Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15220 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Out-Patients — Każijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients matul l-1997, 1998 u l-1999 u kemm kien hemm każijiet follow up matul l-istess snin sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni hija kif ġej:- 1997 1998 1999 ____________________________________________ __________ Każijiet Ġodda 75,493 75,059 71,140 Follow-Ups 244,956 247,293 233,692 ________________________________________________ _______
Leg 9 PQ #15221 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Karen Grech — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li twieldu l-Isptar Karen Grech? Kemm minnhom twieldu wara intervent kirurġiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-1999 kien hemm 3633 trabi li twieldu fl-Isptar Karin Grech. It-twelid sar kif ġej:- 2673 Ħlas Normali 73.6% 828 Ċesarja 22.8% - 329 Ippjanati (9.1%) - 499 Emerġenza (13.7%) 23 Forceps 0.6% 99 Ventouse 2.7% 10 Breech 0.3%
Leg 9 PQ #15222 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena? Kemm minn dawn il-każijiet hu stmat li setgħu marru ċ-ċentru tas-saħħa flok li rrikorrew għad-Dipartiment ta' l-Emerġenza? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew rikoverati fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti li żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza kienu hekk: Sena Pazjenti _________________________ 1996 100,448 1997 97,425 1998 101,328 1999 106,676 ___________________________ Pazjenti li ġew rikoverati fl-isptar kienu hekk: Sena Pazjenti __________________________ 1996 17,665 1997 18,140 1998 18,617 1999 21,470 ___________________________
Leg 9 PQ #15244 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15077?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 15244 tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15307 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Lipid Clinic

Question

Id-dipartiment qiegħed jippjana xi sistema ta' kif każijiet urġenti għal lipid clinic jistgħu jiġu mħaffa, ħalli ma jibqax ikun hemm dewmien esaġerat, bħal per eżempju, jingħata appuntament minn Jannar għal Ottubru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Jannar ta` din is-sena, il-complement ta` tobba regolari għall-Lipid Clinic sar tnejn. Għalhekk il-każijiet ġodda li jiġu eżaminati fil-ġimgħa rdoppja minn sitta għal tnax minn Jannar 2000. Dan wassal biex il-waiting list tiqsar. Rimedju ieħor huwa illi riferti ġodda għal din il-klinika jiġu 'screened' immedjatament u dawk il-każijiet ikkunsidrati urġenti jingħataw appuntament aktar kmieni. It-total ta` pazjenti ġodda flimkien ma` oħrajn li jiġu segwiti regolarment f'din il-klinika tela` minn għoxrin għal tletin fil-ġimgħa. Il-Lipid Clinic tinżamm darba fil-ġimgħa, nhar ta` Ħamis.
Leg 9 PQ #15412 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS — Impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Foundation for Medical Sciences and Services qegħda tfittex u effettivament ingaġġat persuna mis-Siġġiewi sabiex jagħmel xogħol impjegat ieħor ma' l-istess fondazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-persuna li għaliha qiegħda issir ir-referenza ġiet ingaġġata ma` l-FMS bħala persuna b'diżabilita`. Kien għalhekk li sa mill-bidu ta` l-ingaġġ tagħha tħalliet dejjem fuq light duty. Minkejja dan jidher ċar illi m'hix ser tkun tista` taqdi d-dmirijiet tagħha. Wieħed irid biss jara l-ammont ta` sick leave li minkejja li kontinwament tnaqqsu r-responsabbilitajiet tal-persuna msemmija s-sick leave baqa` jiżdied. L-FMS bdiet proċess ta` għażla għal persuna f'eventwalita` li l-persuna ndikata ma tkunx tista` taqdi dmirha aktar. Sa llum ma ġie ngaġġat ħadd.
Leg 9 PQ #15413 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna li isimha qiegħed jiġi mgħoddi separatament mhux qed tiġi mogħtija light duties meta din ġiet mogħtija l-ingaġġ tagħha mal-Foundation for Medical Sciences and Services mill-ETC u dan bħala persuna b'diżabilita' u dan kif jirriżulta mid-dokumenti li qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Numru 15412.
Leg 9 PQ #15419 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS

Question

Jista' l-Ministru jikkwantifika r-raġuni għalfejn il-persuna li isimha qiegħed jiġi mgħoddi separatament, li preżentement tinsab fl-ingaġġ tal-Foundation for Medical Sciences and Services u li hija persuna li tbati b'diżabilita', qegħda tiġi sottomessa u ordnata tagħmel xogħol ta' strapazz u li jirrikjedi fakultajiet fiżiċi normali, meta din il-persuna ma tistax, tant illi konsegwenza ta' dawn l-ordnijiet, din l-istess persuna waqgħet fuq il-post tax-xogħol u sofriet ġrieħi serji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Numru 15412.
Leg 9 PQ #13373 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Nru. 5477 u għal dik li tajt għall-Mistoqsija Nru. 13361.
Leg 9 PQ #15174 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spinal surgeon

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-manpower plan il-ġdid għall-bżonnijiet tal-qasam tas-saħħa hux se jkun hemm spinal surgeon? Se jkun hemm ipprovdut il-personnel meħtieġ għal spinal unit? Kemm se jkun hemm f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14582.
Leg 9 PQ #15164 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Konsulenti barranin — Ortopedija

