Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30189 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana F. C. — Returfing

Question

Jistax il-gvern jikkonsidra jgħin lill-Floriana F. C. sabiex isir ir-returfing tal-11-a side ground fl-Arena tal-Indipendenza peress li s'issa dan għadu ma setax isir mill-għaqda fuq imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarju Parlamentari kellu laqgħa mal-Kumitat il-ġdid tal-Floriana F.C. Fost affarijiet oħra ġiet diskussa l-possibilita` ta' għajnuna biex il-ground 11-a-side tal-Furjana jiġi reseeded. Il-Gvern se jagħti għajnuna biex tinxtara ż-żerriegħa kif ukoll biex jiġu rranġati d-dressing rooms.
Leg 9 PQ #30190 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Periti Privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 11588?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tagħrif li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 195 għal Mistoqsija Parlamentari Numru 11588.
Leg 9 PQ #30192 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Cleaners/Handymen

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 7079?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20056 f'Seduta 396.
Leg 9 PQ #30193 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Equipment and Furniture in Schools Vote

Question

B'referenza għall-PQ 17420, jista' jagħti t-tagħrif mitlub aġġornat għas-sena skolastiku 2000 - 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Misotqsija waslet il-Ministeru l-bieraħ, it-tagħrif mitlub ma setgħax jinġabar fil-ħin u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30196 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-2001 kemm kien hemm studenti li qatt ma attendew l-iskola, minkejja li huma obbligati jagħmlu dan? X'inhuma l-etajiet ta' dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar in-numru ta' studenti li assentew ruħhom fit-tul mill-iskola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30198 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika dwar ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-iskejjel sekondarji tas-subien u bniet ta' Malta u Għawdex, skola bi skola, għas-sena skolastika 2000 - 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu qed jiġi kompilat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30200 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Community Council

Question

Jista' l-Ministru jilqa' t-talba li għamillu l-Maltese Community Council of NSW Inc. permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Settembru, 1999 biex jingħataw għajnuna ta' kotba, dizzjunarji u materjal edukattiv ieħor li huma indispensabbli għalihom għall-programmi edukattivi li għandhom biex ixerrdu t-tagħlim u l-kultura Maltija? Meta se jilqa' din it-talba? X'għajnuna se tintbagħat? X'għajnuna lest jagħti għat-tmexxija tal-ilsien Malti fl-Awstralja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, b'risposta għall-ittra msemmija mill-Onor. Membru, u wara laqgħat li membri ta' N.S.W. Inc. tal-Maltese Community Council kellhom ma' uffiċċjali tal-Ministeru tiegħi matul il-konferenza ta' Emigranti Maltin li saret f'Malta fil-bidu tas-sena 2000, intbagħtu kotba u CD's lill-Maltese Community of N.S.W. Inc, kif se nsemmi: Titlu Kwantita` Ħolma tal-Milied 4 Erba' Drammi 4 L-Isqaq 4 Nadriet 1-4 4 Ix-Xhud li ma deherx 4 Stejjer għal qabel jidlam 4 Fit-Teatru 4 Nimxu Flimkien 1-12 4 Denfil 1-6 4 Noli Noli 1-2 4 Ilsien Pajjiżi 4 Grammatika Maltija 1 4 Grammatika Maltija 2 4 Fra Martin 4 Stejjer minn tarf ir-raħal 4 Meta jaqa' ċ-Ċpar 4 Nies bla Sabar 4 Malta - An intimate Survey 50 CD "Mid-Djarju ta' Trevor Żahra 30 Informat ukoll li ntbagħtu għadd ta' kotba u CD's lil komunitajiet ta' Maltin oħra li jgħixu fl-Awstralja. Dan barra r-Roots Programme li twaqqaf mill-Ministeri tat-Turiżmu u ta' l-Edukazzjoni. Għajnuna oħra tingħata minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #30118 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata għajnuna edukattiva l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fid-dar tiegħu peress li se jagħmel żmien twil ma jattendix skola minħabba s-sitwazzjoni ta' saħħtu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent imsemmi għadu qed jiġi kkurat fl-Isptar San Luqa. Hekk kif issir it-talba mill-Kap ta' l-Iskola wara li dan jiġi nfurmat mill-ġenituri, l-istudent ikun jista' jibda jirċievi servizz ta' tagħlim id-dar, minn waħda mill-għalliema li jagħmlu parti mis-servizz peripatetiku taċ-Ċentru Nazzjonali ta' Appoġġ fi ħdan it-Taqsima Bżonnijiet Edukattivi Speċjali.
Leg 9 PQ #30157 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema entitajiet pubbliċi u privati użaw is-servizzi tal-Orkestra Nazzjonali fl-1999, 2000 u 2001 u kemm ħallsu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30158 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daqqet kunċerti l-Orkestra Nazzjonali fl-1999, 2000 u 2001? X'kienet in-nefqa f'kull kunċert u x'kien id-dħul?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30159 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, 2000 u 2001 kemm kien hemm solisti, conducters u part-timers li daqqew mal-orkestra nazzjonali? Kemm tħallsu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30069 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors — Panel Beating

