Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8240 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Annimali/Għasafar — Kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali, għasafar, eċċ. li nżammu fil-kwarantina ta' Ħal-Luqa bejn Jannar u Mejju, 1999? Minn liema pajjiżi kienu ġejjien? X'manutenzjoni saret f'din il-kwarantina mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-annimali li nżammu fil-kwarantina ta' Hal-Luqa fil-perjodu msemmi kienu: Klieb 45 Qtates 15 Għasafar 352 Matul ix-xhur ta'Jannar u Mejju 1999, ġew upgraded il-'holdings' ta' l-għasafar, twaħħal Geyser u tjieb id-dawl. L-aktar pajjiz li ġew minnu kien l-Ingilterra.
Leg 9 PQ #8241 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bowsers ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu bowsers ta' l-ilma lill-bdiewa, raħħala u produtturi bejn Jannar u Mejju? Xi produzzjoni jlaħħqu l-produtturi u x'tip ta' attivita' ta' tjur jew bhejjem irabbu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Tqassmu 36 bowsers lill-applikanti bejn ix-xhur ta' Jannar u Mejju, biss id-Dipartiment m'għandux informazzjoni fuq it-tip ta' attivita jew produzzjoni tal-applikanti għax it-tqassim kien bil-ħlas.
Leg 9 PQ #8362 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Raba saqwi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna u appoġġ se jagħti l-Ministeru lil madwar 50 bidwi biex ma jintilfux ir-raba saqwi li għandhom wara l-lukanda Sea Bank fl-Għadira, il-Mellieħa li trid testendi għan-naħa ta' wara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jidher li meta l-Onor. Interpellant għamel id-domanda tiegħu, ma kienx infurmat li kienet saret laqgħa mas-sidien tal-lukanda msemmija, fejn ġie spjegat lilhom kif ser ikun l-iżvilupp. Dawn issa jinsabu moħħhom mistrieħ li ma hemm l-ebda effet negattiv fuq ir-raba tagħhom u għalhekk irtiraw kull oġġezzjoni. Dawn il-fatti jirriżultaw ukoll minn korrispondenza datata 21-6-99 li dawn bagħtu lili u lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, iffirmata mill-madwar 50 bidwi nvoluti, fejn huma rtiraw kull oġġezzjoni li huma kellhom għal dan l-iżvilupp.
Leg 9 PQ #8942 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pieta — Marina Street -Siġar

