Jista’ l-Ministru jgħid, issa li tneħħew it-tower cranes li kienu qed jaħdmu fuq il-Life Sciences Park, meta se terġa’ tibda tiffunzjona l-helipad tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 72 tal-leġislatura preċidenti li kienet imwieġba fid-29 ta’ Settembru 2010 minn Lawrence Gonzi-dak iż-żmien Prim Ministru, u li kienet tgħid hekk:
“
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant hija l-intenzjoni ta’ dan il-Gvern li jibni kumpless ta’ Life Sciences fiż-żona industrijali biswit l-Isptar Mater Dei. Dan il-kumpless effettivament ser ikun ftit metri l-bogħod mid-dawra tal-Isptar Mater Dei u l-bini tiegħu se jkun eżattament taħt it-trajettorja tal-approach; landing u t-take-off użata mill-helikopter li jintuża biex iwassal pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’każijiet ta’ emerġenza. Sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda xkiel għat-trajettorji ta’ nżul u tlugħ tal-helikopter; u anki fil-każ li jkun hemm bżonn li jsir xi nżul ta’ emerġenza, ġie deċiż flimkien ma’ speċjalisti tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkun akter prudenti li jinstab sit ta’ nżul u t
lugħ alternattiv għall-helikopter.”
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiffunzjona n-Nurses and Midwives Council?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel saret fit-28 ta’ Lulju ta’ din is-sena qabel ma saret l-elezzjoni sabiex jintgħażlu l-membri ġodda. Kif taf hi, bħalissa għaddejja inkjesta indipendenti fuq ir-riżultat ta' din l-elezzjoni.
Nurses and Midwives Council – rapport ta’ investigazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika r-rapport tal-investigazzjoni li saret wara l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tan-Nurses and Midwives Council?
Jista’ l-Ministru jgħid mis-social workers li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tas-Saħħa ma jingaġġax Social Workers dirett, imma għandu service agreement mal-Ministeru tal-Familja.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ Morning After Pill qed titħalla li tkun importata f'pajjiżna, x'jisimha u min jimmanifatturaha u min għandu liċenzja li jimportaha? Jista’ jippreżenta dokumenti jew data jew informazzjoni xjentifika li fuqha l-Awtorità dwar il-Mediċini wżat biex waslet għad-deċiżjoni tagħha li l-Morning After Pill tkun introdotta f'Malta? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità dwar il-Mediċini hijiex f'pożizzjoni li tgħid b’ċertezza assoluta li l-Morning After Pill introdotta f'pajjiżna hijiex it-tip li għandha xi effett li ma tħallix bajda fertilizzata tkun impjantata fl-utru tal-mara?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bijoetika, x'inhuma l-kwalifiki jew il-karatteristiċi tagħhom li fuqhom ġew magħżula, xi ħlas ta’ kull tip li jirċievu u x'inhu x-xogħol ta' dan il-kumitat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 8 membri inkluż ic-Chairperson, li jiffurmaw il-kumitat konsultattiv dwar il-bijoetika. Il-membri huma: Prof Pierre Mallia: Chairperson, Fr Mark Sultana, Dr Bernard Caruana, Dr Alberto Vella, Ms Sylvia Spiteri, Ms. Nikita Zammit Alamango, Dr Vincent Moran u Dr Charles Cassar: Segretarju tal-Bord. Dawn il-membri għandhom ħlas ta’ €18.63 għal kull laqgħa ta’ 3 sigħat.
Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħatat il-promozzjoni għal supervisor fid-Diviżjoni tas-Saħħa li kienet ħarġet biċ-ċirkolari 48/2004 li ħarġet fit-8 ta’ Ġunju 2004 u li l-individwu (li d-dettalji tal-applikazzjoni tiegħu qed tingħata separatament) li kien ħadha, kien ġie mġiegħel jirrifjutaha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddili iktar informazzjoni dwar dan il-każ u l-persuna kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-physiotherapists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2015 u Awwissu tal-2016 ġew ingaġġati 20 Physiotherapists. Ninformaha ukoll illi sejħa għal aktar Physiotherapists ser toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-podiatrists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew ingaġġati 8 Podiatrists. Din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni. Ninformaha ukoll illi sejħa għal aktar Podiatrists ser toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw psychotherapists fl-2015 u fl-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress illi l-Fakulta’ tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Psychotherapists.