Jista' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jagħti dettalji dwar f'liema oqsma ekonomiċi qed jaħdmu ħaddiema nisa u rġiel b'kuntratt definit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk il-partijiet li ġew shaded fit-tabella jirreferu għal tagħrif under-representative minħabba kampjun żgħir u għandhom jittieħdu b’mod kawt ħafna.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15212 datata 25 ta' Ottubru, 2005, jista' il-Prim Ministru jagħti aktar tagħrif dwar il-waterproof clothing li dan l-aħħar inxtara għas-suldati ta' l-ajruport għal waqt is-summit taċ-CHOGM? Jista' jgħid jekk l-ilbies imsemmi huwiex ta-tip militari u/jew huwiex addattat għas-suldati li jridu jagħmlu 12-il siegħa għassa ma' l-ajruplani fix-xita? Kemm sewa għal kull suldat? Min ħa ħsieb jixtri dan l-ilbies għandu l-expertise biex jiddeċiedi fuq ilbies bħal dan, jiġifieri ilbies addattat għal suldat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Armata nefqet madwar Lm 2,500 fuq waterproof clothing. Tajjeb li wieħed jinnota li dan l-ilbies huwa magħmul apposta biex jipproteġi l-individwu, partikolarment mix-xita u n-nida, u saħansitra jintuża mill-militar anke f’pajjiżi oħra. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi, li fiċ-ċirkostanzi tat-temp ta’ Malta, infieq bla bżonn fuq ilbies li joffri protezzjoni esaġerata u li jiswa ferm aktar flus, ma jinħasx li huwa ġġustifikat.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm30,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dħul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul > 30,000
603
694
172
16
28
5
Noti:
1. l-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm40,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dħul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul > 40,000
304
360
68
8
17
3
Noti:
1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm50,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dhul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul > 50,000
182
215
37
4
12
2
Noti:
1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm100,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dħul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul >100,000
40
40
9
0
1
0
Noti:
1. L-ispouse hija trattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barrain din is-sena għal xiri ta' proprjeta’ f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sa l-20 ta’ Settembru 2005 in-numru ta’ applikazzjonijiet minn persuni mhux residenti f’Malta għall-akkwist ta’ proprjeta’ immobbli f’Malta kien ta’ mitejn u sitta u tmenin (286) li minnhom mitejn u tmienja u tletin (238) applikazzjoni kienu jirrigwardaw persuni li huma ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Applikazzjoni waħda kienet rifjutata u għaxar applikazzjonijiet kienu rtirati.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern s’issa matul din is-sena mill-VAT fuq tagħmir edukattiv u affarijiet edukattivi oħra, bħal kotba, pitazzi etc.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15387 u 15546 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm10,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ taxpayers
Dhul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul > 10,000
11,186
13,305
7,217
515
700
426
Noti:
1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm20,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ taxpayers
Dħul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul> 20,000
1,628
1,967
749
35
60
19
Noti:
1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15505 u jgħid it-tibdil fis-sistema tal-VAT wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm ġiet tiswa lill-Kaxxa ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel? Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15443 u jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jiġbor il-gvern f'arretrati ta' l-income tax sena b'sena f'dawn l-aħħar 20 sena? Kemm intbagħtu notifiki ta' ġbir ta' arretrati għal kull sena? Kemm intalbu u kemm inġabru s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
NSO — Popolazzjoni Maltija b'livell ta' edukazzjoni post-sekondarja
Question
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija ta' dawk li għandhom minimu ta' livell ta' edukazzjoni post-sekondarja u li għandhom bejn l-20 u l-25 sena llum? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il trust taħt it-Trusts Act ġie reġistrat Malta din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn il-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2004 u t-30 ta’ Novembru 2004 ġew reġistrati ma’ l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) sebgha u għoxrin (27) trusts taħt l-Att dwar it-Trusts (Trusts Act). Fl-2004, l-Att Nru XIII ta’ l-2004 emenda l-Att dwar it-Trusts li issa sar jissejjaħ l-Att dwar it-Trusts u Trustees (Trusts and Trustees Act).
Mill-1 ta’ Diċembru 2004, skond l-Att dwar it-
Trusts
u
Trustees
, m’għadx hemm iżjed l-obbligu li
trusts
jiġu reġistrati mal-MFSA.