Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17062 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jdaħħlu droga ġo Malta "for personal use" din is-sena? Kemm ittellgħu l-qorti persuni għal reati simili din is-sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-15 ta` Ġunju ta` din is-sena, inqabdet persuna waħda ddaħħal droga ġo Malta for personal use. Din il-persuna tressqet quddiem il-Qorti, fejn ġiet misjuba ħatja u mogħtija l-provvediment ta` l-artikolu 9 ta` Kap. 152 għall-perijodu ta` tlett snin. Il-Qorti ordnat ukoll it-tneħħija ta` l-istess persuna minn Malta.
Leg 9 PQ #17092 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spetturi - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-grad ta' spettur tal-pulizija? Kemm kienu dawk li applikaw li kienu membri tal-korp tal-pulizija? kemm kienu dawk li applikaw minn barra l-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għall-aħħar sejħa għal applikazzjonijiet għall-postijiet ta` Spetturi fil-Korp tal-Pulizija, li għalqet fid-29 ta` Ottubru 1999, kien hemm 37 applikazzjoni. Dawn kienu 12-il applikazzjoni minn membri tal-Korp u 25 applikazzjoni minn persuni li m`humiex membri tal-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #16802 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' rapporti lill-pulizija dwar każijiet ta' kuntrabandu fuq xorb, sigaretti, ikel, eċċ matul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet simili rapportati lill-pulizija matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant il-Pulizija kellha 19-il rapport dwar kuntrabandu. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #16805 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Mellieħa - Pompa tal-petrol

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni quddiem il-Planning Authority għall-pompa tal-petrol ġdida fil-Mellieħa u l-petizzjoni ta' oġġezzjoni mressqa mir-residenti tal-Mellieħa dwar dan il-proġett, jista' l-Ministru jinfurmani fis-sitwazzjoni attwali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-pompa ġdida fil-Mellieħa qegħda tiġi proċessata u bħalissa qiegħed jiġi evalwat l-Environment Impact Assessment relevanti għal dan is-sit.
Leg 9 PQ #17051 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal taħt is-sittax-il sena l-qorti din is-sena u fuq liema akkużi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-15 ta` Ġunju ta` din is-sena, ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq diversi reati 86 persuna taħt is-sittax-il sena. Dawn tressqu l-Qorti dwar ir-reati kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17052 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Splussivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jużaw splussivi fil-baħar waqt sajd illegali f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq akkużi simili fl-istess żmien u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #17048 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

ATM Machines — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' frodi u/jew serq minn użu ħażin ta' ATM machines din is-sena u s-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-1999 u matul din is-sena, sal-15 ta` Ġunju, in-numru ta` rapporti li l-Pulizija kellha dwar frodi/serq relatat ma` l-ATM`s kien ta` 10 u 8 rispettivament.
Leg 9 PQ #17049 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi ta' tlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena? Kemm minnhom kienu riċedivi? X'weħlu din id-darba u fid-drabi ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-15 ta` Ġunju ta` din is-sena, il-Pulizija ressqet 9 persuni quddiem il-Qorti fuq każi ta` tlajjar għal skopijiet ta` prostituzzjoni. Tlieta minnhom kienu nstabu ħatja ta` dan ir-reat drabi oħra. Dawn il-każi għad m`humiex deċiżi, filwaqt li fil-passat dawk misjuba ħatja kienu weħlu pieni ta` priġunerija, multa jew probation.
Leg 9 PQ #17050 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga ġewwa l-ħabs din is-sena u kemm inqabdu ħabsin taħt l-effett tad-droga ġewwa l-ħabs din is-sena? X'weħlu għal dan l-abbuż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sas-16 ta` Ġunju, kien hemm tlett okkażżjonijiet meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-ħabs. F`żewġ okkażżjonijiet minn dawn it-trab instab ġewwa l-ħabs, filwaqt li fil-każ l-ieħor it-trab instab fuq priġunier waqt tfittxija li saret fuqu meta nġieb il-ħabs mill-Qorti. Dawn it-tlett każi għadhom qed jiġu nvestigati mill-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll li bejn l-1 ta` Jannar u s-16 ta` Ġunju, 2000, saru 253 test ta` l-urina u 18-il persuna rriżultaw pożittivi. Bħala kastig 16-il priġunier tilfu komplissivament total ta` 834 ġurnata remission, filwaqt li 2 priġunieri ma ngħatawx kastig peress li kienu laħqu ġew rilaxxati mill-ħabs qabel ma kien wasal ir-riżultat tat-test.
Leg 9 PQ #17154 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarbu priġunieri mis-CCF, mill-lock ups, miċ-ċentri ta' detenzjoni u minn sptarijiet? Jista' jagħti id-dati meta dawn ħarbu? Min kienu dawk li ħarbu? Meta nqabdu? X'passi kriminali u dixxiplinarji ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #16755 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Marfa — Moll

