Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #23616 Sitting 364 2016-03-02 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Skema ta’ rahan

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Jannar 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema hu l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u li ma nġabarx sal-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa l-aħħar ta Jannar 2016 kien hemm 3,183 oġġett tad-deheb b’valur stmat ta €311,425, depożitat b’rahan fil-Monte Di Pieta. L-ixjeħ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.
Leg 12 PQ #23524 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – persuni liċenzjati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23364, jista’ l-Ministru jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati mill-MFSA sal-31 ta’ Diċembru 2015 skont il-kategoriji segwenti: banek; istituzzjonijiet finanzjarji; persuni li jipprovdu servizzi amministrattivi; swieq finanzjarji regolati; kumpaniji tal-assigurazzjoni; intermedjarji tal-assigurazzjoni; skemi ta’ pensjonijiet; skemi ta’ investiment kollettiv; servizzi ta’ investiment; trustees; u provdituri ta’ servizz lil kumpaniji? ? Kemm saru żjarat ta’ verifika ta' compliance għand dawn il-persuni fis-sena 2015 skont il-kategorija ta’ liċenzja? (L-informazzjoni għandha tingħata separatament għal kull kategorija ta’ liċenzja. L-informazzjoni dwar iż-żjarat ta’ verifika ta' compliance m’għandhiex tinkludi ebda informazzjoni dwar ix-xogħol li jitwettaq fl-uffiċċju tal-MFSA bħal desk reviews u tipi oħra ta’ off-site compliance.)