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux għaddej il-proċess ta' dħul ta' studenti fil-kors tal-panel beating?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess tad-dħul fil-kors tal-Panel Beating beda u spiċċa fi żmien li d-Diviżjoni kienet qegħda tilqa' l-applikazzjonijiet għall-korsijiet post-sekondarji. Fejn ikun għad hemm post id-Dipartiment jibqa' jilqa' l-istudenti fl-ewwel ġranet ta' Ottubru. Wara dan iż-żmien il-proċess tad-dħul jieqaf. Hemm 9 studenti fl-ewwel sena tal-kors tal-Panel Beating.
Leg 9 PQ #30083 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swimming Promotion Unit — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw sabiex jipprovdu servizz ta' trasport għas-Swimming Promotion Unit? Min kienu u kemm kienet l-offerta tagħhom? Min intgħażel u x'servizz hu mistenni minnu? Għal kemm żmien ser jintalab dan is-servizz?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30101 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kanżunetta għall-Ewropa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop ta' l-organizzaturi tal-festival 'Kanżunetta għall-Ewropa', li jagħmlu numru żgħir fuq wara ta' l-envelop 'A'? Jista' jgħid wkoll min kienu l-membri tal-ġurija fil-fażi eliminatorja u x'inhi l-kompetenza mużikali ta' kull wieħed/waħda minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru mgħoti fuq ġewwa ta' l-envelope 'A' iservi sabiex kull min jissottometti kompożizzjoni għall-festival jiġi mogħti riċevuta, kif fil-fatt ingħata, bħala prova li ġiet sottomessa kompożizzjoni għall-festival. Informat ukoll li fil-fażi eliminatorja l-ġurija kienet komposta mis-segwenti persuni: Is-Sur Mark Grima Is-Sinjorina Nathalie Camilleri Is-Sur Frederick Attard Is-Sur Howard Debono Is-Sinjura Sylvana Cristina Is-Sur Josef Caruana Is-Sinjura Moira Delia Is-Sur Terry Farrugia Is-Sur Jason Zammit Hija l-prattika li l-memri tal-ġurijia ma jiġux mgħażula għall-festivals fuq il-kompetenza mużikali tagħhom biss. Tant hu hekk, li f'festivals internazzjonali l-ġurija ma tkunx komposta minn persuni b'kompetenza mużikali biss. Għaldaqstant il-Kumitat Organizzattiv jaddotta din il-policy.
Leg 9 PQ #30049 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna studenti li bdew edukazzjoni post-sekondarja għas-sena 2001-2002 fl-istituti differenti tal-MCAST, skejjel post-sekondarji, istituti tekniċi, f'Malta u Għawdex? Instituzzjoni b'istituzzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti li bdew l-edukazzjoni Post-Sekondarja fis-sena skolastika 2001-2002 huwa kif ġej: Sir Mikelanġ Refalo Ċentru ta' l-Istudji Ogħla 316 Carmen Carbonaro Skola tax-Xagħar u Sbuħija 66 Mother Theresa College Skola Provokazzjonali 128 Pre-School Education Skola ta' l-Edukazzjoni Bikrija 42 Sir Mikelanġ Sapiano Istitut Tekniku 72 Ġuże` Micallef Kulleġġ ta' l-Agrikultura 17 G. Curmi Skola Sekondarja Ogħla 989 Umberto Calosso Skola tas-Snajja' Subien 74 De La Salle College - 100 St Aloysious College - 210 St Edward's College - 76 Verdala International Sc. - 28 Total 414 M.C.A.S.T. Istitut għall-Inġinerija Elettronika - 135 Istitut għall-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni - 210 Istitut tat-Teknolo-ija ta' l-Informazzjoni - 210 Istitut għall-Kummerċ - 430 Istitut ta' l-Arti u d-Disinn - 58 Istitut Marittimu - 9 Total 1052 Junior College 1503 Grand Total 4673
