Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġelat importat għandu levy ta' 70% u impożizzjoni oħra ta' 3ċ-il unit u magħhom qiegħda tiġi nkluża VAT ta' 15%? Jikkonsidra l-Ministru li ammont daqstant għoli ta' taxxa fuq ġelat importat qiegħed jgħolli l-prezz b'mod esaġerat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-levy ta` sebgħin fil-mija (70%) u ta` tlett ċenteżmi (3ċ) kull unit fuq il-ġelat importat ilha teżisti għal numru ta` snin, inkluż matul iż-żmien li kienet fis-seħħ il-liġi tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET). Il-ħsieb tal-Gvern hu li, fil-waqt li jżomm kemm jista` jkun rata waħda ta` taxxa tal-VAT, jara jekk għandux isir aġġustament fil-levy biex il-prezzijiet jibqgħu stabbli kemm jista` jkun. Fil-każ tal-ġelat wieħed ifakkar li l-ġelat f`family packs ta` volum mhux inqas minn 500 millitru mhux taxxabbli.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l -Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (DALLI, JOHN)
S`issa ġie ffirmat Private Secretariat Agreement ma` seba` persuni kif ġej:
Grad Dipartiment\Aġenda Dmirijiet
1. Senior Principal Maltacom plc (on loan) Personal Assistant
2. Senior Principal Law Courts Private Secretary
3. Corp. Training Manager M.I.T.T.S. Asst. Private
Secretary
4. Clerk Treasury Department Secretariat Officer
5. Clerk Local Council Department Secretariat Pool
6. n\a Minn barra Personal Driver \
Security
7. n\a Minn barra Personal Driver \
Security
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1988 fil-VAT Office? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li mid-29 t`Ottubru sal-31 ta` Diċembru 1998 saru żewġ (2) trasferimenti li jikkonċernaw id-Dipartiment tal-VAT.
It-trasferimenti saru fuq talba ta` l-uffiċċjali kkonċernati. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fl-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ngħataw ebda trasferimenti mill-Ministeru tal-Finanzi fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant it-trasferimenti ta` impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas-servizz.
Għaliex waqt li fil-Budget 1994 il-Ministru argumenta li biex ma jkunx hemm evażjoni tal-VAT m'għamilx thresholds waqt li f'dak tal-Budget 1999 ħabbar thresholds għall-VAT? Jaħseb il-Minsitru li issa ma jgħinux fl-evażjoni dawn it-thresholds?
Response (DALLI, JOHN)
Fl-ewwel introduzzjoni tal-VAT kien importanti li ma jsirux thresholds biex nassiguraw li fir-reġistrazzjoni tinqabad l-attivita ekonomika kollha fil-pajjiż. Dak iż-żmien konna għidna li kellna nikkonsidraw l-introduzzjoni tat-thresholds aktar il-quddiem.
Fl-1997 il-liġi li daħħal Gvern Laburista ntroduċiet it-thresholds. Il-liġi l-ġdida tal-VAT tirrifletti dan l-istat ta` fatt.
Jista' l-Ministru jgħid liema korpi kostitwiti, trade unions u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi ġew ikkonsultati fit-tfassil tal-liġi tal-VAT? F'liema dati saru dawn il-laqgħat ta' konsultazzjonijiet?
X'fehmiet ressqu l-għaqdiet li ġew ikkonsultati?
Liema fehmiet ġew aċċettati?
Response (DALLI, JOHN)
Waqt it-tfassil tal-liġi tal-VAT, il-Gvern kellu konsultazzjonijiet ma` dawn l-għaqdiet.
- Il-Federation of Industry.
- Il-Chamber of Commerce.
- Il-General Retailer and Traders Union.
- Il-Malta Hotels and Restaurants Association.
- Il-Malta and Gozo Restaurant and Hotels Association.
- Il-Federation of Hotels, Pensions and Catering Establishments.