Question

Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li s-siġar li hemm f'Marina Street, Pieta' waslu biex jinżabru? Jaf il-Ministru li dan ilu ma jsir żmien u li dawn is-siġar qed jgħattu l-veduta tar-residenti tal-lokal u jħassru l-estetika ta' l-akwati?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'hiex proċedura li għax siġra titwal, jew tgħatti veduta għal xi ħadd, tinżabar. Hemm programm ta' żabra mfassal għal siġar li jinsabu qrib il-bini f'toroq ċentrali jaqgħu taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment, biss iż-żabra ssir biss skond il-manteniment li jiġi neċessitat hekk skond kif tikber is-siġra. Dan ix-xogħol hu limitat fi frekwenza għaliex mhux tajjeb li siġar jinżabru spiss u dan japplika wkoll għas-siġar li hemm f'Marina Street, Pieta.
Leg 9 PQ #8131 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezz tat-tonn frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tat-tonn frisk (kull kilo) għas-sajjied matul dawn l-aħħar ħames snin, inkluż din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-'average price' tat-Tonn frisk kull kilo għas-sajjied matul dawn l-aħħar ħames snin kien: 1995 Lm1.61 1996 Lm1.79 1997 Lm1.96 1998 Lm1.59 1999 Lm1.59 (sa l-aħħar ta' Mejju)
Leg 9 PQ #8234 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7423, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ammont ta' 8,822 xkora ta' 25 kg għas-sena 1997 huwiex korrett u jagħti tweġiba preċiża?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nikkonferma t-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7423 jiġifieri fl-1997 kienet aċċettata medja ta' 8823 xkora tal-25kg. patata ta' Malta għas-safar kulljum, matul il-perjodu li ġiet esportata l-patata.
Leg 9 PQ #8235 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Xiri ta' ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħwienet tal-laħam li bejn Diċembru 1998 u Mejju 1999 ma baqgħux jixtru ċanga friska mill-Biċċerija? X'ikkawża dan in-nuqqas? Kemm tqassmu riċetti tat-tisjir dwar l-ikel magħmul biċ-ċanga friska?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tistgħax tgħid kemm ħwienet ma baqgħux jixtru ċanga friska. Iċ-ċertifikati jingħataw lill min jitlobhom. Ħafna drabi għallkemm tinxtara ċ-ċanga, tal-ħanut ma jiġix biex jieħu ċ-ċertifikat. Hemm min jixtri laħam u jbiegħu minn iżjed minn ħanut wieħed. Tqassmu numru sostanzjali ta' riċetti biċ-ċanga friska lill-pubbliku li żar il-padiljun tal-Ministeru fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta din is-sena.
Leg 9 PQ #8236 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bejgħ ta' ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tnaqqis fil-piż tal-bejgħ taċ-ċanga friska bejn Diċembru 1998 u Mejju 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #8237 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Beef Intervention Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' ċanga friska tal-Beef Intervention Scheme inbiegħet mill-Biċċerija? Xi prezz ġabet u meta nbiegħet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal domanda numru 8092 li għamel hu stess, fejn staqsa u rrispondejtu dwar perjodu speċifiku. Niġbidlu l-attenzjoni li f'din id-domanda(No.8237) ma indika l-ebda perjodu.
Leg 9 PQ #8122 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Peress li l-prezzijiet għall-patata esportata lejn l-Olanda għal perjodu ta' ġimgħat kienu ta' 4.99 guilder kull żewġ kilos, skond ma jindikaw irċevuti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jikkonsidra li kieku ma għamilx negozjati ta' outright purchase iżda għamilhom dawk ta' prezz minimu garantit, il-bdiewa li esportaw 471 tunnellata Sante' kienu jieħdu ħafna aktar minn Lm14.20-il qantar? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'prezzijiet bikrija ġabet l-patata esportata fl-ewwel ġimgħat tas-suq fl-1996, 1997, 1998 rispettivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nifhem li l-Onor. Interpellant isiba iebsa biex iniżżilha li din is-sena il-bdiewa tħalsu Lm14.20 il-qantar għall-patata tat-tip Sante', l-ogħla ħlas li qatt ingħata għall-patata esportata. Naturalment dan kollu juri li meta s-sena li għaddiet, waqt li kien għadu Ministru risponsabbli mill-Agrikoltura huwa mar ferm żbaljat u żmerċ meta kien impedixxa t-tkabbir ta' din il-varjeta bikrija. Naturalment ir-risultati jitkellmu waħedhom u jkun inutli li jipprova jqarraq billi jikkwota prezzijiet bl-imnut, jiġifieri dak tal-konsumatur, li jinkludi spejjeż lokali, dawk tal-importatur, nolijiet tal-ġarr, assikurazzjoni, kummisjonijiet, etc. Jgħidu li kieku u kien qatt ma ltaqgħu flimkien u għaldaqstant jien konvint li l-mod li sar dan in-negożju kien ta' sodisfazzjon kbir bil-fatti għal dawk li kabbru din il-varjeta u mhux bil-ħolm jew bil-ħrejjef biss. Fuq kollox jekk l-Onor. N Farrugia illum jemmen ukoll fil-potenzjal tas-Sante' wieħed ikun iktar ħerqan ikun jaf x'kienet ir-raġuni vera għaliex huwa personalment iddeċieda li jwaqqaf din il-varjeta meta din kienet diġa wriet prospetti tajbin fil-provi li kienu saru fis-snin ta' qabel.
Leg 9 PQ #8115 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali — Tarmac

