Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA — Collective Investment Schemes

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għall-Collective Investment Schemes mill-Malta Financial Services Authority din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din id-domanda diġa’ ġiet indirizzata fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13856.

Collective Investment Schemes

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' Collective Investment Schemes regisrati Malta sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru totali ta’ Collective Investment Schemes reġistrati Malta sa llum huwa ta’ mija u għaxra (110). Tagħrif Addizzjonali Fondi Stabbiliti taħt il-liġi Maltija – 75 Fondi Barranin imma liċenzjati wkoll Malta bħala rekwiżit għal ‘listing’ fuq il-Borża – 35

Investment Services Licenses

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' Investment Services Licenses reġistrati Malta sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru totali ta’ Investment Services Licenses reġistrati Malta sa llum huwa ta’ tmienja u tmenin (88).

Reġistrazzjoni ta' kumpanniji ġodda

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġdida ġiet reġistrata Malta din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji ġodda li ġew reġistrati Malta s-sena l-oħra huwa ta’ elfejn erba’ mija u disgħa u sebgħin (2,479), filwaqt li n-numru ta’ kumpaniiji reġistrati din is-sena huwa ta’ elf ħames mija u ħamsa u ħamsin (1,555).

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14957.

Minimum wage earners

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid f'Malta kemm kellna u għandna minimum wage earners irreġistrati matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

TWEĠIBA It-tagħrif mitlub mill-Onor Membru hu kif jidher f’din it-tabella: Tip ta’ Impjieg 2000 2001 2002 2003 2004 Impjegati full-time 6799 5487 3286 1521 2250 Impjegati full-time b’sigħat mnaqqsa/part-time 5643 6347 7492 6245 6315 TOTAL 12442 11834 10778 7766 8565 It-tagħrif li qed jingħata hawn fuq hu meħud mill- Labour Force Survey u d- data hi meħuda mid- dataset annwali.

CHOGM — Suldati on duty fl-MIA

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk is-suldati li se jkunu qed jaħdmu l-Airport fuq barra tul il-Konferenza CHOGM għandhom water proof clothing bħal Gore-Tex? Veru li madwar 300 suldat li se jkunu qed jaħdmu fuq barra matul il-perijodu ta' din il-konferenza m'għandhomx water proof clothing? X'qed jagħmel jew x'se jagħmel il-gvern biex jindirizza din il-problema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li s-suldati kollha li ser ikunu xogħol fuq barra waqt il-konferenza taċ-CHOGM ser ikollhom ilbies waterproof, jew tat-tip GORETEX jew ta’ tip ieħor.

Kumpanniji limited liability — Ħlas ta' income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm tħallset income tax minn kumpanniji limited liability fit-totalita' tagħhom fis-sena 2004, u kemm tħallset mill-istess fl-ewwel disgħa xhur tas-sena 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub jinsab fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taxxi Interni — Formoli ta' l-income tax

Question

Jista' il-Prim Minsitru jgħarraf lill-Kamra kemm kien l-għadd ta' taxpayers li ma mlewx il-formola ta' l-income tax fl-aħħar sentejn? Kemm minnhom ma ddikjarawx dħul minn interessi bankarji u investimenti oħra? Xi progress sar f'dan ir-rigward komparat maċ-ċifri mogħtija lill-media mill-Ministru tal-Finanzi fit-13 ta' Ġunju 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:- a) Taxpayers li ma mlewx il-formola tal- income tax : i) Individwi – 2004: 12,864 (5.7% tal-formoli li kellhom jintbagħtu) 2005: 18,266 (7.9% tal-formoli li kellhom jintbaghtu) ii) Kumpaniji – 2004: 10,161 (39.8% tal-formoli li kellhom jintbagħtu) 2005: 13,515 (49.6% tal-formoli li kellhom jintbaghtu) Fil-każ tal-kumpaniji, il-maġġoranza tal-formoli li ma ntbagħtux ikunu ta’ kumpaniji li jkunu eżenti mit-taxxa, bħalma huma tax- shipping , kumpaniji li jkunu ġew likwidati, struck-off jew fi stadju ta’ likwidazzjoni, u kumpaniji oħra li jkunu abbandunati. b) Mill-formoli li ma ntbagħtux kien hemm 4,003 (2004) u 5,924 (2005) individwu li rċieva interessi mingħajr tnaqqis ta’ taxxa, waqt li kumpaniji kien hemm 14 (2004) u 2 (2005).

