Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġġustament fil-pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara meta pensjonant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mistenni jirċievi l-aġġustament ta' l-increments ta' l-aħħar sentejn fil-pensjoni tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Xiri ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk kienx hemm żviluppi ġodda biex l-ikwilini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ikunu jistgħu jixtru l-fond tal-gvern li jgħixu fih? Nifhem li sa ftit żmien ilu kien hemm problemi dwar il-fatt li t-titlu ta' l-art kien għadu ma daharx għal fuq il-gvern.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-konvenju bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-inkwilini ndikati mill-Onor. Interpellant għax-xiri tar-residenza tagħhom ġie ffirmat. Ninsab infurmata wkoll li l-kuntratt finali ma jistax jiġi ffirmat qabel ma l-art li fuqha hemm mibnija r-residenza tiġi trasferita lill-Awtorita'.

Communications co-ordinator

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema skala tinsab il-communications co-ordinator tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Communications Co-Ordinator fil-Ministeru tiegħi hi fuq il-massimu ta' skala ta' salarju 7 konformi mal-Guidelines stabbiliti dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari.

Servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li tinħareġ xi tip ta' għajnuna soċjali lill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ta' erbgħa minn nies u li m'għandhom l-ebda dħul? Jistgħu dawn is-sinjuri jiġu informati bl-iżviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kap tal-familja li għamel refenza għaliha l-Onor. Interpellant ġie nfurmat bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tiegħu.

Qormi — Ta' Pascarella housing estate

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk saritx xi talba mir-residenti ta' Blokk B f'Ta' Pascarella housing estate, Qormi għall-bini ta' lift f'dan il-blokk? Jekk iva, din l-applikazzjoni fiex waslet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni għal stallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.

Awtorita' tad-djar — Xiri ta' proprjeta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru kuntratti ta' xiri ta' proprjeta' tal-gvern li jgħixu inkwilini rikonoxxuti mill-awtorita' tad-djar? Kemm kienu involuti postijiet sena b'sena fl-2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Kemm kien it-total tal-prezzijiet tal-proprjeta' fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 ta' dawn il-postijiet li jgħixu inkwilini tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Applikazzjonijiet quddiem il-MEPA

Question

Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA mill-awtorita' tad-djar? Meta jinħarġu l-permessi, kemm se jkun hemm units ġodda? Kemm huma b'kamra tas-sodda waħda, bi tnejn, bi tlieta u b'erbgħa u f'liema lokalita?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara li kienet applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandu ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tingħata l-pensjoni mmedjatament? Din il-persuna hija eliġibbli għall-pensjoni mill-pajjiż fejn snin ilu kienet għexet u ħadmet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Stallazzjoni ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk fi blokk tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux mistenni li jiġi stallat lift peress li hemmhekk jgħixu anzjani u persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba għal stallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.

Kontribuzzjoni ta' l-NI

Question

Billi l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qalulha li kien jonqosha 17-il kontribuzzjoni tan-national insurance biex tikkwalifika għall-pensjoni, tista' tħallas is-somma dovuta ħalli ma tiġix skwalifikata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Paradise Bay — Party

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-party li se jsir ġewwa Paradise Bay f'Ġunju li ġej u li se jsir bil-lejl u bi nhar huwiex fuq il-kriterji u kundizzjonijiet li ħareġ il-ministeru għal dawn il-parties? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma l-kriterji u l-kundizzjonijiet għal dan il-party in partikolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Persuni boarded out

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm ġew boarded out nies f’Għawdex mis-sena 2002 sal-lum, xahar b’xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10789 f'Seduta 252.

Xogħol ta' manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-gallarija perikoluża li hemm fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qabel ma jseħħ xi inċident traġiku? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Pensjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tistħarreġ il-possibbilta' li jitħaffu l-proċeduri ta' l-applikazzjoni għall-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha, direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Għajnuna soċjali — Benefiċċju tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jinħarġilha l-benefiċċju minħabba l-mard li jinsabu fih? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar l-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'alternattiva jista' joffri d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lill-koppja anzjana b'diżabilita' li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' l-awtorita' tad-djar tipproponi li jsir stair lift? X'passi se jieħdu d-dipartiment u l-awtorita' f'dan il-kuntest?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba għal stallar ta' stair lift mill-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' mara miżżewġa Tuneżin li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tieħu post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Djar — Spezzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir spezzjoni fil-fond indikat lill-familja ta' ħames persuni li qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda u li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ilha li saret minn Novembru 2000.

Persuni b'diżabilita' — Day centres

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 11878, li oriġinarjament saret lilll-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid fejn hemm ħsieb li jinfetħu day centres għal persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, fil-preżent, m'hemmx ħsieb li jinfetħu day centres ġodda għall-persuni b'diżabilita'.