Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #12745 Sitting 220 2014-12-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Powerstation tal-Marsa — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir mill-ħaddiema li preżentament jaħdmu fis-sezzjonijiet 7 u 8 fil-powerstation tal-Marsa meta dawn is-sezzjonijiet jingħalqu? Dawn il-ħaddiema se jibgħu jaħdmu fuq bażi ta’ shifts kif inhuma bħalissa meta jiġu trasferiti appena dawn iż-żewġ sezzjonijiet jingħalqu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sezzjonijiet imsemmija ma jeżistux. L-Enemalta għandha Sezzjoni tal-Ġenerazzjoni waħda, fejn il-ħaddiema jiġu assenjati jaħdmu fl-operat tal-ġenerazzjoni tal-elettriku skont il-ħtiġijiet tekniċi tal-Kumpanija.

Enemed – ex ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk iċ-Chairman tal-Enemed Ltd, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kif ukoll il-personal assistant tiegħu, kinux impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta qabel din il-kumpanija xoljiet? Jekk fl-affermattiv, kif kienet il-proċedura tal-ingaġġ ta’ dawn iż-żewġ persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-persuni ġew ingaġġati bħala parti mit-transizzjoni għall-ħolqien tal-Enemed fejn is-Sur Cassar ġie appuntat bħala Chairman tal-Kumitat tal-Petroleum tal-Enemalta. Skont il-pjan, is-Sur Cassar issa qed imexxi l-Enemed.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — safar ta' uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li siefru matul l-aħħar xahrejn? Jista' jgħid fejn marru, f'liema data u r-raġuni ta' kull safra marbuta ma' xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Powerstation – użu ta’ HFO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jibqa’ juża l-HFO fl-impjant tal-BWSC jew jekk hux se jibda ju¿a d-diesel fl-istess impjant kif kien wiegħed qabel l-elezzjoni tal-2013 ġaladarba issa dan l-impjant se jibda jkun fornut bil-gass mhux qabel Ġunju 2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-enerġija tal-Gvern dejjem speċifika li jkun hemm qalba waħda għall-gass. Dan se jwassal għal tnaqqis fl-emmissjonijiet bin-nofs u tnaqqis tat-trabijiet b’90%.

Problema medika – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mediku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.
Leg 12 PQ #12932 Sitting 220 2014-12-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Proġett tas-Sikka l-Bajda – applikazzjoni għal Wind Farm