- Il-Malta Institute of Accountants.
- Il-Association of Local Councils.
- Il-General Workers Union.
- Il-Union Ħaddiema Magħqudin.
- Il-Confederation of Maltese Trade Unions.
Dawn il-konsultazzjonijiet saru bejn id-19 ta` Ottubru u t-23 ta` Novembru 1998. Kif wieħed jista` jobsor, kull għaqda ressqet il-fehmiet u l-aspettativi tal-membri li tirrapreżenta fir-rigward ta` l-introduzzjoni mill-ġdid tal-liġi tal-VAT liema fehmiet f`ħafna każi kienu jaqblu.
F`sitwazzjoni dinamika ta` konsultazzjoni m`hux il-każ li jinżammu listi ta` fehmiet li ġew aċċettati bħalli kieku l-pożizzjonijiet kienu opposti jew statiċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport imsemmi fid-diskors tal-Budget 1999 dwar l-impatt tal-VAT fuq l-għoli tal-ħajja?
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija 2751.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartimenti tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn id-29 ta` Ottubru u l-31 ta` Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Lottu sar trasferiment wieħed biss. Madankollu l-persuna trasferita reġgħet ġiet trasferita lura lejn id-Dipartment fis-6 ta` Jannar, 1999.
Għall-aħħar parti tal-interpelanza nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-MFSC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Kif diġa infurmajt lill-Onor Interpellant fir-risposta għall-mistoqsija tiegħu numru 461, il-Malta Financial Services Centre hija entita` b`uffiċċju wieħed u għaldaqstant ma jingħatawx trasferimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-perjodu imsemmi kien hemm total ta` 6 persuni trasferiti minn jew lejn id-Dipartiment. Tlieta minnhom kienu trasferiti lejn id-Dipartiment filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew trasferiti lejn Dipartimenti oħrajn.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jista` jingħad li l-persuni msemmija kienu trasferiti fuq talba tagħhom stess dejjem skond l-esiġenzi tad-Dipartiment.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jekk meta fil-futur qrib isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond il-proċedura stabbilita u skond l-esiġenza tas-servizz.
Peress li fid-diskors tiegħu għall-Budget 1993, il-Ministru ħabbar li għall-ħames snin li kienu ġejjin kellu l-mira li jżomm id-deficit pubbliku f'livell ta' 3% tal-prodott gross domestiku, jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex bejn l-1992 u l-1996 din il-mira mhux talli ma ntlaħqitx iżda ttriplat?
Response (DALLI, JOHN)
Fond Konsolidat
Attwali 1992 1993 1994 1995 1996
Dħul Ordinarju 332.8 374.7 397.6 459.3 447.2
Infiq Rikurrenti 325.9 364.8 405.1 446.6 498.0
Infiq Kapitali 58.0 59.7 62.3 70.3 73.5
Deficit Strutturali 51.1 49.8 69.8 57.6 124.3
Għotjiet 16.4 8.4 12.9 4.5 20.8
Ħlas lura ta`
Self tal-Gvern 8.5 12.7 5.9 9.0 0.3
Bejgħ ta` ishma 0.5 0.7 12.6 14.6 0.09
Deficit Finanzjarji 25.7 28.0 38.4 29.5 103.1
GDP 874.7 940.0 1028.5 1145.5 1201.3
% 2.9 3.0 3.7 2.6 8.6
Kif diġa għidna fid-Diskors tal-Budget għall-1999, biex stajna nidentifikaw il-fissuri strutturali fil-finanzi pubbliċi, morna lura għas-sena 1985, u mill-istatistika finanzjarja tul dawn is-snin kollha, bnejna sena b`sena d-dħul ordinarju attwali u l-infiq rikurrenti u dak kapitali attwali. Minn dan l-analiżi, li tiegħu qed nipproduċi hawn fuq il-figuri relevanti għas-snin li semma l-Onorevoli Interpellant, jidher li kontroll fuq id-deficit kien fil-fatt qed isir. Dan jidher aktar ċar meta irnexxilna nniżżluh għall-medja ta` 3.0% bejn l-1992 u l-1995 minn medja ta` 5.1% fit-3 snin ta` qabel.
