Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dħul għal gvern minn proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern minn qbiela, ċnus u kirjiet tal-proprjeta' pubblika matul is-snin 2000-2005, kull sena separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul tal-gvern minn qbiela, ċnus u kirjiet ta’ proprjeta’ pubblika matul is-snin 2000-2005 kull sena, kien kif ġej: SenaAmmont 2000Lm6,254,209 2001Lm6,327,708 2002Lm6,433,586 2003Lm7,462,833 2004Lm10,990,684 2005*Lm7,850,064 *sa Ottubru.

Bejgħ ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu d-dħul tal-gvern mill-bejgħ tal-proprjeta' għas-snin 2000-2005 kull sena, separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul tal-gvern mill-bejgħ tal-proprjeta’ għas-snin 2000-2005 kull sena, kien kif ġej: SenaAmmont 2000Lm1,906,898 2001Lm1,902,364 2002Lm3,140,091 2003Lm3,301,334 2004Lm6,974,687 2005*Lm4,728,454 *sa Ottubru.

Pulizija — Dielji f'Għawdex

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulzija ta' Għawdex intalbitx tieħu passi għal ksur tal-paċi pubbliku minħabba l-ħsejjes esaġerati li qed jikkaġuna apparat li jbezza' l-għasafar minn fuq id-dielji f'Għawdex? Jekk iva, x'kien l-eżitu ta' dawn il-passi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija wara li kellha xi lmenti dwar ħsejjes minn apparat impoġġi f'għelieqi tad-dwieli sabiex igerrex l-għasafar, qed tieħu l-passi sabiex tinstab soluzzjoni għal dan l-inkonvenjent.

Avukat Ġenerali — Atti ta' akkuża

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il Att ta' Akkuża ġie ppreżentat mill-Avukat Ġenerali din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm minnhom ġew appuntati għas-smigħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-2004 kien hemm 16-il Att ta' Akkuża preżentati li minnhom ġew appuntati għas-smiegħ 3. Fl-2005 kien hemm 11-il Att ta' Akkuża preżentati sa l-1 ta' Awissu 2005 li minnhom ma ġie appuntat ebda att ta' akkuża.

Refuġjati

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk dikjarati refuġjati, dawk b'humanitarian status u b'asylum status minn Malta fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li applikaw għal status ta’ refuġjati (asylum seekers) u li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati jew li ngħataw protezzjoni umanitarja, sena b’sena, kien kif ġej:- SenaApplikantiRefuġjatiKażi Umanitarji 200247422111 200356853328 200499749560 2005*82725389 *sat-30 ta’ Settembru.

Uffiċċju ta' l-avukat ġenerali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' avukati li wrew interess li jissieħbu ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali wara li din is-sena ħarġet call for expressions of interest għal dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' avukati li esprimew l-interess tagħhom b'referenza għal "call for expressions of interest" li kienet ħarġet f'Mejju ta' l-2004 jammonta għal 101.

Qorti tal-minorenni — Care order

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' drabi li l-qorti tal-minorenni ntalbet tikkonferma jew tiċħad care order maħruġ taħt Kap. 285 matul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, mill-Prime Note, jirriżulta li n-numru ta' Care Orders li l-Qorti tal-Minorenni ntalbet tikkonferma jew tiċħad f'dawn l-aħħar 10 snin hu kif jidher hawn taħt: 1996 - 3 1997 - 3 1998 - 6 1999 - 2 2000 - 2 2001 - 11 2002 - 6 2003 - 1 2004 - 8 2005 - 8

Rabat — Għar Barka

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15373 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta Soċjali u li l-aħħar parti tagħha issa ġiet riferuta lilu u cioe: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15206, tista' tinformana x'titolu kellha l-awtorita' biex għamlet il-konvenju u għaliex it-titolu in kwestjom ħa u qed jieħu aktar minn 20/25 sena? Tista' tara li tabilħaqq ir-residenti jiġu rispetti u għaldaqstant tikkordina l-ħidma sabiex eventwalment l-awtorita' tad-djar ikollha titolu biex tirrimedja dan il-bżonn tar-residenti li ilu pendenti għal aktar minn 23 sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 995 u Nru 4779.

Santa Luċija — Triq De Hosa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15463, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Viċi Prim Ministru li din hija bankina li għadha se ssir l-ewwel darba u allura taqa' taħt gvern ċentrali.

Response (BORG, TONIO)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15463, ninsab infurmat illi fi Triq D. Hosa Santa Luċija hemm bankini eżistenti. Fil-fatt, fuq naħa waħda hemm tul ta' 28 metru waqt li fuq in-naħa l-oħra hemm tul ta' 94 metru. Minn spezzjonijiet illi jagħmel id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, jirriżulta illi dawn il-bankini qegħdin fi stat ħażin ħafna. Għaldaqstant il-manutenzjoni tagħhom hija r-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali Santa Luċija.

Qorti tal-minorenni

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' minorenni li tressqu quddiem il-qorti tal-minorenni f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu bniet u kemm kienu subien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-Prime Note jirriżulta li n-numru ta’ minorenni li tressqu quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena, bniet u subien, hu kif jidher hawn taħt: Malta Għawdex SenaBnietSubienBnietSubien 2001155209 200230701 200313743 2004833010 2005162200

Qrati — Sewwieqa mingħajr polza ta' l-assikurazzjoni

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' sewwieqa li tressqu l-qorti fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, talli saqu mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assikurazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ sewwieqa li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli saqu mingħajr ma kienu koperti b’polza ta’ assikurazzjoni huwa kif jidher hawn taħt: SenaPersuni mressqa l-Qorti 2001181 2002130 2003108 2004216 2005*143 *sal-31 ta’ Ottubru.

Kostituzzjoni — Reat ta' l-Abort

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għaqdiet u/jew individwi li kitbulu jesprimu l-approvazzjoni tagħhom għall-proposta li r-reat ta' l-abort jiġi entrenched fil-Kostituzzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13667.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ilha tgħix regolarment hawn Malta għal aktar minn seba' snin u li għandha applikazzjoni pendenti għaċ-ċittadinana Maltija jiġi konkluż mill-aktar fis u dan peress li l-persuna hija waħda regolari skond il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza ma sab ebda applikazzjoni magħmula mill-persuna indikata mill-Onor. Interpellant. Fil-fatt in-numru tar-referenza indikata minnu m'huwiex numru ta' file ta' dan id-Dipartiment. Jekk l-individwu konċernat jista' jġib evidenza li fil-fatt applika, bħal ma hi l-irċevuta li jingħata meta japplika għax hemm ħlas dovut, inkun nista' nitlob lid-Dipartiment jerġa' jivverifika l-każ.

EU — Fondi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum, it-talbiet li saru għall-fondi mill-Unjoni Ewropea minn entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ġustizzja u l-Intern hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija/wardens — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-pulizija u l-wardens fuq moħqrija lill-annimali matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti disa' persuni fuq reati relatati ma' moħqrija ta' annimali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontravvenzjonijiet relatati mal-moħqrija ta' l-annimali ma ġewx delegati lill-Kunsilli Lokali u għalhekk m'hemmx infurzar mill-Gwardjani Lokali.

Pulizija

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15292, jista' il-Viċi Prim Ministru jikklassifika t-tagħrif sena b'sena? Jista' jagħti t-tagħrif mitlub rigward ir-rank ta' kuntistabbli wkoll, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raba' ħdejn il-Ġgantija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15324 dwar porzjon raba' li tinsab ħdejn il-Ġgantija u li xi żmien ilu kienet intiża biex issir parkeġġ għall-coaches tat-turisti u peress li din l-istess art tħammlet mill-kunsill lokali tax-Xagħra u anke ġiet ċirkondata b'ħajt tas-sejjieħ, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid din l-art għaliex se tintuża u meta se tibda tintuża?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.