Leg 9 PQ #30051 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Proġett tal-Villa Rosa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Ministru milli jiffirma l-permessi meħtieġa biex ikun jista' jitwettaq il-proġett tal-Villa Rosa għal skola għall-istudenti Russi peress li d-dewmien se jwassal biex dan il-proġett jintilef hawn Malta u jmur il-Ġermanja?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru naħseb jista' japprezza li l-proposta biex tinħareġ Liċenza ta' Skola għar-Russu u Liċenza oħra ta' Skola għat-Tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin ma hix proposta sempliċi u kienet tirrikjedi ċertu verifiki li mhux faċli jsiru. L-applikanti jafu li l-proċess ħa l-kors tiegħu u wasal biex jiġi mitmum.
Leg 9 PQ #30061 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħ'Attard — Sport Complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' l-isport complex li kellu jinbena bħala parti mill-proġett tat-tkabbir ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti talbet lill-perit appuntat mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard biex jemenda t-tender document kif meħtieġ. Sfortunatament minkejja li ilu sittax-il ġimgħa biex jissottometti dawn l-emendi lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-perit inkarigat għadu ma ssodisfax it-talba magħmula.
Leg 9 PQ #30082 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal tabib ewlieni tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-programm 'Xarabank' nħar il-ġimgħa 16 ta' Novembru li mhux qed jitħallew isiru taħdidiet fuq safe sex? Jekk hu minnu, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kurrikulu Nazzjonali jirregola din il-kwestjoni u ma nafx li wasluli xi ilmenti.
Leg 9 PQ #30103 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li d-divizjoni ta' Edukazzjoni tinvestiga ilment li wasalli minn diversi ġenituri li t-tfal żgħar li jmorru minn Ħal Kirkop fl-iskola San Franġisk t'Assisi qed jitħallew fil-main road ta' Ħal Kirkop minflok jitniżżlu ħdejn il-knisja kif kien il-ftehim u l-istruzzjonijiet tal-Kap ta' l-Iskola? Possibli jittieħdu passi biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Possibli l-Ministru jinnota li s-surmast ta' l-iskola ta' struzzjonijiet bil-miktub biex it-trasport jgħaddi minn ħdejn il-Knisja u minkejja dan min jopera dan il-vjaġġ xorta baqa jagħmel li jrid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola wasslet ir-rapport fuq it-trasport tat-tfal mill-iskola ta' San Franġisk t'Assisi lura lejn Ħal-Kirkop lill-uffiċjal inkarigat mit-trasport. Dan ħa ħsieb li jiżgura li d-diffikulta` tiġi riżolta.
Leg 9 PQ #29868 Sitting 652 2001-11-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kotba

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm kienet l-ispiża f'kotba lill-iskejjel tal-lyceum li hemm f'Malta u Għawdex, sija tal-bniet kif wkoll tas-subien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża f'kotba lill-iskejjel tal-Junior Lyceums tas-subien u tal-bniet għas-sena skolastika 2001/2002 kienet tammonta għal Lm98,146.