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11158 u jikkonferma jekk irtirax l-applikazzjoni li kien hemm quddiem il-MEPA għall-proġett ta’ wind farm ta’ 90MW fuq is-Sikka l-Bajda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-istudji li saru ġejna infurmati mill-MEPA li hemm impatti negattivi kbar fuq l-ambjent mill-proġett kif propost mill-Gvern preċedenti.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — konsulenzi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10742 fejn qal li kien qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, u peress li l-mistoqsija kienet dwar il-valur u l-għala tal-konsulenzi mogħtija b’direct orders mill-11 ta’ Marzu 2013 fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, u mhux biss l-ismijiet, u peress li t-tweġiba tiegħu kienet biss dwar l-ismijiet, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda fl-intier tagħha kif iddikjara hu stess li kien qed jagħmel fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10742?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet xahar b’xahar bejn Ġunju u Settembru 2014, konsulent b’konsulent u jagħti l-isem tal-konsulenti rispettivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ episodji ta’ operazzjonijiet li saru xahar b’xahar bejn Ġunju u Settembru 2014, konsulent b’konsulent, kienu bħal ma jidher hawn taħt. Source: Surgical Operations Register, MDH Month of Operation Episode in 2014 Department Consultant Firm Code June July August September A&E 7 12 22 31 Aneasthesia 184 159 150 164 CB 47 41 41 43 CD 7 7 7 6 R 117 110 100 109 CE 2 CF 10 Referred by other consultants 3 1 2 4 Cardiothoracic Surgery 47 49 48 48 BR 11 8 18 6 BX 11 26 2 14 BN 25 15 28 28 Cardiology 355 338 254 275 BW 18 17 23 31 BT 73 57 41 75 BO 49 78 53 58 BB 77 63 53 32 CA 42 73 34 45 AX 96 48 48 29 Referred by other consultants 0 2 2 5 Dental 132 130 91 115 AB 85 68 57 58 BD 47 62 34 57 Department Consultant Firm Code June July August September Medicine (includes GIT, Respiratory and pain relief) 273 291 267 296 AA 69 77 64 80 V 82 97 78 95 BQ 48 40 45 40 AU 47 45 45 44 AP 8 8 9 E 6 8 9 9 D 9 2 1 4 BK 3 8 11 9 J 2 6 5 4 Referred by other consultants 7 0 1 2 Neurosurgery 27 44 23 32 O 7 14 9 13 BJ 20 30 14 19 Obstetrics & Gynaecology 451 489 445 466 X 53 64 66 77 AG 53 72 62 59 AF 68 56 55 63 AS 73 62 44 43 AR 37 38 37 37 AV 43 53 46 51 AM 44 63 49 62 BG 28 36 40 36 G 52 45 46 36 Referred by other consultants 2 Ophthalmology 586 535 538 530 CG 72 88 71 53 F 74 58 102 114 CH 81 66 54 36 BF 47 55 40 46 AW 43 47 9 39 AK 14 38 32 24 AY 172 122 191 173 AE 83 61 39 45 Paediatrics Medical 28 28 41 36 BZ 17 16 35 23 CI 2 4 1 4 I 8 7 5 8 CJ 1 1 1 Department Consultant Firm Code June July August September Orthopaedics 403 420 405 413 AD 38 78 70 53 T 72 71 78 66 Q 10 14 4 8 BI 63 37 60 63 AZ 70 62 55 60 AI 98 70 98 72 W 52 88 40 91 Surgery (includes General, Breast, Vascular, Plastics, Paediatric Surg & ENT) 1885 2060 1896 1991 AO 37 60 39 68 AJ 78 67 59 45 U 57 74 72 65 AQ 15 11 4 2 BM 40 42 51 42 H 19 13 29 23 AT 53 71 63 76 M 72 76 74 80 BE 78 77 63 82 AH 65 67 69 65 Y 72 85 51 79 CC 68 60 42 54 BA 62 68 81 61 L 79 95 81 59 AL 83 87 71 91 N 54 57 55 70 K 84 86 72 75 CL 19 22 28 26 BC 57 94 66 79 B 89 94 98 100 Z 81 101 125 97 BU 28 34 28 23 CK 27 34 31 31 AN 92 98 89 73 AC 69 68 77 82 A 136 144 125 166 S 135 162 140 144 BV 120 101 100 119 Referred by other consultants 16 12 13 14 Total 4378 4555 4180 4397

Sptar Mater Dei – pazjenti fuq stretchers

Question

Jista’ l-Ministru kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f’xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, bejn Ġunju u Settembru 2014? Jista’ jagħti d-dettalji ġurnata b’ġurnata?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella: June July August September 2014 2014 2014 2014 1 1 0 0 13 2 16 0 0 6 3 20 0 0 10 4 0 0 0 11 5 0 0 0 0 6 0 0 0 0 7 0 0 0 0 8 0 0 0 0 9 0 0 0 0 10 0 0 0 0 11 0 0 0 0 12 0 0 0 0 13 0 0 0 0 14 0 0 0 0 15 0 0 0 0 16 0 0 0 10 17 0 0 0 7 18 0 0 17 0 19 0 0 18 0 20 0 0 8 0 21 0 0 0 0 22 0 0 0 0 23 0 0 0 9 24 0 0 0 8 25 0 0 0 9 26 0 0 0 6 27 0 0 0 0 28 0 0 0 0 29 0 0 0 0 30 0 0 0 0 31 0 0 TOTA 37 0 43 89

