Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Bejgħ ta' prodotti mit-tuck shops

Question

Jista’ il-Ministru jgħid issa li bdiet sena skolastika oħra, jiżgura li se jsir minn kollox biex fil-canteens /tuck shops ta’ l-iskejjel ta’ l-istat, indipendenti u tal-knisja jinbiegħu biss prodotti li huma tajbin għas-saħħa tat-tfal? Jaf li fl-Ingilterra l-Ministru responsabbli tat struzzjonijiet sabiex ċerti prodotti ma jinbiegħux lit-tfal? Konxju l-Ministru li jekk jieħu azzjoni serja jgħin biex jevita aktar problemi ta’ ħxuna fiż-żgħażagħ tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kapijiet ta' l-iskejjel jafu li ilha il-politika tal-Ministeru li mit-tuck shop ta' l-iskola jinbiegħu biss prodotti li huma tajbin għas-saħħa tat-tfal. Tlabt lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni tassigura li din il-politika tiġi segwita mill-iskejjel kollha. Napprezza l-ismijiet ta' skejjel li ma jkunux qed isegwu din il-linja biex jittieħdu il-passi meħtieġa.

Skejjel — Xiri ta' uniformijiet

Question

Jista’ il-Ministru jinvestiga u jara għaliex ċerti skejjel, bħal dawk imsemmija separatament, taw ordni lill-ġenituri li l-uniformijiet u ħwejjeġ oħra konnessi jridu jinxtraw biss minn ħwienet speċifiċi? Ordni bħal din ma tiksirx il-liġi? Jista’ jgħid ukoll jekk f’pajjiżna hemmx il-ħsieb li dan il-monopolju jinqata’?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel jibgħatu lill-ġenituri jixtru l-uniformi minn ħwienet speċifiċi għax ftit huma l-ħwienet li jkollhom il-materjal adattat. L-iskejjel lesti jikkoperaw ma' dawk il-ħwienet kollha li juru interess li jkollhom l-items ta' l-uniformijiet tagħhom, iżda kważi l-ebda ħanut ħlief il-ftit tas-soltu, ma jikkuntattjaw lill-iskejjel biex jaraw il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom. Fil-każ ta' waħda mill-iskejjel imsemmija, nħarġet 'public tender' li applikaw għaliha aktar minn 10 skejjel. L-għażla finali ttieħdet mill-iskola b'konsultazzjoni ma' l-għaqda tal-ġenituri tat-tfal ta' l-iskola.

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ il-Ministru jghid x’kien id-dħul s’issa matul din is-sena għall-Pixxina Nazzjonali minn timijiet tal-waterpolo u/jew ta' l-għawm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dħul s'issa matul din is-sena minn timijiet tal-waterpolo u/jew tal-Għawn lokali jammota għal Lm52367 (minnhom hemm ammont ta' Lm 36552.30 f'sussusdju lill-ASA inkluż il-clubs).

Universita' — Studenti li attendew l-international school

Question

Jista’ il-Ministru jgħid s’issa matul din is-sena x’kien in-numru ta’studenti barranin li attendew l-International School ta’ l-Universita`ta’ Malta? Jista’ jgħid liema kienu l-pajjiżi li l-aktar li ġew minnhom dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li attendew l-International School of English bejn Jannar u Settembru 2005 kien ta' 397. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-istudenti ġew mill-Italja u Spanja.

Skejjel tal-Knisja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’kienet is-somma globali li ngħatat mill-Gvern lill-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika li għaddiet ? Jista’ jgħid kemm minnha kienet għall-pagi ta' l-għalliema u kemm kienet għal staff ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma globali għas-sena skolastika Ottubru 2004 - Settembru 2005 kienet Lm11,673,178. Din kienet maqsuma hekk : Ammont imħallas lil għalliema :- Lm9965089 Ammont imħallas lil staff ieħor :- Lm1323563 Ammont imħallas għal spejjes oħra :- Lm 385000 Totali :- Lm11673178 Informat ukoll li l-flus mgħoddija lill-iskejjel tal-Knisja huma mgħoddija fuq bażi tas-sena finanzjarja Jannar-Diċembru.

Skejjel tal-Knisja

Question

Jista’ il-Ministru jghid kemm hu stmat li l-Gvern se joħroġ għall-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika li għada kemm bdiet? Kemm minnhom se jkunu għall-pagi ta' l-għalliema? Kemm għall-pagi ta’ ħaddiema oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-flus ivvutati għall-iskejjel tal-Knisja huma fuq bażi ta' sena kalendarja. Għas-sena 2005, il-Gvern ivvota Lm11.5 miljuni. Dan l-ammont diġa tħallas. Għalhekk għas-sena 2006, wieħed irid jistenna l-ammont approvat fl-Estimi Finanzjarji tas-Sena d-dieħla.

