Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28141 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Boffa Residential Home — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27779 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Boffa Residential Home u xi attivitajiet li jistgħu jsiru fiha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant għas-suġġeriment tiegħu. Ninformah li fl-isptar Boffa ġie riċentament introdott is-servizz ta’ Occupational Therapist propju għal dan il-għan.
Leg 12 PQ #28159 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Stick Strips– out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-istick strips li jiġu applikati wara li jittieħed id-demm jinsabu out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-stick strips m’humiex out of stock.
Leg 12 PQ #27680 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Optometrists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-optometrists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress li l-Fakultà tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Optometrists.
Leg 12 PQ #27681 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Orthoptists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw orthoptists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress li l-Fakultà tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Orthoptists.
Leg 12 PQ #27682 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Orthoptists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-orthoptists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27681.
Leg 12 PQ #27683 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Osteopaths – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw osteopaths fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress li l-Fakultà tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Osteopaths.
Leg 12 PQ #27684 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Osteopaths — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-osteopaths li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27683.
Leg 12 PQ #27685 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Physiotherapists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw physiotherapists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28098 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Ħlas ta’ arretrati- każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq ħlas ta’ arretrati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #27674 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nutritionists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min-Nutritionists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sejħa għal-Nutritionists/Dietitians ser toħroġ fix-xhur li ġejjin.
Leg 12 PQ #27675 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nutritional Therapists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw Nutritional Therapists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress illi l-Fakulta’ tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Nutritional Therapists.
Leg 12 PQ #27676 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nutritional Therapists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min-Nutritional Therapists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27675.
Leg 12 PQ #27677 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Occupational Therapists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw Occupational Therapists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27678 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Occupational Therapists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-Occupational Therapists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2015 gew ingaġġati 18 il-Occupational Therapist u nfakkarha li din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Leg 12 PQ #27679 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Optometrists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw optometrists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28086 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Glucose Sticks għad-dijabetiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa ntitolat għall-glucose sticks għal dawk li jbatu mid-dijabete? Jekk huma ntitolati, jista’ jgħid kemm huma ntitolati sticks kull xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bil-miżuri mħabbra fil-budget li ġie ppreżentat dan ix-xahar, pazjenti b’type 1 diabetes ser jibbenefikaw minn 4 sticks kuljum minn din is-sena, waqt illi mis-sena d-dieħla l-pazjenti kollha li huma fuq l-insulina, inklużi dawk tat-type 2 ser jibbenefikaw minn 4 sticks kuljum.
Leg 12 PQ #27668 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Environmental Health Officers — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-Environmental Health Officers li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 26686 filwaqt li nfakkarha li din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Leg 12 PQ #27669 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Laboratory Scientists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw Medical Laboratory Scientists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27670 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Laboratory Scientists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-Medical Laboratory Scientists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2015 u l-2016 ġew ingaġġati 27 Medical Laboratory Scientists.
Leg 12 PQ #27671 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Physicists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw Medical Physicists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.