Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22309 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — It-Triq Prinċipali tal-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2001 jibdew isiru xogħlijiet fuq stallazjoni ta' arbli tad-dawl sabiex 'il quddiem ikun possibbli li tiddawwal it-Triq Prinċipali tal-Baħrija? Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu u jinxtgħelu l-bozoz ma' l-arbli li hemm fit-Triq tal-Fiddien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talbiet ta' l-Onorevoli Interpellant ġew riferuti lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22310 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'investiment ġew mitluba jsiru mill-Industrija lokali tal-Fish Farms sabiex ikunu konformi mar-regoli tal-UE? Kemm se jiswa dan l-investiment f'ċifra ta' flus lill-industrijalisti Maltin? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u ċioe' kemm se jkun is-sussidju tal-UE u tal-Gvern Malti lill-industrijalisti sabiex jwettqu dan it-tibdil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #22311 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Akwakultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani fejn waslet it-talba tal-Gvern Malti sabiex l-industrija tal-akwakultura tiġi eżentata mid-dazju ta' 15% li timponi l-UE fuq dan il-ħut esportat lejn l-pajjiżi membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li qed jirreferi għaliha fil-preżent qed tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #22312 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Dazji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li pajjiżi oħra applikanti għall-sħubija ġew eżentati mid-dazji li l-UE għandha nkluż dazji fuq il-biedja, Malta ma bbenefikat xejn minkejja li hija pajjiż applikant u pajjiż li għandu ftehim ma' l-UE bħal oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta ilha żmien eżentata mill-ħlas ta' dazju fuq prodotti industrijali esportati lejn il-pajjiżi li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, għadha titħaddem sistema ta' tariffi għal dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti ta' natura agrikola. Is-sena li għaddiet il-pajjiżi tal-lvant ta' l-Ewropa, li qed jaspiraw li jsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, irnexxielhom jinnegozjaw ma' l-istess Unjoni tnaqqis sostanzjali fit-tariffi mħallsa fuq prodotti agrikoli. Dan sar bħala parti mill-proċess ta' sħubija ta' dawn il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Ta' min jinnota li l-passi kruċjali f'dan il-proċess twettqu matul l-1997 u l-1998, meta Malta, fi żmien amministrazzjoni Laburista, kienet iffriżat l-applikazzjoni tagħha għal sħubija. Iċ-ċans għal proċess ta' transizzjoni bħal dak tal-pajjiżi tal-lvant ta' l-Ewropa intilef dakinhar. Dan huwa eżempju ieħor ċar tal-ħsara li sofra pajjiżna meta l-amministrazzjoni preċedenti iffriżat l-applikazzjoni għal sħubija u b'hekk iffriżat lil Malta barra mill-proċess ta' l-European Agreement li kien għaddej dak iż-żmien.

San Pawl tat-Tarġa — Triq Ħannewija - Dawl u ilma

Question

Jistgħux il-korporazzjonijiet konċernati jgħaddu l-infrastruttura meħtieġa għall-provvista ta' dawl u ilma fi Triq il-Ħannewija, San Pawl tat-Tarġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Inetrpellant ġiet mgħoddija kemm lill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

Birzebbuga — Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom tafx bil-bżonn ta' telephone box fl-area ta' Triq il-Kitarristi u Triq l-Isbark tat-Torok f'B'Buġia? Jekk iva, meta se tiġi nstallata din it-telephone box? Jekk le, se tinvestiga dan il-bżonn biex tinstalla waħda fil-futur?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tesplora l-possibbilta' li tiġi nstallata "telephone box" fil-post indikat minnha.
Leg 9 PQ #22810 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fuq Flat No. 10, Korradino Estate, Raħal Ġdid peress li qiegħed ikun lok ta' abbuż ta' drogi minħabba d-dlam kbir li jkun hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Dwar l-abbuż li qed jirreferi għalih, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru biex jinforma b'dan lill-awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #22811 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Ta' Strejnu - Arbli Ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22524?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arbli msemmija twaħħlu madwar sena ilu. Ix-xogħol meħtieġ fuq dawn l-arbli għadu ma sarx minħabba xogħolijiet oħra simili. Għalkemm ma hemm ebda periklu imminenti, dan ix-xogħol għandu jinbeda fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #22817 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Stand ta' l-Expo