Question

Peress li kellu jingħata t-tarmac fil-Pitkalija Ċentrali kif kien previst mill-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jgħid meta dan se jsir? Jekk mhux se jsir, jista' l-Ministru jinformani fuq liema proġetti oħra ntnefqu dawn il-flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant huwa knoxju tal-fatt li kull Amministrazzjoni tista' toħlom u tiftaħar b'numru bla limitu ta' 'proġetti' fl-ajru. Li jinteressa l-poplu huwa kemm mill-istess 'proġetti' l-istess Amministrazzjoni eventwalment twettaq. Għaldaqstant, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-kumplament tar-risposta mgħotija għad-domanda numru 4665.
Leg 9 PQ #8116 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ħsarat

Question

B'riferenza għall-ħsarat kawżati lill-bdiewa fl-Imġarr, Malta minħabba l-maltemp, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' bdiewa li rrapportaw il-ħsarat? Kemm fil-fatt ingħataw għajnuna f'ċifri globali ta' flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minħabba n-numru ta' bdiewa li rraportaw ħsarat, kull rapport qed jiġi investigat bir-reqqa wieħed wieħed. 69 bidwi talbu kumpens.

Ħwawar — Erbarju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-prattika li jkun hemm erbarju li jikkultiva l-ħwawar hijiex se tiġi msaħħa u jistax jingħad kemm minn dawn illum jeżistu u f'liema ġonna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-erbarju li kien f'idejn id-Dipartiment fl-Argotti ngħata lura lill-Universita, biss fl-imxietel tad-Dipartiment qegħdin jitkabbru madwar sitt varjeta ta' ħwawar li huma preżenti f'bosta ġonna u toroq, imma m'hemmx inventarju fuq dan.

Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm xitel tat-tip magħrufa bħala (1) erbabjanka; (2) erbabjanka rumana; (3) erbabjanka taż-żejt, ġewx imwaħħla tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u kemm hemm maħsub li jkun hemm din is-sena kurrenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin imsemmija fil-mistoqsija, ma kienetx tiddistingwi bejn il-varjetatjiet ta' arbuxelli u pjanti, biss il-varjetajiet msemmija tal-erbabjanka m'għadhomx jitnisslu għal-landscaping ta' toroq jew ġonna.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Tħawwil ta' siġar

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3685, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema belt jew raħal l-aktar li tħawwlu jew inżergħu siġar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 f'Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija l-Ministru kkonċernat.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Tħawwil ta' siġar

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3685, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema belt jew raħal l-aktar li tħawwlu jew inżergħu siġar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 f'Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin msemmija fil-mistoqsija ma tiddistingwix partikolarment bejn bliet u rħula, għax din inżammet biss fuq setturi speċifiċi tad-Dipartiment.

Siġar tal-ħarrub — Tħawwil

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm siġar tal-ħarrub tħawwlu matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 f'Malta u f'Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin msemmija fil-mistoqsija kienet tinkludi biss statistiċi globali tas-siġar, u din ma kienetx speċifika għal kull siġra. Għalhekk m'hemmx informazzjoni partikolari fuq il-ħarrub f' Malta. Għal dik fuq Għawdex int ġentilment mitlub tirrivolġi lill-Ministeru kkonċernat.

Siġar Endemiċi — Tħawwil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siġar endemiċi u ta' liema tip tħawwlu jew inżergħu skond il-każ matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 fit-tieni distrett elettorali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin imsemmija fil-mistoqsijiet ma kienetx tiddistingwi bejn siġar endemiċi u għandha biss totali tas-siġar kollha.
Leg 9 PQ #8720 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sustanzi tossiċi

Question

Jista' l-Minsitru jagħti informazzjoni dwar liema sustanzi tossiċi isiru testijiet b'mod regolari fuq ikel u xorb li jiġu kkonsmati finalment mill-bniedem?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz Veterinarju isegwi programm ta' kontrol għall-residwi, liema programm qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Dan il-programm huwa approvat mill-Veterinary Standing Committee tal-EU u l-istess kumitat kull sena jevalwa r-riżultati li jkun hemm.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda numru 7169 u 7428.