Pazjenti għal kura barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta bejn Ġunju u Settembru 2014? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn Ġunju u Settembru 2014 intbagħtu 230 pazjent għall-kura barra minn Malta. It-trattamenti mediċi li ngħataw jidhru fit-tabella: Amyloidosis Blood disorder Blood malignancies Cardiac Colo-rectal surgery Dermatology ENT (other) Gastrenterology Gender Identity Dev Dis Gynaecology Immunology Liver Malignancy Metabolic disorder Neurology Neurosurgery Ophthalmic Orthopaedic Plastic surgery Pouch-vaginal fistula Respiratory Spine Stereotactic radiosurgery - cyberknife Trachea Urology Vascular

Strateġija Nazzjonali kontra l-Obeżità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ dak li sar bejn bejn Ġunju u Settembru 2014 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-Segretarjat ghas-Saħħa qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obe¿ita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piz tajjeb tul il-ħajja”. Id- Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-qiegħed ikompli joffri edukazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-ezerċizzju fiziku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Barra min hekk jheggeg biex l-ambjent jkun msahhah biex jippromovi stil ta hajja tajba. F’ Gunju giet mnedija il- Politika Nazzjonali dwar it-Treddigħ ghall-konsultazzjoni li ghalqet bl-ahhar laqgha f’Awissu. Ghaddej ix-xoghol biex jigi ifinalizatt il-feedback li inghata biex tigi ippubblikata din l-politika is-sena s-diehla. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza klassijiet tal-aerobika u klassijiet tal- “weight management”. Mutal Ġunju sa Settembru attendew 275 persuna l-klassijiet tal- “weight management” u 858 persuna l-klassijiet tal-aerobika. Il-membri tad- Direttorat ippartecipaw fuq basi regolari f’ programmi fuq ir –radju u t-televisjoni. Jagħtu pariri fuq it-telefon dwar id-dieta u l-piz zejjed. Jagħmlu ukoll konsultazzjonijiet lill-persuni li ikollhom bzonnijiet speċjali. Kienu prezenti b’stand fil-Fiera Nazzjonali fl-MFCC. Saru attivitajiet f’numru ta’ skejjel tas-sajf (tal-ġvern kif ukoll privati) b-attivijatiet dwar il-nutrizzjoni u l-ikla ta’ fil-għodu. Saru attivitajiet fil-kommunita nħar ta Ħadd fil-Rabat, Dingli u Qawra. Saru sensiela ta’ health checks lil persuni li jaħdmu fl-isptar Mater Dei. Saret kampanja nazzjonali dwar il-prevenzzjoni tal-mard tal-qalb inkluz l-piz zejjed u dieta ibbilanċjata. Sar seminar għall-ispetturi tas-saħħa biex jippreparhom għall-inspections tat-tuck shops fl-iskejjel, li bdew isiru bl-għan li jinbieħu ikel nutritiv biss fl-iskejjel. Dawn l-ispzzjonijiet bdew minn nofs Settembru. Saru sessjonijiet edukativi għall-studenti Maltin u barranin dwar id-dieta ibbilanċjata. Tlesta ukoll id-document finali “Food and Nutrtion Plicy and Action Plan” li se jigi mnedi f’Dicembru. Ghaddejja il-hidma fuq l-istharrig dwar l-ikel li tiekol il-popolazzjoni Maltija li se jibda s-sena d- diehla. Dan huwa studju li qatt ma sar bhalu qabel u huwa bbazat fuq metodologija dettaljata li se turi dak li qieghed jigi kkonsmat f’Malta u li fuqha nistghu nibnu aktar inizzjattvi. Ghaddej ukoll studju dwar riklamar fuq televijoni dwar ikel waqt hin li jaraw it-tfal.