Taxxi Interni — Arretrati ta' l-income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta' arretrati ta' income tax dovut lill-gvern minn dipartimenti u entitajiet pubbliċi u għal liema snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ammont ta’ arretrati ta’ income tax dovut minn entitajiet pubbliċi sal-aħħar ta’ Ottubru 2005 kien ilaħħaq Lm13,472,473, pero’ il-maġġoranza ta’ dan l-ammont huwa stima tal-Kummissarju għax ma tkunx għadha ntbagħtet il-formola tat-taxxa jew inkella t-taxxa għadha qed tkun ikkontestata. L-ebda ammont mhu dovut minn xi dipartiment pubbliku għax dawn m’humiex suġġetti għat-taxxa.

Tqassim ta' flus mill-community chest fund

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15491 u jgħid kemm tqassmu flus mill-Community Chest Fund matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Community Chest Fund mhix ażjenda governattiva. Jien nfurmat iżda, li l- Malta Community Chest Fund kull sena tippubblika l- audited accounts tagħha.

Persuni boarded out

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15490 u jgħid kemm persuni ġew boarded out matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005 f'Malta u Għawdex u mil-liema lokalita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15490.

Art f'Ta' Qali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15301, jista' il-Prim Ministru jinformani jekk huwiex l-uffiċċju tiegħu responsabbli mid-deċiżjonijiet ta' l-esproprjazzjoni ta' l-artijiet u dan għall-fatt li l-Vot ta' l-uffiċċju tal-President huwa taħt il-Vot ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor Membru li l-proċess ta’ l-akkwist ta’ art mill-Gvern għal skopijiet pubbliċi huwa amministrat mill-Ministeru responsabbli għall-artijiet. Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor Interpellant li, kif jider ċar mill-Estimi Finanzjarji 2006, il-Voti ta’ l-Uffiċċju tal-President u dak ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma żewġ Voti separati u distinti.

Riforma dwar il-kirjiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien ma kien hemm l-ebda riferenza għar-riforma fil-kirjiet fil-budget?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-materja tal-kirjiet ma għandhiex impatt dirett fuq l-aspetti riflessi fl-Estimi Finanzjarji jew fuq l-oqsma riflessi fid-Diskors tal-Budget.

Banek kummerċjali

Question

Il-gvern kellu xi reazzjoni għal ċerti miżuri fil-budget mill-banek kummerċjali jew mill-Malta bankers' association?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba hija fin-negattiv. Iżda, bħal ma jaf l-Onor Interpellant mill-esperjenza tiegħu bħala ex-Ministru tal-Finanzi, tali reazzjonijiet jibqgħu kontinwament jidħlu minn żmien għal żmien.

IT tender tal-Mater Dei

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta mistenni jsir l-adjudication ta' l-IT tender tal-Mater Dei u x'installation date tentattiva hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li s-sieħeb strateġiku mistenni li jintagħżel sa l-ewwel nofs tas-sena d-dieħla u li s-sistemi neċessarji ikunu f’posthom qabel id-data tal-ftuħ ta’ l-isptar. Numru ta’ sistemi oħra mistennija li jiġu implimentati fuq medda ta’ tliet snin.

Waqa' fil-konsum

Question

Il-Prim Ministru kif jispjega l-fatt li filwaqt li fl-ewwel sitt xhur il-konsum waqa' biss b'0.7%, skond iċ-ċifri ppubblikati f'Settembru li għadda kien hemm waqa' ta' 4.7% għall-istess perijodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ċ-ċifri li huma kkwotati fil-mistoqsija huma fi prezzijiet reali. Iżda qabel xejn irridu nanaliżżaw iċ-ċifri fi prezzijiet kur renti. Dan għaliex jekk tiġi riveduta l-figura fi prezzijiet kurrenti, awtomatikament tinbidel dik fi prezzijiet reali, peress li d- deflator huwa bbażat fuq il- Harmonised Index of Consumer Prices (HICP), u għalhekk huwa kostanti. Il-konsum fi prezzijiet kurrenti żdied minn -1.9% għal 2.4% u dan għaliex is-sorsi tad-data li ntużaw ġew riveduti ‘l fuq, speċjalment minn-naħa ta’ l-importazzjoni. Fost dawn kien hemm żidiet fl-ikel u x-xorb u fid-durable goods. Barra minn hekk, saret reviżjoni fis-sistema ta’ kif issir l-istima fuq il-konsum biex tiġi iktar in line mal-European System of Accounts. Dan huwa proċess kontinwu u figura trid titqies proviżorja u tista’ tibqa’ tiġi riveduta sa massimu ta’ tliet snin wara.