Skejjel — Kapijiet/assistenti kapijiet u għalliema

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm irriżenjaw kapijiet ta’ skejjel, assistenti kapijiet u għalliem/a separatament matul is-sena skolastika li għaddiet sal-25 ta’ Settembru 2005? Kemm irriżenjaw lecturers, tutors, eċċ., mill-MCAST u l-Junior College?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena skolastika li għaddiet, sal-25 ta' Settembru 2005, kien hemm dawn ir-riżenji:- Kapijiet Ass.Kapijiet Għalliema Instructors Fil-livell Primarju Nil Nil 7 Nil Fil-livell Sekondarju Nil Nil 21 1 Irriżenjaw 27 lecturer full-time u 10 lecturer part-time mill-MCAST . Informat ukoll li ħadd ma rriżenja mill-Junior College.

Servizz ta' facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li student li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament , għadu sal-lum mingħajr facilitator għalkemm dan is-servizz ġie lilu approvat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma ġiet ippreżentata dokumentazzjoni medika meħtieġa biex l-istatementing board jiddeċiedi jekk l-istudent jeħtieg facilitator jew le. Din id-dokumentazzjoni ntalbet lill-ġenituri darbtejn iżda baqgħu ma ppreżentawhiex. Għaldaqstant il-proċess ta' l-istatementing ma jistax jibda.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li għad irid jinġabar it-tagħrif mitlub minn diversi entijiet, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel ta' l-Ingliż

Question

Nagħmel referenza ghall-mistoqsija parlamentari 13978, jista’ il-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ġie assigurat li l-għalliema kellhom il-kwalifiki mitluba u li l-iskejjel kienu adegwati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hija l-policy tal-Bord ta' Sorveljanza tat-Tagħlim ta' l-Ingliż bħala Lingwa Barranija li kull min jgħallem fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-Barranin, irid ikollu is-Certificate of Proficiency in Teaching of English as a Foreign Language. Dan iċ-ċertifikat jiġi mġedded kull sena.

Kulleġġ San Benedittu

Question

Jikkonferma l-Ministru li fil-kulleġġ San Benedittu hemm lezzjonijiet li se jkunu komuni għal dawk li jattendu t-taqsima Junior Lyceum u dawk ta’ l-Area Secondary fl-istess Kulleġġ? Liema huma l-lezzjonijiet? Jista’ jgħid jekk f’Kulleġġi ohra mwaqqfa hux se jkun hemm l-istess sistema f’ċerti lezzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-fażi pilota ta' dan il-Kulleġġ l-iskola sekondarja subien ħadmet time-table li tippermetti lezzjonijiet komuni bejn iż-żewġ tipi ta' studenti f'suġġetti bħal Arti, Drama, PE, Mużika, Reliġjon u PSD. Fi stadju ulterjuri tar-riforma tas-sistema edukattiva jiġi deċiż jekk u kif tiġi estiża din is-sistema.

Skejjel ta' l-istat — Vakanzi ta' Kap u Assistent Kap

Question

Jista’ il-Ministru jghid jekk hemmx vakanzi bħalissa fil-grad ta’ Kap u Assistent Kap fl-iskejjel ta’ l-Istat? F’liema skola u kemm ilhom mingħajr il-Kap jew l-Assistent?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Skejjel Primarji - Vakanzi fil-grad ta' Kap fl-iskejjel Primarji ta' l-Istat Skola Data ta' meta l-post ġie vakant B'Buġia B 26 ta' Settembru 2005 Kirkop 22 ta' Settembru 2005 San Lawrenz 8 ta' Jannar 2001 Xagħra 5 ta' Ġunju 2002 Żebbuġ (Għawdex) 2 ta' Jannar 2003 Fil-preżent il-postijiet vakanti ta' Kapijiet fl-iskejjel hawn fuq msemmija huma mimlija b'Assistenti Kapijiet 'in charge' ta' l-iskola. Fil-każ tal-vakanzi f'Għawdex dawn għadhom ma ntlewx minħabba nuqqas ta' applikazzjonijiet minn persuni kwalifikati minkejja li saru numru ta' sejħiet. Skejjel Sekondarji - Vakanzi fil-grad ta' Kap fl-iskejjel Sekondarji ta' l-Istat Skola Data ta' meta l-post ġie vakant Ġuże Galea,Qormi BSS 28 ta' Settembru 2005 Kan. pawl Puliċino, Rabat GSS 22 t'Awissu 2005 Informat ukoll li fl-iskejjel Primarji u Sekondarji ta' l-Istat m'hemmx postijiet vakanti ta' Assistent Kap ta' l-iskola.