Pjan nazzjonali tal-Kanċer — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ dak li sar bejn Ġunju u Settembru 2014 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il- Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont action plan. Minn Ġunju sa Settembru 2014: 1. Rakkomandazzjoni ewlenija li ħarġet mir-rapport finali tal- mid-term evaluation tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer li sar minn esperti Franċizi fl-aħħar xhur tal-2013 kienet li jiġu organizzati serje t’avennimenti li jipprovdu opportunitajiet sabiex jsir skambju u għarfien akbar ta’ l-azzonijiet li jmiss li jitieħdu speċjalment fir-rigward tal-kwalita’ u l-ekwita’ tal-kura tal-kanċer. Dan ħareġ ukoll mill-fatt li l-evalwaturi kkonkludew li l-professonisti fil-qasam tal-kura tal-kanċer jafu u huma nfurmati tajjeb fuq x’għandu b¿onn isir sabiex il-kwalita’ togħla. Bdew taħdidiet sabiex jiġu organizzati avvenimenti ta’ din ix-xorta fl-2015. 2. Bejn Ġunju u Settembru 2014, 8476 persuni ġew mistiedna biex jipparteċipaw fil-programm nazzjonali tal-i screening għall-kanċer tal-musrana l-kbira. Minn dawn 3748 (44%) aċċettaw l-invit u rċevew l-i screening kit . Fl-istess zmien, instabu 14 il-kaz ġdid ta’ kanċer u 88 il-ka¿ ta’ polyps. Sa mill-bidu tal-program fl-2012, 31 kazijiet ġodda tal-musrana l-kbira. 3. Il-programm nazzjonali tal-i screening għall-kanċer tas-sider fin-nisa issa qiegħed fit-tieni ċiklu ta’ tlett snin. Bejn Ġunju u Settembru, 5985 mara ġew mistiedna biex jipparteċipaw fil-programm u 61% minnhom aċċetaw din l-istedina. Fl-istess perjodu instabu 13 il-kaz ġdid tal-kanċer tas-sider. Sa mill-bidu tal-program fl-2009, 245 kazi ġodda tal-kanċer tas-sider ġew iddentifikati. Huwa stmat li madwar 90% minn dawn il-kazijiet li ġew misjuba fi stat bikri kienu jinstabu fi stat ta’ kanċer avvanzat fil-futur li kieku dan il-program ma kienx qed jopera. 4. Il-programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq ta’ l-utru permezz ta’ tilqim ta’ kontra l-infezzjonijiet tal -Human Papilloma virus (HPV) qiegħed issa jistieden it-tielet grupp ta’ tfajliet (tfajliet li twieldu fl-2002) minn mindu beda fl-2012. Ir-rispons għal dan il-program huwa ġeneralment tajjeb ħafna (madwar 90% f’kull stadju). Ir-rispons finali għal gruppi ta’ tfajliet mwielda fl-2000 u fl-2001 (il-program għar-rigward ta’ dawn iz-zewġ gruppi huwa konkluz) kien ta’ 89% u 88.5% rispettivament. 5. Qegħdin ikomplu taħdidiet preparatorji sabiex jiġi ppjanat programm ġdid għal- screening tal-kanċer li se jkun qed jindirriza l-kanċer ta’ l-għonq ta’ l-utru (cervix uteri) .

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispecifika liema dipartimenti qieghed jirreferi ghalihom.

Kont tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-individwu ġie kkuntattjat.

Bdil ta' meter — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta' meter?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-passi neċessarji.

Kuntratturi ta’ prodotti farmaċewtiċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta’ Settembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagament pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta’ Settembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika liema dipartimenti qed jirreferi għalihom.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar bejn Ġunju u Settembru 2014? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – average length of stay

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Ġunju u Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – bed occupancy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy fl-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Ġunju u Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-average bed occupancy tas-soddod fl-Isptar Mater Dei tidher fit-tabella hawn taħt: 2014JuneJulyAugustSept % Average Bed Occupancy82818483