Question

B'riferenza għal reklam li deher fit-Times biex jinbiegħ l-istand li jintuża fl-Expo, kemm ġie jiswa dan l-istand? Min kien bnieh? Kemm kien hemm ditti interessati li jixtruh? Kienx hemm fosthom l-istess ditta li bnietu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-avviż li deher fil-gazzetta ma jirreferix għall-istand komplut li ntuża fl-EXPO iżda jirreferi biss għal xi elementi u biċċiet strutturali tiegħu. Peress li s-sejħa għall-offerti għadha ma għalqetx, mhux possibbli li jingħad kemm id-ditta hija nteressata li takkwista dawn l-elementi u biċċiet strutturali. Il-kumpanija li kienet rebħet is-sejħa pubblika għall-offerti għad-disinn u bini ta' l-istand hija Sign It Ltd. L-istruttura ta' l-istand, inkluż disinn, bini, manutenzjoni u trasport fost affarijiet oħra, huwa stmat li ġie jiswa madwar Lm363,000
Leg 9 PQ #22832 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Film Commission Guide

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Malta Commission Production Guide? Kif ingħażlet id-ditta li pproduċietu? Kemm u liema ditti kienu interessati f'dan ix-xogħol ta' tħejjija tal-guide? Kemm ġew stampati kopji?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-Malta Commission Production Guide ammontaw għal tlitt elef lira. Id-ditta li ngħatat ix-xogħol ġiet magħżula fuq bażi ta' kwalita u prezz. Qabel sar l-istampar, minħabba n-natura tax-xogħol li ried isir u l-materjal magħżul, intalbu kwotazzjonijiet mingħand erba' ditti lokali u cioe' Becck Graphics, Gutenberg Press, Lewis Press u Printex Limited. Sa issa ġew stampati ħames mitt kopja u hemm il-ħsieb li jiġu ppubblikati aktar kopji, pero' dan jiddependi fuq id-domanda li jkun hemm. Tajjeb jingħad li d-dħul mir-riklami ppubblikati f'din il-gwida eċċeda l-ispiża tal-pubblikazzjoni.
Leg 9 PQ #22479 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fuq il-bieb 72, Triq P.P. Caruana, Bormla jew jekk le tissaħħaħ dik li teżisti aktar 'il fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li t-triq imsemmija hija mdawwla adekwatament.
Leg 9 PQ #22661 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Fuq San Pawl - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fuq il-bieb 27 Blk 2 Fuq San Pawl, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #22698 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swatar — Playingfield

Question

Billi ġewwa u madwar il-playingfield li hemm fis-Swatar, Imsida hemm arbli ta' l-Enemalta bla bozoz li ilhom imwaħħlin diversi xhur, jista' l-Ministru jara illi l-bozoz jitwaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #22712 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Settur Pubbliku/Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti analiżi dettaljat dipartiment b'dipartiment u statutory body bi statutory body ta' kif inbidlu l-impjiegi fis-settur pubbliku bejn Novembru u Ottubru 2000 f'termini ta' numri totali ta' impjegati f'kull dipartiment skond it-tabella tal-labour statistics maħruġa mil-COS? Jista' jipprovdi l-istess analiżi għal dawk il-kumpannji fejn il-gvern għandu shareholding maġġoritarju (servizzi u produzzjoni diretta) u fejn ma jistax jintqal li informazzjoni bħal din tikkawża problemi kummerċjali għax id-ditti konċernati jinsabu f'qagħda monoplistika (eż. il-Gozo Channel), dejjem skond it-tabella tal-labour statistics maħruġa mil-COS?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar it-tibdil fl-impjiegi fis-settur pubbliku bejn Novembru u Ottubru 2000 kif provduti lill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. L-informazzjoni mitluba dwar "statutory bodies", provduta lill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika mill-Korporazzjoni msemmija fuq, hija kif ġej: OTTUBRU NOVEMBRU Irġiel Nisa TOTAL Irġiel Nisa TOTAL Korpi Statutorji Indipendenti 6678 1485 8163 6681 1497 8178 Kumpaniji fejn il-Gvern għandu shareholding maġġoritarju 6185 1380 7565 6462 1364 7826 Ta' min jinnota li ż-żieda ta' 261 fit-total ta' Novembru fuq dak ta' Ottubru relattiv għall-kumpaniji b'shareholding maġġoritarju tal-Gvern hija dovuta fil-parti l-kbira għall-ħaddiema tal-Maltapost plc li eżerċitaw id-dritt taghħom li jħallu l-impjieg mal-Gvern u jmorru mal-Maltapost.
Leg 9 PQ #22725 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl — Qtugħ fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentarinumru 22402?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn April u Diċembru tas-sena l-oħra, il-Korporazzjoni Enemalta issospendiet il-provvista ta' l-elettriku fi 375 household.
Leg 9 PQ #22726 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Qtugħ fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22401?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn April u Diċembru tas-sena li għaddiet il-Maltacom qatgħet 1217-il servizz tat-telefon minħabba nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet relattivi. Ta' min ifakkar li l-Maltacom twaqqaf għal kollox is-servizzwara li qabel ikunu ittieħdu diversi miżuri biex l-abbonat jirregolarizza ruħu. Tajjeb jingħad ukoll li l-Maltacom, biex ma toħloqx problemi soċjali, tagħti l-opportunita' lill-abbonat li ma jkunx jista' tħallas il-kontijiet kollha f'daqqa, li jħallas bin-nifs skond "payment programme" miftiehem minn qabel bejn iż-żewġ partijiet.
Leg 9 PQ #22729 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Coin telephones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22400?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-suq tal-"coin box terminals" illum huwa liberalizzat u għaldaqstant kull min iħoss li jrid jibdel is-servizz tat-telefon għal "coin box" m'għandux għalfejn jinforma lill-Malatacom.
Leg 9 PQ #22756 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MET Office

