Legislature:
Category:
Reset
Active:

UE — Programm għan-nisa żvantaġġati

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-programm finanzjat mill-Unjoni Ewropea biex isir taħriġ fost in-nisa żvantaġġati biex jiġu żviluppati fihom ħiliet ħalli jidħlu fid-dinja tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Bord ta' l-AĊĊESS, li hu l-project leader tal-programm li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant, qed jirrevedi l-proposta oriġinali. Ninsab infurmata wkoll li l-proposta l-ġdida mistennija titlesta dalwaqt.

Akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament li hi każ soċjali, tingħata post alternattiv fejn tkun tista' tgħix mat-tfal tagħha? Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal dan il-każ partikolari u tara li jingħata priorita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Akkomodazzjoni soċjali — Housing inspectors

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se jagħmel spezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant saret f'Novembru 2003.

Għajnuna soċjali — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-anzjan mill-Isla, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-iskema tal-care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba dwar l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. B'dankollu l-Awtorita' ħadet nota ta' din il-persuna u mistennija tagħmel spezzjoni biex tara jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li l-ID card number tagħha qed jintbagħat separatament, u li qed tistenna post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandu ebda applikazzjoni minn persuna li għandha n-numru ta' l-identita' indikat mill-Onor. Interpellant.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' l-applikanti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, quddiem l-awtorita' tad-djar biex jixtru l-fond tagħhom? Meta mistenni jsir il-kuntratt preliminari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita' tad-Djar fit-12 ta' Jannar 2005. Fit-2 ta' Marzu 2005 saret spezzjoni fuq il-post u issa qed isiru il-pjanti, li mistennija jkunu lesti sa' l-20 ta' dan ix-xahar. Dawn il-pjanti jiġu riferuti lid-Dipartiment ta' l-Artijiet li jrid jikkonferma jew le jekk il-post jistax jinbiegħ lill-applikant. Il-prezz tal-bejgħ jinħadem wara li jkun hemm din il-konferma.

Post Alternattiv

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' mara separata bi tlett itfal li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tieħu post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li anzjana armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata post alternattiv fil-pjan terran?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Minsitru tara li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jinvestiga jekk il-benefiċċju li qed tirċievi l-persuna li ġiet boarded out u li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex korrett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Housing — Dawl

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex persuna - partikolaritajiet dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha bla dawl mill-1998 u d-dar tagħha hija f'kundizzjoni ħażina?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija nitolbu jindikali, anki b'mod kunfidenzjali, l-indirizz tad-dar li qed jirreferi għaliha.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk jistgħux jinbidlu ż-żewġ twieqi li hemm fil-bejt ta' blokk 6, Triq id-Deheb Fin, Qormi minħabba li waħda minnhom tinsab miksura u l-oħra ma tinfetaħx u b'hekk ma tistax tiġi mnaddfa mir-residenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Qormi — Persuna b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ma ntlaqgħetx it-talba għal reserved parking quddiem blokk B, flat 4, Ta' Pascarella housing estate, Qormi peress li hemm tifel b'diżabilita' li kontinwament jiġi ndukrat min-nanna tiegħu - peress li l-ġenituri jaħdmu filgħodu - u li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Tista' il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tapprova dan il-permess minħabba li dan it-tifel ikollu ta' bilfors jinġarr ta' kuljum minn dan l-appartament u peress li huwa nieqes mid-dawl u mis-smigħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Manutenzjoni ta' flat

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġi rranġat is-saqaf tal-bejt fuq il-flat li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Sigurta' Soċjali — Persuni boarded out

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nies ġew boarded out is-sena l-oħra? Kemm minn dawn kienu mpjegati u kemm kienu self-employed? Kemm kien it-total minn Għawdex meta kkomparat ma' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel u t-Tielet Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10789 f'Seduta Numru 252. Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jinbeda l-bini ta' lift fi blokk 5, Triq id-Deheb Fin, Qormi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għaddej il-proċess biex jiġu aġġudikati l-offerti għall-istallar tal-lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk it-twieqi fil-komun ta' blokk 2, Triq id-Deheb Fin, Qormi jistgħux jinbidlu mill-ġdid f'aluminium minħabba li dawk eżistenti jinsabu fi stat ħażin ħafna u qed ikunu ta' periklu għar-residenti nfushom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Żejtun — Traffic parking signs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11441, possibbli li l-Ministru tinformana x'passi ħadet s'issa il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' dwar dan l-ilment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li wara d-diskussjonijiet li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kellha ma' l-Awtorita' Maltija dwar it-Trasport, l-Awtorita' talbet lill-Kunsill Lokali konċernat biex it-tabelli in kwistjoni jinbidlu. Il-Kummissjoni tat żmien definit lill-Awtorita' li fih tistenna li din it-talba tiġi implimentata.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment tal-manutenzjoni ma jridx li jinbidel il-madum tal-kontrabejt ta' blokk X3 fi Triq id-Deheb Fin, Qormi li ma jirrikjedix iktar minn xogħol ta' tlett ijiem? Tista' tgħid għaliex ġie injorat rapport mill-perit tal-kunsill lokali dwar il-ħsarat li hemm f'dan il-kontrabejt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-bejt li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant jinħtieġ manutenzjoni, liema xogħol hu responsabbilta' ta' l-inkwilini. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux il-każ li ġie njorat ir-rapport indikat iżda f'dawn il-każijiet id-deċiżjoni aħħarija hi tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.

Manutenzjoni ta' flat

Question

Tista' il-Ministru tara li l-bieb tal-flat tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Servizzi Soċjali — Għajnuna tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex twaqqfet l-għajnuna tal-mard lill-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u tara li din issa tingħatalha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.