Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #13407 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Organisational Structure

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi kif kienet fl-aħħar tal-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13356 datata 20 ta’ Jannar 2015, u dan għaliex is-sitwazzjoni baqgħet l-istess.
Leg 12 PQ #13408 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Impjegati — payroll costs

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda, xahar b'xahar, tal-payroll costs, minn Jannar 2013 sa Diċembru 2014, u n-numru ta’ impjegati part-time u full-time kull xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jindika għal liema impjegati qed jirreferi.
Leg 12 PQ #13409 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Persuni barranin li żaru Malta għal skopijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta’ persuni barranin li jżuru pajjiżna għal skopijiet mediċi? Jekk iva, kemm kienu l-persuni li żaru pajjiżna għal dan l-iskop kull sena bejn l-2008 u l-2014, u ta’ liema nazzjonalità kienu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hijiex prassi li tinżamm statistika ta’ persuni barranin li jżuru pajjiżna għal skopijiet mediċi mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.
Leg 12 PQ #13398 Sitting 236 2015-02-04 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-isponsorships mogħtija lill-kunsilli lokali, lokalità b’lokalità, għal kull sena mill-2008 ’l hawn, u fiex ikkonsistew dawn l-isponsorships?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru għat-Turiżmu mis-sena 2008 ‘il quddiem, huma kif elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13399 Sitting 236 2015-02-04 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – parteċipazzjoni f’fieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema fieri barra minn Malta pparteċipat l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mill-2008 sal-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2008 u 2014, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu pparteċipat f’fieri prinċipali tat-Turiżmu f’dawk il-pajjiżi li minnhom jżuru l-akbar maġġoranza ta’ turisti l-Gzejjer tagħna, kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13400 Sitting 236 2015-02-04 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — gwidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sistemi ta’ taħriġ jeżistiu għal dawk irreġistrati bħala gwidi mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u xi proceduri jintużaw biex jiġi assigurat li l-livell meħtieġ jiġi rrispettat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gwidi turistiċi huma obbligati programm ta’ CPD (continuous professional development) u dan kull sentejn. Dan il-programm jikkonsisti f’taħriġ ta’ ġurnata li matulha jsiru numru ta’ preżentazzjonijiet ta’ tagħrif ġenerali fuq il-Gzejjer Maltin, liema pre¿entazzjonijiet jkopru diversi oqsma foshom l-ekonomija, żviluppi politiċi u suġġetti partikolari ta’ natura storika. Fuq assigurazzjoni tal-livell meħtieġ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija obbligata li qabel ma tirreġistra gwida tat-turisti dan irid ikollu ir-rekwiżiti neċessarji, fosthom dawk akkademiċi, skont il-leġislazzjoni kkonċernata. Ir-rekwiżiti neċessarji sabiex gwida tingħata liċenżja skont il-liġi huma ċertifikat jew diploma li turi l-persuna tkun tterminat b’suċċess il-programm ta’ kwalifikazzjoni għall-gwidi tat-turisti minn ta’ l-inqas f’Livell 5 tan-’ National Qualification Framework’, li jkun sar minn istituzzjoni ta’ taħriġ rikkonoxxuta mill-istess Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Leg 12 PQ #13401 Sitting 236 2015-02-04 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – spejjeż ta’ stampar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż ta’ stampar saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013 u 2014, u jekk dawn l-ispejjeż sarux b'direct order, bi quotation jew b'tender? Jista’ jgħid min kienu s-suppliers u kemm kienu l-ammonti mħallsa supplier b'supplier?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 u l-2014, l-ispejjeż ta’ stampar li saru mill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu, ġew mogħtija kif elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13402 Sitting 236 2015-02-04 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA –reklamar fuq mezzi tax-xandir lokali — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż saru f’reklamar fuq mezzi tax-xandir lokali mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013 u 2014, u jekk dawn l-ispejjeż sarux b'direct order, bi quotation jew b'tender? Jista’ jgħid b'liema aġenzija, u fuq liema mezz tax-xandir saru dawn l- ispejjeż?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 u fl-2014, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għamlet riklamar fuq mezzi tax-xandir lokali kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13403 Sitting 236 2015-02-04 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – reklamar fuq billboards — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż saru f'reklamar fuq billboards mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013 u 2014, u jekk dawn l-isejjeż sarux b'direct order, bi quotation jew b'tender? Jista’ jgħid min kienu s-suppliers u kemm kienu l-ammonti mħallsa supplier b'supplier?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu (MTA) ma għamlet l-ebda spejjeż ta’ reklamar fuq billboards fil-sena 2013 u 2014.
Leg 12 PQ #13866 Sitting 236 2015-02-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex fis-sena 2014, il-Ministeru tiegħu nefaq €11,900,000 iżjed milli kien budgeted? Jista’ jagħti d-dettalji ġew minfuqa l-€4,000,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak li kien ipprovdut fil-Vot numru 14 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jgħid fejn ġew minfuqa l-€900,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak li kien ipprovdut fil-Vot numru 15 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji fejn ġew minfuqa s-€7,00,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak ipprovdut fil-Vot V tal-Ministeru fil-baġit tal-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat. Dan minħabba l-fatt, li b’effett minn April 2014, dawn id-dipartimenti/entitajiet m’għadhomx jaqgħu aktar taħt id-dekasteru tal-Ministeru ghat-Turiżmu imma saru jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Leg 12 PQ #13392 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – appeals board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-appeals board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-appeals board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa kompost kif muri fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13393 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – appeals board – terms of reference

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-terms of reference tal-appeals board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terms of reference tal-Enforcement Board tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu huma bbażati fuq Artikolu 13 ta’ Kap 409.
Leg 12 PQ #13394 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – appeals Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta tlaqqa’ l-aħħar appeals board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar li tlaqqa’ l-‘appeals board’ ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kien fl-14 ta’ Jannar 2015.
Leg 12 PQ #13395 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – enforcement Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta tlaqqa’ l-aħħar enforcement board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar li tlaqqa’ l-enforcement board ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) kien fit-22 ta’ Jannar 2015.
Leg 12 PQ #13396 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – aġenziji tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammontaw l-aġenziji tat-turiżmu in-coming irreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’l-aġenżiji tat-turiżmu ‘in-coming’ irreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa ta’ 119.
Leg 12 PQ #13397 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – gwidi tat-turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-gwidi tat-turisti rreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ persuni lliċenzjati bħala gwidi turistiċi mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa ta’ 556.
Leg 12 PQ #13386 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Airport Charges Regulatory Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-Airport Charges Regulatory Board?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11396 datata 17 t’Ottubru 2014.
Leg 12 PQ #13387 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Airport Charges Regulatory Board – terms of reference

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Airport Charges Regulatory Board?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terms of reference tal-Airport Charges Regulatory Board huma bbażati fuq Reġolament 3 (2) tal-L.S. 499.19, liema kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13388 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ kif inhu kompost il-Bord ta’ l-Istitut għall-Istudji Turistiċi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #13389 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11396 datata 17 t’Ottubru 2014. Fir-rigward tar-rappreżentant tal-MHRA, is-Sur Matthew Pace, il-post tiegħu ġie vakanti wara li l-istess irriżenja. F’dan l-istadju, l-MHRA qiegħda fil-proċess li tinnomina persuna oħra sabiex tirrapreżentaha fuq il-bord tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu.