Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #13390 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – enforcement board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-enforcement board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11396 datata 17 t’Ottubru 2014.
Leg 12 PQ #13391 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – enforcement board – terms of reference

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-enforcement board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terms of reference tal-Enforcement Board tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu huma bbażati fuq Artikolu 12 (1) (a) (b) ta’ Kap 409.
Leg 12 PQ #13822 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — żieda fil-fees of office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’Mistoqsija Parlamentari bin-numru 12768, fejn diġa fie ndikat li l-fees of office m’hux ser jogħlew.
Leg 12 PQ #13879 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità tat-Turiżmu – Events Operations Advisor

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description tal-Events Operations Advisor fl-Awtorità tat-Turiżmu? Jista’ jgħid jekk il-Bord tal-MTA ġiex infurmat u approvax il-ħatra tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’din il-pożizzjoni? Jista’ jgħid fuq liema bażi din il-pożizzjoni ġiet ikkunsidrata bħala waħda ta’ fiduċja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hux prassi tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) li jiġi nfurmat il-Bord fuq pożizzjonijiet fil-grad ta’ jew taħt dak ta’ Senior Managers. Il-kuntratt huwa wieħed ta’ fiduċja minħabba l-fatt li ġie mogħti responsabilitajiet diretti mis-CEO marbuta ma’ oġġettivi diretti. Fit-term tas-CEO, ġew allokati proġetti u oġġettivi – fost l-oħrajn, il-Kalendarju permanenti tal-attivitajiet u l-Conventions Bureau. Hemm proġetti oħra li huma ta’ natura temporanja, bħal Milan Expo, CHOGM, il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa u Valletta 18. Dawn huma kollha proġetti li huma definiti u wara li jgħaddu, wieħed jista’ jittermina l-kuntratt, jekk ikun jinħass il-bżonn. Għaldaqstant il-kuntratt ma ġiex mgħoti b’mod permanenti iżda b’terminu fiss. Finalment, nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal dak li jirrigwardja l-kejl ta’ kif pożizzjoni tiġi kkonsidrata bħala waħda ta’ fiduċja, qed jintuża l-istess kejl tal-Amministrazzjoni preċedenti mis-sena 2008 ‘il quddiem..
Leg 12 PQ #12982 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi — Konċessjonijiet tal-MEPA

Question

Billi fil-media dehru rapporti li numru ta' lukandi hu mistenni li jagħmel użu mill-konċessjoni tal-MEPA li tippermetti żieda fin-numru ta' sulari li wieħed jista' jibni f'area partikolari, minħabba li l-proprjetà tkun użata bħala lukanda, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta l-istess lukandi talbu li jibbenefikaw minn din il-possibilità u meta l-istess talbiet intlaqgħu mill-MTA?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm applikazzjoni waħda (1) li kienet approvata f’Ottubru 2013 taħt l-ewwel policy li kienet ippublikata u sussegwentement kien hemm disgha (9) proposti li kienu approvati wara l-pubblikazzjoni tat-tieni policy. Dawn il-proposti daħlu bejn Settembru w Ottubru 2014 u kienu approvati mill-Awtorità Maltija ghat-Turiżmu fl-istess perjodu. F’dan l-istadju qed jkun jbassar li ser jkun hemm 18-il lukanda li ser jkabbru l-operat tagħhom. Dan l-investiment mistenni jlaħħaq mal-€100,000,000 fuq firxa ta’ erba’ snin, li tirriżulta f’żieda fl-ammont ta’ impiegi ta’ 0.4%. Dan ser jiġġenera tkabbir ekonomiku ta’ 0.3% tal-prodott gross domestiku.
Leg 12 PQ #13380 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

VisitMalta – hits fuq il-website

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ hits irreġistrati fuq is-sit elettroniku www.visitmalta.com fl-2013 u fl-2014 u mil-liema pajjiżi ġew dawn il-hits?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ drabi li ġie kkonsultat is-sit elettroniku www.visitmalta.com (magħrufa bħala number of sessions) matul is-sena 2013 kien ta’ 2,674,856, filwaqt li matul is-sena 2014 dan tela’ għal 3,709,478. Il-qabża fin-numru ta’ hits fuq il-website www.visitmalta.com kienet ta’ 39%. Iż-żewġ tabelli li jindikaw figuri ta’ snin 2013 u 2014 tal-pajjiżi ewlenin minn fejn saru dawn il-hits fuq il-website imsemmija. qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #13381 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunċert Isle of MTV – spejjeż ta’ organizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru kemm swiet l-organizzazzjoni tal-kunċert Isle of MTV fl-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li hija ta’ natura kummerċjament sensittiva, kif del resto kienet il-prassi adottata minn l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #13382 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunċert Isle of MTV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ikkonfermat il-kunċert tal-Isle of MTV għas-sena 2015?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-edizzjoni tal-kunċert ‘Isle of MTV’ ta’ din is-sena (2015) ġiet kkonfermata.
Leg 12 PQ #13383 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Commission – organisational structure

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Malta Film Commission?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-‘Organisatinal Structure’ tal-Malta Film Commission qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13384 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Commission – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar management accounts tal-Malta Film Commission?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva, u għalhekk tali l-informazzjoni ma tistax tingħata, kif ‘del resto’ kienet il-prassi taħt l-ammistrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #13385 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Commission – audited Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited financial statements tal-Malta Film Commission?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra l-‘audited financial statements’ ta’ 2013 tal-Malta Film Commission.
Leg 12 PQ #12981 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proprjetajiet li għadha l-Air Malta u li hemm il-ħsieb li tbiegħ matul is-sena li ġejja? Meta hu mistenni li dawn il-proprjetajiet jitqiegħdu għal bejgħ? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess Air Malta stabilietx xi prezz minimu li mistenni li ddaħħal minn dawn il-proprjetajiet qabel ma jinbiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetajiet li għandha l-Air Malta u li hemm ħsieb li tbiegħ matul is-sena 2015 (permezz tal-kumpanija sussidjarja Selmun Palace Hotel Co. Ltd) jikkonsistu fil-Palazz ta’ Selmun u l-lukanda kontigwa miegħu. Il-proċess kompetittiv ħalli tingħata l-konċessjoni ser jibda fi żmien qasir u għad m’hemm l-ebda valuri stabbiliti.
Leg 12 PQ #13374 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabbilimenti Turistiċi – lukandi rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi rreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu skont in-numru ta' stilel, lokalità b'lokalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Malta u Għawdex hawn total ta’ 135 lukanda reġistrati, li minnhom hemm 123 f’ Malta u 12 f’Għawdex.
Leg 12 PQ #13375 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabbilimenti Turistiċi — Ħaddiema tas-sess masikil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema tas-sess maskil ta’ nazzonalità Maltija impjegati fi stabbilimenti turistiċi rreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u f'każ ta' lukandi, l-informazzjoni tingħata skont in-numru ta' stilel?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #13376 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabbilimenti Turistiċi — Ħaddiema tas-sess femminil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema tas-sess femminil, ta' nazzjonalita Maltija impjegati fi stabbilimenti turistiċi rreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u f'każ ta' lukandi, l-informazzjoni tingħata skont in-numru ta' stilel?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #13377 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabbilimenti Turistiċi – ħaddiema tas-sess femminili barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema tas-sess femminili ta’ nazzjonalità barranija impjegati fi stabbilimenti turistiċi rreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u f'każ ta' lukandi, l-informazzjoni tingħata skont in-numru ta' stilel? Jista’ jagħti l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tirreġistrax impjegati li jkunu qed jaħdmu fi stabillimenti turistiċi, minħabba li r-reġistrazzjoni ta’ impjegati ma’ jaqax taħt il-kompetenza u l-ġuridizzjoni tagħha, imma taqa’ taħt il-kompetenza tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Għalhekk, tali mistoqsija parlamentari trid isir lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #13378 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabbilimenti Turistiċi – ħaddiema tas-sess maskili barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema tas-sess maskili ta’ nazzjonalità barranija impjegati fi stabbilimenti turistiċi rreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u f'każ ta' lukandi, l-informazzjoni tingħata skont in-numru ta' stilel? Jista’ jagħti l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tirreġistrax impjegati li jkunu qed jaħdmu fi stabillimenti turistiċi, minħabba li r-reġistrazzjoni ta’ impjegati ma’ jaqax taħt il-kompetenza u l-ġuridizzjoni tagħha, imma taqa’ taħt il-kompetenza tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Għalhekk, tali mistoqsija parlamentari trid isir lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #13379 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet — konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bajjiet li fuqhom ingħataw konċessjonijiet kummerċjali, lista ta' dawn il-konċessjonijet, u dettalji oħra, mhux ta’ natura kummerċjalment sensittiva, li jista’ jgħaddi dwar dawn il-koncessjonijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #13607 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Fund – produzzjonijiet lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-produzzjonijiet lokali li bbenefikaw mill-Malta Film Fund fl-2013 u fl-2014 sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid liema kienu u x’kienet in-natura tagħhom? Jista’ jgħid kemm kienu l-fondi allokati lil dawn il-produzzjonijiet b’mod totali fl-2013 u fl-2014 sena b’sena b’mod separat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 kien hemm għoxrin (20) produzzjoni lokali li bbenifikaw mill-‘Malta Film Fund’ u l-fondi totali li ġew allokati lilhom għal dawn il-produzzjonijiet kien ta’ €230,000. Ingħataw ukoll €1,500 li kienu allokati lill-zewg produzzjonjiet lokali li rispettivament kienu allokati €1,000 u €500, l-ewwel produzzjoni għar-raġunijiet ta’ taħriġ u l-oħra fuq ‘script report’. Minn total ta’ €250,000 ta’ fondi allokati, ntefqu €231,500. It-tabella dettaljata dwar l-20 produzzjoni msammija aktar ‘il fuq tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar fondi allokati għas-sena 2014, tali informazzjoni għadha mhux aċċessibbli.
Leg 12 PQ #13704 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Kuntratt ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratt li ngħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jerġa’ jiġi mġedded ġaladarba jiskadi wara sena? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju ma jistax jiġi kkonfermat jekk il-kuntratt tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament hux se jiġi mġedded jew le. Nixtieq nikkonferma li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu m’hijiex ser tagħmel bhal ma sar fl-Amministrazzjoni preċedenti, proprju tlettax-il jum biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, billi taqleb impjegati li kienu ġew ingaġġati bħala manager u clerk b’kuntratt definit abbażi ta’ ‘position of trust’ għall-impjieg b’kuntratt indefinit mingħajr ma tinħareġ l-ebda’ Sejha ta’ Applikazzjoni u mingħajr ma jsir l-ebda proċess ta’ għażla. Dan ġja’ ġie żvelat fit-tweġiba ghall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 12256.