Skejjel ta' l-istat — Vakanzi fil-grad ta' għalliem

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx vakanzi fil-grad ta’ għalliem fl-iskejjel ta’ l-Istat bħalissa? Jista’ jgħid f’liema suġġetti u f’liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa la fl-iskejjel primarji u l-anqas fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat m'hemm vakanzi fil-grad ta' għalliem. Fejn minħabba mard fit-tul, maternity leave jew riżenja bla mistennija ta' xi għalliema tinħoloq vakanza temporanja jiġi mgaġġat jew min imissu mill-lista jew 'supply teacher'.

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ il-Ministru jghid mill-1 ta’ Jannar 2005 s’issa x’kien id-dħul totali minn dak li ħallsu timijiet barranin talli wżaw il-faċilitajiet tal-Pixxina Nazzjonali? Liema kienu dawn it-timijiet? Kemm damu Malta u kemm ħallsu kull wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pixxina Nazzjonali — Kiri ta' uffiċini

Question

Jista’ il-Ministru jghid x’kien id-dħul totali s’issa din is-sena minn kirjiet ta’ uffiċini u/jew bini fil-Pixxina Nazzjonali? Hemm xi għaqdiet li huma lura fil-ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dħul totali minn kirijiet ta' uffiċini u/jew bini fil-Pixxina Nazzjonali s'issa jammontaw għal Lm 14910 fejn kien hemm Lm 900 f'sussidji fil-kirjiet tal-ASA u MOC. Hemm total ta' tlettax l'Għaqda li huma lura fil-ħlas.

Course in diploma nursing — Practical exam

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13927 li għamilt lill-Ministru tas-Saħħa, jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li qed issir inkjesta dwar ir-riżultat tal-practical exam (OCSI) fil-kors tad-diploma nursing ta' l-2003? Jista' jgħid jekk hux veru li minn 104 studenti m'għaddewx minn dan l-eżami 73 u għaddew biss 31 student? X'inhi r-raġuni għal dan? Jekk qed issir inkjesta, tlesta r-rapport tal-findings? Jekk tlesta, jista' il-Ministru jissottomettih fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżultat tal-OSCI u r-rapport imħejji mill-Bord tal-eżaminaturi għall-eżami msemmi ġew diskussi fit-tul mill-Bord ta' l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa ta' l-Universita' ta' Malta. Informat li mir-rapport li ġie sottomess jirriżulta li l-proċeduri kollha li ġew segwiti waqt l-eżami ta' l-OSCI kienu korretti u li l-istudenti li ma kienux temmew dan is-suġġett b'suċċess (69 minn 102) weħlu minħabba 'unsafe practice'. Għaldaqstant il-Bord ħass li ma kellha ssir l-ebda nkjesta u r-riżultat ġie kkonfermat. Informat ukoll li mill-58 student li kienu eliġibli biex joqgħodu għar-'resit' f'dan is-suġġett, 52 student għaddew u sitta weħlu.

Warrant ta' għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ċċarati l-punti legali msemmija f'mistoqsija parlamentari 14622 biex tinħareġ warrant lill-għalliem imsemmi f'dettalji ma' l-istess mistoqsija peress li dan ilu li applika minn Jannar 2005? Ma jidhirlux li għaxar xhur huma biżżejjed, jekk mhux ukoll iżżejjed, biex jiġu ċċarati punti legali u tiġi pproċessata l-applikazzjoni msemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-pariri li għandi huma fis-sens li l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' dan il-warrant ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-liġi u kieku sempliċiment aċċettajt il-parir kienet tinħareġ risposta negattiva. B'danakollu qed nistħarreġ il-parir bl-iskop li nassigura l-aħjar konsiderazzjoni ta' l-applikazzjoni konċernata.

Universita' — Korsijiet livell undergraduate

Question

Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 14623 u jgħid kemm bdew korsijiet ġodda l;ivell undergraduate fl-universita' (1) studenti Maltin u (2) studenti Għawdxin matul is-sena akkademika 2004/2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena akkademika 2004/05 infetħu 2 korsijiet ġodda f'livell undergraduate. Diploma in Arabic daħlu 67 Maltin u 4 Għawdxin Diploma in Sport and Leisure Studies daħlu 16 Maltin.

Studenti universitarji — Stipendji/allowances

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14624 u jgħid kemm tħallsu stipendi u allowances lill-istudenti universitarji Maltin u Għawdxin fis-sena akkademika 2004-2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena akkademika 2004-2005 l-istudenti universitarji Maltin u Għawdxin ħadu fi stipendji u allowances is-somma ta' LM 4,840,920.

Rabat Għwdex — Skola Ninu Cremona

Question

Peress li fl-iskola Ninu Cremona, Rabat, Għawdex l-istudenti ta' Form 5 għadhom mingħajr teacher tar-reliġjon, jista' il-Ministru ġentilment jara li din il-problema tiġi ndirizzata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-problema ġiet indirizzata u solvuta.