Rigward l-1996, diġa tajt raġunijiet għaliex spiċċat kif spiċċat, imma ta` min jgħid:
1. l-interattivita tat-titjib fil-pensjonijiet li sar mill-1987 sa dak in-nhar mar-riforma fis-servizz ċivili li kkawżat żieda qawwija mhux biss fis-salarji imma wkoll fil-pensjonijiet;
2. bejgħ ta` ishma li kien proġettat u li ma sarx għax dak inhar intqal li kien `kontra l-policy tal-Gvern` Laburista ġdid;
3. l-eżerċizzju tal-MDD li kien ippjanat għall-1996 u li ma sarx f`dik is-sena imma tħalla għas-sena ta` wara biex iċ-ċifri dehru kif dehru;
4. in-nuqqas ta` dħul mit-taxxa tal-VAT, b`riżultat tal-politiċiżżazzjoni ta` din is-sistema ta` tassazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħħal il-gvern mill-eżitu tal-liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali? Kemm kien l-ammont minn kull bank?
Response (DALLI, JOHN)
L-ammont ta` flus li daħħal il-Gvern mill-eżitu tal-liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali huwa hekk:
Lm
Mid Med Bank 1,476,237
Bank of Valletta 1,621,118
APS Bank 93,909
Lombard Bank 89,729
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2538?
Response (DALLI, JOHN)
Minn Novembru ta` l-1994 l-attivitajiet tal-`Exchange Bureaux` ġew regolati mill-Att ta` l-istess sena li jirregola l-Kummerċ dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji. Għaldaqstant, `Exchange Bureaux` illum nirreferu għalihom bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji. Il-Bank Ċentrali ta` Malta bħala l-Awtorita` Kompetenti taħt il-liġi, għandu 11 (ħdax) il-Istituzzjoni Finanzjarja liċenzjati miegħu taħt din il-liġi.
Ir-rekwiżiti neċessarji biex tinfetaħ Istituzzjoni Finanzjarja huma stabbiliti minn żmien għal żmien minn direttiva lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji, maħruġa mill-Awtorita` Kompetenti taħt l-istess liġi.
Ir-rekwiżiti huma dawn:
- applikazzjoni għall-liċenzja għandha tkun bil-miktub minn kull
kumpanija lill-Awtorita` Kompetenti;
- il-fondi ta` l-Istituzzjoni huma stabbiliti mill-Awtorita` Kompetenti
stess kif ikun adattat skond l-attivitajiet li obbliga ruħu li jagħmel l-applikant skond l-Iskeda maħruġa ma` l-istess liġi;
- irid ikun hemm mill-inqas żewġ individwi li jkunu effettivament se
jmexxu l-kummerċ ta` l-istituzzjoni; u
- l-azzjonisti kwalifikattivi, kontrolluri u l-persuni kollha li jkunu
effettivament imexxu l-kummerċ ta` l-istituzzjoni iridu jkunu persuni addattati biex jassiguraw il-management prudenti tagħha u li jissodisfaw kriterji bħal `Four-eyes principle` u `fit and proper persons`.
L-istituzzjonijiet finanzjarji huma kollha konformi mal-ħlas tal-liċenzji tagħhom.
Jekk xi waħda mill-istituzzjonijiet ma tkunx konformi ma` xi direttiva ta` l-Awtorita` Kompetenti din tista` tkun ħatja ta` reat u pieni skond l-Att li jirregola dawn l-istituzzjonijiet.
L-għoti ta` liċenzja huwa soġġett għal dritt annwali ta` lira) u żieda ta` Lm150 (mija u ħamsin lira) għal kull branka addizzjonali.
