonferma li l-Membri tal-Board li jamministra ċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ, li ġew maħtura f' Novembru tal-1998, ġew infurmati mill-ETC fit-13 ta' dan ix-xahar li l-bidu ta' l-hekk-imsejjaħ ''impjieg tagħhom'' kien għadu kif ġie reġistrat? In vista tal-fatt li dawn diġa kellhom xogħol ieħor, jistax jgħid li dan huwa każ ta' reġistrazzjoni doppja? Jekk it-tweġiba hija fin-negattiv, għalfejn ġew mgħarrfa li ġie reġistrat ''il-bidu ta' l-impjieg'' tal-membri konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29168: 1. In-numru ta' persuni li huma reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ bħala Diretturi ta' Boards Governattivi u Parastatali huwa ta' 380. 2. Minn dawn it-380 persuna, 42 għandhom xogħol ieħor full-time filwaqt li 102 għandhom xogħol ieħor part-time ma' entitajiet privati oħra. 3. Fir-rigward il-formoli ta' Bidu t'Impjieg tad-Diretturi taċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ, ninsab infurmat li l-formoli tal-Ingaġġ ta' l-istess Diretturi waslu għand il-Korporazzjoni f'Ottubru 2001, bid-data ta' bidu t'impjieg 1998 u għalhekk fit-13 t'Ottubru 2001 intbgħatet l-irċevuta tagħhom. 4. Għalkemm persuna ikollha iktar minn xogħol part-time jew iktar minn xogħol full-time wieħed, fl-istatistika tal-Korporazzjoni dejjem tingħadd bħala persuna WAĦDA. Għalhekk jekk fil-każ li persuna tkun reġistrata f'iktar minn part-time wieħed, dejjem tingħadd bħala PERSUNA WAĦDA u għalhekk titqies bħala f'impjieg wieħed. 5. Il-Membri taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew magħrfa issa, peress li l-Korporazzjoni irċeviet il-formoli issa. Ta' min ifakkar li skond l-Avviż Legali numru 110/1993 kull impjieg, anke jekk bħala direttur, għandu jkun reġistrat mal-Korporazzjoni.

Slum Clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid f' hiex waslu l-pjanijiet għall-proġett ta' slum clearance f' Balzunetta l-Floriana? Meta hu maħsub li jinbeda dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fi żmien qasir ser jiġi ffirmat il-konvenju għax-xiri ta' stabbiliment kummerċjali li jifforma parti minn dan il-proġett. Sadanittant l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda tikkunsidra l-applikazzjoni li ġiet sottomessa ftit tax-xhur ilu.

Għar Barka

Question

Jista' l-Ministru peress li ntqal li l-kuntratti tad-djar tar-residenti ta' Għar Barka għadhom ma sarux mill-awtorita konċernati jara li l-arranġamenti jiġu rimedjati ħalli qabel Diċembru li ġej isiru l-kuntratti? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kuntratti tal-postijiet mibnija f'Għar Barka Rabat ma' jistgħux jiġu ppubblikati peress illi l-Awtorita' tad-Djar ma' għandhiex titolu legali fuq l-art.

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sad-19 ta' Ottubru, saru 1,260 spezzjoni fuq impjegati tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Dawn l-ispezzjonijiet saru minn kumpannija privata ta' tobba, ingaġġiata biex tivverifika dwar is-sick leave ta' dawn l-impjegati.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema djar/appartamenti ġew allokati mid-Dipartiment Akkomodazjoni Soċjali fil-: i) Belt ii) Floriana iii) Ħamrun iv) Pieta' v) St. Venera minn Settembru 1998 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi minn Settembru 1998 'l hawn ġew allokati 129 post f'dawn il-lokalitajiet: Belt 92 Floriana 20 Hamrun 12 Pieta' 5 St. Venera 0

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellent li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Persuni Boarded Out

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew boarded out f' dawn l-aħħar tlett snin, lokal b' lokal? Jista' jgħati l-etajiet ta' kemm kienu dawk li kellhom anqas minn 29 sena, anqas minn 40 u dawk li huma ta' aktar minn 41 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Numru 28729. Inżid li l-istatistika miżmuma ma tindikax l-etajiet ta' dawk il-persuni li ġew mogħtija pensjoni ta' l-Invalidita.