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. L-MFSA qed jinfurmawna li l-istatistika mogħtija fi tweġiba għal PQ23364 kienet żbaljata u għalhekk ma taqbilx ma din ir-risposta.
Leg 12 PQ #23002 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija msemmija mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu.
Leg 12 PQ #23007 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mit-12 ta’ Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista' jagħti l-valur ta’ kull direct order u fiex kien jikkonsisti ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #23272 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex — popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kull lokalità f’Għawdex: a) kemm hemm tfal taħt l-għaxar snin; b) kemm hemm persuni bejn il-11 u l-20 sena; c) kemm hemm persuni bejn il-21 u l-40 sena; d) kemm hemm persuni bejn il-41 u s-60 sena; u e) kemm hemm persuni minn 61 sena ‘l fuq?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #23362 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – għoti ta’ direct order lil kumpanija ta’ avukati barranin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23015, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tatx direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew lill-kumpanija ta’ avukati barranin li hija membru ta’ din l-entità? Jista’ jgħid jekk din l-entità hijiex se tkun qed tagħti assistenza fir-rigward tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-financial services? Jista’ jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa l-partner li se jkun responsabbli għall-ħidma? Jista’ jikkonferma li l-għażla ta’ din l-entità twettqet miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru? Jista’ jgħid kif ġiet magħażula din il-kumpanija? Jista’ jgħid jekk ġewx ikkunsidrati entitajiet oħrajn għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, liema entitajiet kienu kkunsidrati u għaliex ma ntgħażlux? Jista’ jikkonferma li din il-konsulenza se tiswa aktar minn miljun ewro? X’inhu l-ammont minimu eżatt li għandu jitħallas għal din il-konsulenza f’termini tal-kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din id-direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #23363 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – konsulenza fuq dokument ta’ strateġija dwar is-Servizzi Finanzjarji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23017, jista’ l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu msemmi, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tax konsulenza lill-MFSA fuq dokument ta’ strateġija tal-Prim Ministru dwar is-servizzi finanzjarji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #23364 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – persuni liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati mill-MFSA sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kemm kien hemm żjarat ta’ verifika ta’ compliance għand persuni liċenzjati fis-sena 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża hawn taħt: Sena 2015 Numru ta Licenzji848 Numru zjara għall-verifika ta compliance131 Noti: 1) Dawn in-numri jinkludu licenzji ta’ u zjarat lill-banek, istitutuzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji u intermedjarji tal-assigurazzjoni, skemi ta’ pensjonijiet, skemi ta’ investiment kollettiv u servizzi ta’ investiment, trustees u corporate service providers. 2) Kull zjara ta’ verifika tinkludi numru ta’ ufficjali u ddum medja ta’ hamest ijiem. F’certi kazi dawn iz-zjarat jistghu jestendu ghal diversi gimghat. 3) Barra miż-żjarat ta' compliance fuq imsemmija kien hemm wkoll il-fuq minn 450 laqghat ohra ta’ verifika ( supervisory meetings ) ma’ entitiajiet licenzjati li saru fl-MFSA matul l-istess sena, kif ukoll wkoll ghaxar zjarat ta’ verifika ohra lil financial u non-financial counterparties skont il- European Markets Infrastructure Regulation. 4) Il-figuri moghtija hawn fuq ma’ jikludux in-numru ta’ registrazzjonijiet ta’ intermedjarji marbuta fl-assigurazzjoni peress li ir-responsabbilita’ ghall-verifika ta’ compliance fir-rigward ta’ kataegoriji ta’ intermedjarji marbuta principalment mal-kumpannija regolata awtorizzata li tappunthom, u dan ai termini tas-sub-artikolu 37(9) tal-Att dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni (Kap.487) u tal-artikolu5 tar-Regola 7 tal-2007 li harget tah dan l-Att. 5) Il-figuri moghtija ma jinkludux informazzjoni dwar Provdituri ta’ Servizz lil Kumpanniji (Company Service Providers) peress li l-ewwel registrazzjonijiet taht il-ligi rispettiva bdew isiru mit-tieni nofs tal-2014 u ghalkemm in-numru ta registrazzjonijiet ilahhaq 61 gew in-numru ta zjarat fil-2015 kien ta sebgha, minhabba li f’hafna kazi ghadu kmieni wisq biex issir compliance visit.
Leg 12 PQ #18646 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – impjegati – kundizzjonijiet u pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji kif ġew ingaġġati u b’liema kundizzjonijiet u pakkett finanzjarju, it-tliet persuni ewlenin li huma impjegati ta’ entitajiet pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u li d-dettalji tagħhom ħarġu fil-media, u li allegatament kienu qed joħorġu informazzjoni sensittiva?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi - Fil-każ tal- NSO l-persuna kien ‘detailed’ lill-NSO mis-Servizz Pubbliku b’effett mill-1 ta’ Jannar 2002. Fl-1 ta’ Jannar 2012 il-persuna ġiet appuntata bħala Director of Business Statistics mal-NSO u wara li għalaq il-kuntratt ta’ tliet snin bħala Direttur ingħata kuntratt indefinit bħala maniġer fl-istess organizzazzjoni mis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015. Il-pakkett finanzjarju ta’ din il-persuna jikkonsisti: Salarju annwali € 32,500 Performance Bonus 0-15% Communication Allowance € 350 Masters degree allowance € 702 Din il-persuna ssottometiet ir-riżenja tagħha b’riżervi b’ittra lid-Direttur Ġenerali tal-NSO, fl-14 ta’ Jannar 2016, mingħajr ma jitnaqqas l-ebda drittijiet. Fil-każ tal- Bank Ċentrali ta’ Malta , il-persuna kien ingaġġat bħala Trainee Economic Officer fil-21 ta’ Diċembru 2000 (bi prova għal sena) wara sejħa pubblika b’dan il-pakkett finanzjarju: Salarju annwali Lm 6,106 Qualification and Performance Allowance Lm 818 Din il-persuna rriżenjat mill-Bank Ċentrali b’effett mit-3 ta’ Settembru 2015. Fil każ tal- MFSA l-persuna kellha kuntratt man-National Euro Changeover Committee bħala Executive Tech Preparations Officer sakemm l-NECC ġiet abolita wara l-addozzjoni tal-ewro. Minn dakinhar sa qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2013 il-persuna kienet ingaġġata fis-segretarjat tal-Ministru Responsabbli mill-Finanzi ta’ dak iż-żmien, l-Onor. Tonio Fenech. Fis-6 ta’ Marzu tal-2013, jiġifieri tliet itjiem qabel l-elezzjoni, il-Prim Ministru ta’ dakinhar approva li jiġi detailed mal-MFSA fis-skala ta’ salarju ta’ Maniġer II b’kuntratt indefinit fil-Communications Unit tal-MFSA fejn għadu hemm sal-lum. Il-pakkett finanzjarju ta’ din il-persuna jikkinsisti: Salarju annwali € 31,141 Health insurance € 928.80
Leg 12 PQ #18647 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jirrapporta l-konsulenzi li ngħataw fi ħdan l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu (MFSA, CBM, NSO, FIAU), sena b’sena mill-2008 sal-lum, ir-remunerazzjoni għal dawn il-konsulenzi u l-perjodu tal-ħatra ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #22744 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi — użu ta' karozza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewxmixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22987 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #18640 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Rata tal-inflazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika bir-rata tal-inflazzjoni minn 2008 sal-lum, sena b’sena b’mod separat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża hawn taħt: 20084.26% 20092.09% 20101.51% 20112.72% 20122.42% 20131.38% 20140.31% 20151.10% It-tabella mehmuża turi kemm kienet ir-rata tal-inflazzjoni mis-sena 2008 sas-sena 2015.
Leg 12 PQ #18641 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas ta’ Compensation per employee – statistika annwali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika annwali tal-compensation per employee mill-2008 s’issa, sena b’sena b’mod separat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #18642 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Gross Domestic Product – statistika annwali tad-defiċit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika annwali tad-defiċit bħala perċentwaġġ tal-Gross Domestic Product mill-1995 sal-2014, sena b’sena b’mod separat ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #18643 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Reġistrazzjonijiet ta’ kumpaniji — statistika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm qed jiżdiedu r-reġistrazzjonijiet ta’ kumpaniji hawn Malta kull sena, mill-2008 s’issa ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #18644 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Bolla, VAT u Income Tax miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont, sena b’sena, ta’ kemm inġabret bolla, VAT u income tax, mill-2008 sal-lum, sena b’sena b’mod separat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #18645 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti — appelli

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni tal-appelli li saru lid-Dipartiment tal-Kuntratti sena b’sena, mill-2008 sal-lum? Jista’ juri ż-żmien li dam kull appell biex jiġi maqtugħ, kemm minnhom inqatgħu favur u kemm minnhom kontra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #23255 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kuntratti tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti tax-xogħol, maqsuma bejn perjodu definit u indefinit, li ġew iffirmati mill-Ministru/Segretarju Permanenti fit-tliet xhur ta’ qabel id-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk il-persuni ġewx ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku jew le, il-pożizzjoni u l-grad, jekk kienx hemm sejħa għall-applikazzjoni u d-data tal-bidu tal-impjieg f’kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #23256 Sitting 357 2016-02-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Lista ta’ persuni sekondati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-persuni li ġew sekondati f’entitajiet bejn April 2012 u Marzu 2013 u f’kull każ jgħid f’liema entità, f’liema pożizzjoni u f’liema grad ingħata s-secondment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.