Żieda fil-valur miżjud

Question

Tneħħi l-banek u l-kostruzzjoni , liema kienu dawk is-setturi li l-aktar ikkontribwew għaż-żieda fil-valur miżjud fl-ewwel disa' xhur tas-sena? X'inhi r-raġiuni li l-gvern ma ppubblikax għall-ewwel disa' xhur tas-sena kemm minn dawn iż-żidiet fil-valur miżjud hu dovut għal żieda fil-qliegħ jew fil-pagi, settur b'settur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-uniċi setturi li raw tnaqqis fil-kontribuzzjoni għall-valur miżjud kienu s-setturi tal-manifattura u dak ta’ l-elettriku u ta’ l-ilma. Is-setturi l-oħra kollha żdiedu. Minbarra s-setturi tas-servizzi ta’ intermedjarji finanzjarji u l-kostruzzjoni, issib li s-setturi li l-iktar ikkontribwew (f’’termini ta’ zieda perċentwali) kienu dawk tas-sajd, tal-quarrying, u tar-real estate, renting and business activities. Dawn id-dettalji jinstabu fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Importanti li wieħed jinnota li l-figuri għat-tielet kwart huma preliminari u suġġett għal reviżjoni. Id-dettalji għat-tielet kwart tas-sena se jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika f’Diċembru.

Purchasing power

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jikkalkola li naqas il-purchasing power medju fis-sena li għaddiet u kemm se jkompli jonqos is-sena d-dieħla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant biex jagħmel referenza għat-tabella 2.7 fuq paġna 41 tal-Economic Survey għall-perjodu Jannar sa Settembru 2005. Il-purchasing power is-sena d-dieħla jiddependi fuq ħafna fatturi inkluż it-tkabbir ekonomikuu mill-iżvilupp tal-inflazzjoni fil-pajjiż.

Kunsill Kon Katidral ta' San Ġwann — Rappreżentanti tal-Gvern Malti

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15424 u jgħid min kienu r-rappreżentanti tal-Gvern Malti fuq il-kunsill tas-St. Johns Co Cathedral Foundation bejn Awissu 2004 u Awissu 2005, kemm saru laqgħat u kemm attendew minn dawn il-laqgħat? Jista' jispjega għaliex ġie magħżul Awstraljan biex jagħmilha ta' Project Manager fil-Kon Katidral ta' San Gwann? Xi kwalifiki għandu fir-restawr jew fi project management? Min kien il-bord ta' l-għażla? Għaliex mhux qed jintużaw is-sistemi normali tal-gvern biex isir reklutaġġ ta' persuna fil-Kon Katidral? Jista' jispjega kif ġiet magħżula l-kuratur ġdid tal-Kon Katidral ta' San Gwann? Xi kwalifiki għandha bħala restawratur? Jista' jgħid għaliex ma ntgħażlux persuni li kellhom aktar kwalifiki minnha? Jista' jispjega kif inhuma kontrollati u awditjati l-finanzi tas-St. Johns Co Cathedral Foundation? Kif jispjega li dawn m'humiex qed joħorġu tenders bis-sistema normali tal-gvern imma billi jġibu avviż fil-gazzetti? Jaħseb li hu tajjeb li f'dawn l-avviżi l-applikant jiġi mitlub jikkuntattja direttament lil min għamel id-disinn? Kif ġie magħżul id-disinjatur Taljan għas-sistema ta' dawl dekorattiv tal-Kon Kattidral ta' San Gwann? Saret tender jew saret b'direct order? Kemm tħallas dan it-Taljan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.