Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dħul fil-Korp tal-Pulizija — requirements

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm bidla fir-requirements għad-dħul fil-Korp tal-Pulizija, kemm f'dawk li huma kwalifiċi akkademiċi kif ukoll f'dawk li huma ħtiġijiet oħra bħat-tul?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux eskluż li jista' ikun hemm xi tibdil fil-kriterji għall-ingaġġ li jmiss biex jimtlew postijiet vakanti fil grad ta’ kuntistabbli ta' pulizija.

Open Centres – faċilitajiet tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet tas-saħħa li hemm f’kull Open Centre tal-immigranti f’pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 9799, li saret il-bieraħ mill-Onor. Interpellant stess.

Xiri taċ-ċittadinanza – applikanti ewlenin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ dipendenti tal-applikanti ewlenin kollha li s’issa applikaw għax-xiri taċ-ċittadinanza skont l-Avviż Legali 47 tal-2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċittadinanza Maltija mhux għal bejgħ. F’ka¿ li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-investituri fil-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, irrid ninformah li fi żmien opportun, ir-regolatur se jkun qiegħed jgħaddi rapport dwar l-operat ta’ Identity Malta kif mitlub mil-ligi. In-numru ta’ dipendenti tal-applikanti ewlenin li s’issa ssottomettew l-applikazzjoni kompluta tagħhom huwa ta’ 6.

Ftehim milħuq mal-Kummissjoni Ewropea dwar residenza

Question

Peress li l-ġurnal The Times fit-30 ta’ Mejju 2014 irraporta hekk: “Commissioner of Revenue at the Finance Ministry, said Identity Malta was telling potential investors they had to travel to Malta at least twice and stay here for a couple of days each time to fulfil the one-year compulsory residence requirement”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux il-mod ġenwin u in bona fede li l-Gvern qed jimplimenta l-ftehim milħuq mal-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Jannar 2014 biex ikun hemm residenza effettiva ta’ min japplika f’Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma nħossx li ghandi nikkumenta fuq ufficjali li jaqghu taht ministeru iehor , pero nassigura li l-gvern qed jimplimenta b’mod genwin dan il-Programm b’Investiment, li tajjeb ta’ min jinnota hu l-ewwel programm approvat mill-unjoni Ewropea.

Ftehim milħuq mal-Kummissjoni Ewropea dwar residenza

Question

Peress li l-ġurnal The Times fl-30 ta’ Mejju 2014 irraporta hekk: “ Commissioner of Revenue at the Finance Ministry, said Identity Malta was telling potential investors they had to travel to Malta at least twice and stay here for a couple of days each time to fulfil the one-year compulsory residence requirement”, jista’ l-Ministru jgħid jekk mawra ta’ minimu ta’ erbat ijiem f’sena jissodisfax dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Jannar 2014 fil-ftehim milħuq mal-Gvern Malti: “No certificate of naturalisation will be issued unless the applicant provides proof that he/she has resided in Malta for a period of at least 12 months immediately preceding the day of issuing of the certificate of naturalisation”?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat aktar kmieni għall-mistoqsija parlamentari 9877.

Identità Malta – linji gwida ta’ proċedura

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-“linji gwida ta’ proċedura” li Identità Malta kellha toħroġ skont l-artiklu 11 tal-Avviż Legali 47 tal-2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi żmien opportun, ir-regolatur se jkun qiegħed jgħaddi rapport dwar l-operat ta’ Identity Malta kif mitlub mil-ligi. Il-linji gwida ta’ proċedura tfasslu internament u ġew referuti lir-Regolatur tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Mandat għall-interceptions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-ħruġ ta’ mandati għal interċettazzjonijiet (interceptions) taħt Kapitolu 391 f’din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu mill-Ministru konċernat? Kemm minn dawn it-talbiet kienu miċħuda mill-Ministru? Kemm minn dawn it-talbiet li ġew awtorizzati, kienu urġenti? Kemm minn dawn it-talbiet ma kienux awtorizzati mill-Ministru bil-miktub, iżda awtorizzati mis-Segretarju Permamenti jew mis-Segretarju tal-Kabinett? Għal kemm kienu validi l-awtorizzazzjonijiet li nħarġu? Kien hemm awtorizzazzjonijiet li kienu estiżi għal aktar minn sitt xhur? Jingħata numru ta’ referenza (reference number) għal kull awtorizzazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-tweġiba ma tistax tingħata fil-pubbliku iżda fis-Security Commitee li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni hu membru tagħha.