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk il-moll tal-Marfa li jiġi ntużat mis-sajjieda Maltin u Għawdxin huwiex se jibqa' jkun aċċessibbli għas-sajjied Maltin u Għawdxin? Jista' jinfurmana jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċevitx applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta' dan il-moll li jintuża mis-sajjieda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni waħda, Numru 4241/98, fejn ġie propost Marina/Yachting Club bħala parti mill-faċilitajiet għal lukanda eżistenti. Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata mill-Bord tal-Kummissjoni ta` l-Iżvilupp fis-17 ta` Mejju 1999.
Leg 9 PQ #16756 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Marfa - Moll

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk jirriżultax li hemm talba quddiem id-dipartiment ta' l-artijiet sabiex il-parti tal-moll tal-Marfa, qrib ir-Ramla Bay Hotel, li tintuża mis-sajjieda, jiġi mogħti lill-kumpanniji privati? X'tip ta' żvilupp u x'inhi l-pożizzjoni llum dwar l-aċċess tas-sajjieda għal dan il-moll?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16755 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #16853 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Skejjel ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' skejjel ġodda? Minn min saret kull talba? F'liema lokalita'? F'liema stadju waslet kull applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16854 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Skejjel — Bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mil-awtoritajiet ta' l-Istat, tal-Knisja jew skejjel indipendenti biex isiru alterazzjonijiet, estensjoni tal-bini? F'liema lokalita' u f'kull każ x'inhi t-talba? F'liema stadju qiegħda kull applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17003 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Priġunieri - infiq

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji separatament lil din il-Kamra ta' kemm intnefqu flus mill-Korp tal-Pulizija, f'man-power, telefonati, fuel ta' karozzi u f'kull riżors ieħor li ntuża biex saru t-tfittxijiet u eventwalment il-qabdiet ta' l-erba' priġunieri li ħarbu mill-ħabs ta' Kordin dan l-aħħar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mhux fiżikament possibli li jsir dan il-kwalita` ta`
Leg 9 PQ #17006 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ditta Borg Bros

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk l-għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17013 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq reati li kienu allegatament kommessi f'Paceville sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti informazzjoni skond ir-reat? Jista' jgħid kemm mill-persuni mressqa kellhom taħt it-18-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #17014 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies il-ħabs, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn kienu first time offenders? Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet tal-priġunieri u skond humiex irġiel jew nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16701 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet

Question

Peress li issa ntlaħaq ftehim bejn il-gvern u l-knisja dwar numru ta' artijiet li kienu għadhom bla titolu għal fini ta' proprjeta' testwali tal-gvern Malti, jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament mal-awtorita' tad-djar sabiex residenti li għandhom plots ta' l-awtorita' u għadhom fuq bażi ta' konvenju bħal fil-każ tar-residenti ta' Għar Barka, r-Rabat, jsirulhom il-kuntratti finali? Jista' l-Ministru jinformani meta residenti ta' Għar Barka se jersqu għal dawn il-kuntratti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Knisja fit-30 ta` Mejju 2000, ma jaffettwax il-konvenji li saru ma` l-Awtorita` tad-Djar dwar l-artijiet ta` Għar Barka, ir-Rabat. Peress li l-art ġiet esproprijata qabel it-18 ta` Frar 1993, il-proċess għall-akkwist ta` l-art in kwistjoni jrid jiġi finalizzat bejn id-Dipartiment ta` l-Artijiet u l-Awtoritajiet Ekklesjastiċi. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15693.
Leg 9 PQ #16847 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il vettura inqabdet qed tinsaq fit-triq meta l-liċenzja ma kenitx tħallset?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena l-Pulizija qabdet 302 sewwieq jagħmlu użu minn vettura fit-triq bil-liċenzja mhux imħallsa.