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22607 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid jekk inġabux azjendi ta' esperti biex iħejju rapporti jekk fil-fatt finalment ippreżentawx rapporti dwar l-operat tal-MET Office. Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) liema kienu dawn l-azjendi? (b) min kienu dawn l-esperti (individwi) u x'riferenza għandhom? (c) kemm tħallset kull azjenda (d) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull rapport? (e) Ittieħdu xi deċiżjonijiet fuq dawn ir-rapporti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-bidu ta' l-1999 il-Malta International Airport kienet ġiet ippreżentata b'rapport estensiv u dettaljat mis-SERCO dwar "support services" provduti minn numru ta' dipartimenti fil-Kumpanija inkluż l-Uffiċċju Meteoroloġiku. Fost numru kbir ta' rakkomandazzjonijiet li saru dwar dan l-Uffiċċju, SERCO għamlu suġġerimenti kif dan l-uffiċċju għandu jaqdi aħjar b'mod aktar effettiv u effiċjenti l-obbligi nazzjonali u internazzjonali. Fuq suġġeriment taċ-Chairman tal-Kumpanija u bi ftehim ma' l-impjegati fl-Uffiċċju Meteoroloġiku u r-rappreżentanti tagħhom, twaqqaf "working group" bejn ħaddiema minn kull livell ta' dan l-Uffiċċju u l-Management bil-għan li jiġi mistħarreġ kif jista' jiġi modernizzat l-Uffiċċju u kif is-servizzi mogħtija minn dan l-Uffiċċju jistgħu jkunu aktar effiċjenti u effettivi skond il-ħtiġijiet taż-żminijiet ta' llum. Dan il-"working group" iltaqa' regolarment għal diversi drbi u saħansitra rappreżentanti mill-Uffiċċju Meteoroloġiku u tal-Kumpanija marru flimkien l-Olanda għand ir-Royal Dutch Meteorological Insitute, li huwa meqjus bħala ewlieni f'dan il-kamp, sabiex jiġu mistħarrġa l-faċilitajiet l-aktar utili u neċessarji għal pajjiżna kemm fiż-żminijiet ta' llum kif ukoll fil-futur. Wara din iż-żjara ta' fejda, il-Malta International Airport stħarrġet il-possibilta' jekk ikunx aktar viabbli li tinġieb persuna minn dik l-azjenda biex tagħti pariri dwar l-Uffiċċju Meteoroloġiku f'Malta. Wara li l-Kumpanija infurmat lill-"working group" u lill-impjegati fl-Uffiċċju Meteoroliġiku dwar id-deċiżjoni tagħha li tinġieb din il-persuna, talbet lill-Istitut Olandiż biex jibgħat Malta tnejn min-nies li kien jikkunsidra bħala adatti għal dan il-proġett biex dawn jiġu ntervistati mill-M.I.A. Wara li saret l-għażla u sar ftehim ma' l-Istitut Olandiż, fit-8 ta' Jannar 2001 ġie Malta Project Manager espert fil-meteoroloġija biex jagħti l-pariri u jagħmel ir-rakkomdandazzjonijiet tiegħu dwar il-possibilitajiet futuri ta' l-Uffiċċju Meteoroloġiku. Il-Malta International Airport sa issa għad ma' għandha ebda rapport mingħand dan l-espert. Madanakollu l-M.I.A. għandha qbil mal-"working group" li żżommu nfurmat u aġġornat b'kull żvilupp f'dan ir-rigward. Hu mistenni li dan ir-rapport kitlesta wara li jsir l-istħarriġ u l-istudju kollu meħtieġ. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kunsidrata bħala ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess ta' l-azjenda lokali li din tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #22463 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpanniji — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji li tul is-sena 2000 kellhom żieda ta' mpjegati? Kemm kienet iż-żieda f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal żieda ta' impjegati f'kumpaniji privati. Jekk dan huwa l-każ, nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.