Question

Minn Settembru 1999 sal-lum kemm-il darba ġew konsulenti barranin b'timijiet mediċi u para-mediċi magħhom li ġew jagħmlu xogħol fil-qasam ortopediku? Kull darba min ġie? Kemm swew kull darba li ġew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn Settembru 1999 sal-lum ġew żewġ konsulenti barranin bit-timijiet paramediċi tagħhom biex jagħmlu operazzjonijiet ortopediċi. Darba ġie Mr. T. Morley u darba oħra ġie Mr. J. Lehovsky. L-ispiża globali għaż-żewġ timijiet kienet ta` LM21,803.
Leg 9 PQ #13361 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli membru għad-dokument ``Engagement of Staff for Private Secretariats'' li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta 124 fis-16 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #15083 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Każi ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni b'overdose fil-casualty ta' St Lukes Hospital? Meta daħlu? Kemm kienet l-eta' tagħhom? Minn liema lokalita' kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista` l-Onor. Interpellant jindika eżatt minn meta sa meta jrid ikun jaf kemm daħħlu pazjenti fil-casualty b'overdose. Sadattant nirreferih għad-domandi Parlamentari Numri 3552, 3704, 12966 u 13022.
Leg 9 PQ #15086 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li jabbużaw mid-droga ħadu siringi miċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fiċ-Ċentri tas-Saħħa jinżammu rekords tan-numru ta` siringi li jingħataw lil dawk il-persuni li jabbużaw mid-droga u ma jinzammux rekords tal-persuni li ħadu siringi miċ-Ċentri tas-Saħħa. Figuri dettaljati tan-numri ta` siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa lil dawk il-persuni li jabbużaw mid-droga ingħataw f`risposta għall-mistoqsija Parlamentari Numri 12863 11705 8062
Leg 9 PQ #15088 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pilloli bħalissa li huma out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli li kienu 'out of stock' fit-22 ta` Marzu 2000 fl-ispiżeriji tal-gvern huma skond kif jidhru fuq il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #14987 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq San Ġorġ - Razzett

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet fir-razzett ta' Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar biex jiġi vverifikat jekk hux qed joħloq problemi tas-saħħa u jġene għall-ġirien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li spezzjonijiet fil-farm indikat f`Triq San Ġorg, San Pawl il-Baħar, isiru fuq bażi regolari mill-ispettur tad-distrett. L-aħħar spezzjoni saret fis-17 ta` Marzu 2000 u l-istat ta` igene kien wieħed sodisfaċenti. L-irwejjaħ kienu minimi w ma rriżultaw l-ebda problemi tas-saħħa u igene għall-ġirien.
Leg 9 PQ #15027 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — MRSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta feġġgħet għall-ewwel darba fl-isptarijiet tagħna l-MRSA? Kemm pazjenti nstabu positive fl-1996, 1997, 1998, 1999 u s-sena 2000, sa l-1 ta' Marzu? Kemm jintnefqu fix-xahar mid-dipartiment tas-saħħa f'antibiotics? Hemm ħsieb li ssir antibiotic policy biex ikun hemm użu aħjar u aktar għaqli ta' l-antibiotics?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel każijiet ta` MRSA ġraw fl-1995. Il-każijiet ta` MRSA kull sena kienu: 1996 34 1997 224 1998 314 1999 350 2000 (Jannar/Frar) 87 Bħala medja d-Dipartiment tas-Saħħa jonfoq LM63,429 fix-xahar. Din il-figura hi bbażata fuq kemm intefqu flus fuq 'Antibiotics' tul is-sena 1999. Ma hemmx statistika speċifikament għall-MRSA. Il-Ministeru tas-Saħħa għadu kif waqqaf kumitat multi-dxxiplinarju sabiex jistudja u jipproponi metodi ġodda għal użu aktar għaqli ta` antbijotiċi kemm fl-isptarijiet kif ukoll fil-komunita`. Dan il-kumitat għandu jippreżenta r-rapport tiegħu sa l-aħħar ta` Mejju.
Leg 9 PQ #15031 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Impjiegi — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14914?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar nies li ġew boarded out minn mal-Gvern mill-5 ta` Settembru 1998 hija kif ġej: Attard 4 Balzan 1 B`Buġia 1 B`kara 13 Burmarrad 1 Cospicua 5 Dingli 1 Fgura 6 Għargħur 3 Għaxaq 5 Gudja 1 Gzira 3 Hamrun 5 Iklin 1 Kalkara 2 Kirkop 2 Luqa 4 Marsa 12 Mellieħa 8 Mġarr 2 Mosta 11 Mqabba 4 M`Scala 2 Msida 3 M`Xlokk 1 Naxxar 5 Paola 8 Pembroke 2 Qawra 1 Qormi 11 Qrendi 3 Rabat 16 Safi 2 San Gwann 6 Senglea 4 Siġġiewi 8 Sliema 8 St. Julians 3 Sta. Lucia 4 St. Paul`s Bay 2 St. Venera 2 Swieqi 1 Tarxien 6 Valletta 4 Vittoriosa 1 Wardija 1 Xgħajra 1 Żabbar 6 Żebbuġ 11 Zejtun 12 Żurrieq 4 Għawdex 28 ______ TOTAL 261 ------
Leg 9 PQ #15077 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' waiting list hemm ta' pazjenti għal operazzjonijiet u l-out-patuient ta' St. Luke's Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15103 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet ta' l-irkoppa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, issirilha l-operazzjoni ta' l-irkoppa kemm jista' jkun malajr peress li din il-persuna li tieħu sehem attiv ħafna fl-isports qiegħda titlef mill-karriera tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Riċentament inġibditli l-attenzjoni mill-Legal Advisor tad-Diviżjoni li nformazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub. Il-kunsens irid jispeċifika liema nformazzjoni għandha tingħata. Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-diviżjoni tas-saħħa mad-domanda.