Ħruġ ta’ mandati – tip ta’ reati jew investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema tip ta’ reati jew investigazzjonijiet, hekk kif indikati f’artikolu 3 tal-Kap. 391, intalbu l-ħruġ ta’mandati f’din l-aħħar sena? Kemm kien hemm mandati li nħarġu għal kull tip ta’ reat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9881.

Persuni li kkaġunaw offiżi lil pulizija/uffiċjali pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3089 u jgħid kemm-il persuna ġiet misjuba ħatja fl-aħħar ħames snin, sena b’sena, li kkaġunat offiża fuq il-persuna ta’ Pulizija u/jew uffiċjali pubbliċi, jew inġurjatu jew għamlet theddid kontrih, ai termini tal-artikli 95 u 96 tal-Kodici Kriminali, u x’kienet il-piena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta’ Kandja – L-ewwel Ġebla fl-Akkademja tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-ewwel ġebla li r-ritratt tagħha qed jingħata separatament, li kienet tqiegħdet fl-Akkademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 8220.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Sezzjoni YOURS – Bini fl-Imtaħleb

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ applikazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew minn min hu kkonċernat sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-applikazzjoni għadu ma ngħatax, minħabba li l-applikazzjoni għada ma waslitx f’dak l-istadju.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Sezzjoni YOURS – Bini fl-Imtaħleb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa jibda x-xogħol fuq il-binja tal-YOURS fl-Imtaħleb?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jinħareġ il-permess mill-MEPA, jibdew ix-xogħlijiet fuq is-sit.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Bordijiet tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li ġew maħtura f’kull pożizzjoni vakanti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 9545 li saret lill-Prim Ministru.

L-ewwel każijiet ta’ immigrazzjoni irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienu reġistrati l-ewwel każijiet ta’ immigrazzjoni irregolari permezz ta’ dgħajjes f’pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel każijiet ta’ immigrazzjoni irregolari registrati permezz ta’ dgħajjes f’pajjiżna kien fis–sena 1998, għalkemm il-fenomenu proprju kien beda fis sena 2002.

Immigranti irregolari li daħlu permezz ta’ dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti irregolari permezz ta’ dgħajjes, sena b’sena, mis-sena 2000 ‘l hawn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma bejn irġiel, nisa u tfal?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – vjaġġi ta’ immigrazzjoni irregolari interċettati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew interċettati vjaġġi ta’ dgħajjes b’immigranti irregolari li eventwalment iddaħħlu f’Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-perjodu li qed jgħamel referenza għalih.

Forzi Armati ta’ Malta – immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Forzi Armati ta’ Malta kemm ġabret mill-baħar, immigranti li sfortunatament tilfu ħajjithom fit-traġitt?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-perjodu li qed jgħamel referenza għalih.

Sptar Monte Carmeli – immigrazzjoni irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rikoverati immigranti irregolari fl-Isptar Monte Carmeli mis-sena 2008 ‘l hawn u jagħti break down ta’ x’kienu l-kundizzjonijiet tagħhom u għalxiex kienu rikoverati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9798 ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.

Ċentru ta’ Detenzjoni – faċilitajiet tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet tas-saħħa li hemm f’kull ċentru tad-detenzjoni tal-immigranti irregolari f’pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’kull ċentru ta’ Detenzjoni hemm klinika għall-użu tal-Immigranti Irregolari. F’din il-klinika jingħata servizz minn tabib u Infermier kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Fi tmiem il-ġimgħa, bil-lejl, u meta jkun meħtieġ, l-immigranti irregolari jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tas-saħħa fl-isptarijiet tal-Istat u fiċ-Ċentri tas-Saħħa.