Peress li fid-diskors tiegħu għall-Budget 1993, il-Ministru kien ħabbar li waħda mill-miżuri fil-ħames snin li kienu ġejjin kienet li l-għadd ta' mpjegati fis-settur pubbliku jkunu ta' bejn 25% u 30% ta' dawk li jaħdmu f'pajjiżna, x'sar mill-1993, sal-lum biex tintlaħaq din il-mira? Meta jaħseb li se tintlaħaq?
Response (DALLI, JOHN)
Mill-1993 `l hawn ittieħdu miżuri biex:
1. l-ingaġġ mal-Gvern ikun limitat kemm jista` jkun għas-setturi fejn
hemm bżonn;
2. jiġu privatizzati xi ażjendi li allura jgħaddu mis-settur pubbliku
għal dak privat;
3. jitnaqqsu n-numru ta` mpjegati f`ażjendi parastatali permezz ta` skemi
apposta, bħalma sar, per eżempju fis-settur tat-Tarznari;
4. ħloqna xogħol alternattiv fis-settur privat li ta` opportunitajiet
lill-ħaddiema.
Minn mindu erġajna ġejna fdati bil-Gvern qegħdin nagħmlu reassessment tas-sitwazzjoni biex nirrijorjentaw dawn l-oġġettivi.
Żgur li m`aħniex se nkeċċu nies minn mal-Gvern biex noħolqu pool ta` li minnhom minn iħaddem jista` jieħu b`irħis.
Għaliex waqt li fil-Budget 1994 il-Ministru argumenta li biex ma jkunx hemm evażjoni tal-VAT "mhux qegħdin jiġu kkontemplati limiti ...", u issa f'dak tal-Budget 1999 fassal liġi tal-VAT li jikkontempla limiti?
Response (DALLI, JOHN)
Hu magħruf li l-istaġnar ekonomiku li hawn f`pajjiżna ġie kkawżat primarjament mill-inċertezza li ħoloq il-Gvern ta` qabilna fost il-poplu. Hu għalhekk bżonn li miegħu jaqblu l-operaturi ekonomiċi li malajr kemm jista` jkun għandha titwettaq il-wegħda elettorali tal-Gvern preżenti li jibdel it-taxxa fuq il-konsum. Flimkien ma` dawn l-operaturi ekonomiċi ġie stabbilit li jkun aħjar li l-VAT tkun implementata fl-ewwel ta` Jannar 1999.
Peress li fid-diskors tiegħu fil-Budget 1999 (f'paġna 78) il-Ministru qal: "Minn studju li għamilna jirriżulta li l-bdil fis-sistema għandu jkollu effett insinifikanti fuq l-għoli tal-ħajja", jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
L-istudji qegħdin jiġu ċċekkjati u meta dawn jiġu ffinaliżżati jitqegħdu fuq il-mejda tal-kamra.
Ta` min jinnota li qegħdin infittxu l-istudji li saru meta ġiet introdda ċ-CET biex inkunu nistgħu nikkonfermaw il-parametri li qed nużaw imma ma nistgħux insibu ebda studju li jirrifletti kif qegħda taħdem iċ-CET illum.
Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-kumitat imwaqqaf dwar il-public debt servicing? Kemm ilu li twaqqaf u kemm-il seduta żamm dan il-kumitat sa llum? Għamel xi rakkomandazzjonijiet s'issa? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Kumitat dwar il-Public Debt Servicing li kien twaqqaf taħt l-Amministrazzjoni l-oħra kien ltaqa` darba waħda biss u kien magħmul minn rappreżentanti mill-Ministeru tal-Finanzi, Banek Kummerċjali, il-Borża ta` Malta u minn stockbroker. Il-Kumitat kien presidut mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi.
Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jirrevedi l-kompożizzjoni ta` dan il-Kumitat u t-termini ta` referenza tiegħu.