Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — Uffiċċji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba sar xogħol ta' refurbishment fl-uffiċċji ta' l-ADT ġewwa Sa Maison, Pieta'? Kemm intnefqu flus f'kull fażi ta' xogħol li ġew esegwiti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' dwar it-Trasport sar major refurbishment wieħed riċenti ġewwa Sa Maison. Dan ir-refurbishment sewa lill-Awtorita' Lm 8,703.27.

ADT — Managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm laħqu managers fil-ġerarkija ta' l-ADT matul is-snin 2004 u 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li matul is-snin 2004 u 2005 kien hemm ħames persuni li laħqu managers u tlett persuni oħra li ġew impjegti minn barra fil-kariga ta' managers.

ADT — Ftehim kollettiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex imġedded il-ftehim kollettiv ma' l-impjegati ta' l-ADT u jekk le għaliex dan id-dewmien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ewwel ftehim kollettiv ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport għadu ma ġiex konkluż minħabba issues pendenti li l-management ta' l-Awtorita' qed issostni li jkunu nklużi f'dan il-ftehim.
Leg 10 PQ #15351 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15117, jista' il-Ministru jgħid jekk l-analiżi tal-flows tat-traffiku bediex u jekk le meta se jibda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mituba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

ADT — Vjaġġi tat-trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vjaġġi li jsiru mill-karozzi tal-linja kull ġurnata, f'kull venda separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mituba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Tas-Sliema — Traffic Management Plan Bill

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-Abbozz tat-Traffic Management Plan għal Tas-Sliema li ġie diskuss ma' diversi kunsilliera tal-lokal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma sarux talbiet mill-Kunsill Lokali Sliema għal Traffic Management Schemes u ma ġewx sottomessi l-ebda proposti simili minn naħa tagħna u l-anqas ma ġew diskussi proposti simili mall-Kunsill Lokali. L-uniku proġett li ġie diskuss mall-Kunsill Lokali Sliema u ma' entitajiet oħra ikkonċernati huwa dak relatat mar-Residents Parking Scheme li huwa Controlled Residents Parking Plan u mhux Traffic Management Plan.

Valletta Bus Terminus — Ħasil tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum ta' l-ilma (f'termini ta' kontijiet) tal-vit li hemm fit-terminus tal-Belt li suppost jintuża għal ħasil tal-karozzi matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-ammonti ta’ flus li tħallsu f’dawn l-aħħar ħames snin kienu :- 2000 Lm 94.49 2001 Lm 124.92 2002 Lm 332.02 2003 Lm 354.02 2004 Lm 302.38 2005 (Jannar – Awissu) Lm 273.81

ADT — Bus ticketing machines

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru (average) ta' ħsarat li jġarbu l-bus ticketing machines kuljum u li jkollhom bżonn l-intervent tal-kuntrattur ta' dawn il-makni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li n-numru (average) ta’ ħsarat li kellhom bżonn l-intervent tal-kuntrattur tal-bus ticketing machines kien ta’ 3.5 kuljum (105 kull xhar) bejn Marzu u Mejju 2005. Ta’ min wieħed jinnota li l-ewwel 80 intervent fix-xhar tal-kuntrattur huma bla ħlas.

ADT — Operaturi tat-trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea tippermettix li jingħata sussidju lill-operaturi tat-trasport pubbliku mill-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li preżentament, m'hemm l-ebda restrizzjoni li ma tippermettix lill-gvern milli jagħti sussidju lill-Operaturti tat-Trasport Pubbliku li jaħdmu fuq skeda. Diversi pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea jissussidjaw it-Trasport Pubbliku.

ADT — Vened tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jeżistu vened tal-karozzi tal-linja u f'liema lokalitajiet jinsabu? Kemm hu n-numru ta' transport assistants li jieħdu ħsieb dawn il-vened?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.

Gżira — Triq Luqa Briffa

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata Triq Luqa Briffa, il-Gżira peress li tinsab fi stat diżastruż u li sar impossibbli li tgħaddi minnha b'karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġiet spezzjonata u tlestew l-istejjem neċessarji biex jitlesta t-tender għall-bini ta’din it-triq. Id-Direttorat qed ihejji programm għall-bini ta’ toroq ġodda u b’hekk din it-triq ġiet imdaħla f’dan il-program u t-tender ser jinħareġ skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

ADT — Xufiera tal-karozzi tal-linja

Question

Il-perijodu tax-xogħol tax-xufiera tal-karozzi tal-linja (16-il siegħa), hu skond ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minħabba l-fatt li x-xufiera tal-karozzi tal-linja jaħdmu fuq bażi ta' ġurnata xogħol u ġurnata off u anki minħabba l-fatt li sittax-il siegħa m'humiex kontinwi għax ikollhom ħafna waqfien, ix-xufiera m'humiex qed jaħdmu kontra xi direttiva ta' l-Ewropa.

ADT — Xufiera tal-karozzi tal-linja

Question

Sa liema eta' tista' persuna taħdem bħala xufier tal-karozzi tal-linja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fil-liġi m’hemmx indikata eta' ta’ kemm persuna jista' jkollha biex taħdem bħala xufier tal-linja iżda l-liġi “Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewqan)” tgħid li :- “Min ikollu liċenzja tas-sewqan nazzjonali li biha ikun awtorizzat isuq vetturi tat-trasport pubbliku għandu jipproduċi ċertifikat mediku tas-saħħa fiżika meta jagħlaq il-ħamsin sena, u kull ħames snin wara sakemm jagħlaq is-sittin sena; wara dan, iċ-ċertifikat mediku għandu jiġi muri kull sena qabel ma tiġġedded il-liċenzja tas-sewqan.”

ADT — Karozzi self-drive

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tas-self-drive mikrija mill-ADT? Kemm iqumu kull sena u x'inhu l-valur tal-fuel li jingħataw kull sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tas-sena finanzjarja li spiċċcat f'Settembru 2005 kien hemm 24 karozza mikrija mill-Awtorita' dwar it-Trasport. L-ispiża tal-kiri ta' dawn il-karozzi ammontat għal Lm54,744.02. L-ammont minn fuq fuel fuq il-karozzi msemmija hawn fuq kien ta Lm13,637.42.

ADT — Xufiera tat-trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif persuna tingħata tag ta' xufier tat-trasport pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li biex persuna tingħata t-tag ta' xufier tat-Trasport Pubbliku trid tapplika għaliha fl-uffiċini ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-persuna trid tipproduċi :- a) kondotta riċenti mingħand il-pulizija b) karta ta' l-identita c) f'każ li persuna jkollha aktar minn ħamsin sena ċertifikat tat-tabib d) f'każ li persuna taħdem ma' entita' tal-gvern, ittra mingħand il-prinċipal fejn jgħid li ma jsib l-ebda oġġezzjoni biex l-applikant japplika biex jieħu t-tag Wara li l-ADT teżamina dawn id-dokumenti għas-sodisfazzjon tagħha, il-persuna trid tattendi u tikkonkludi posittivament wara eżami l-kors tal-customer care li jdum sitt ijiem. Fl-aħħar, l-persuna trid tagħmel test tas-sewqan skond il-kategorija tal-vettura li tkun qed tapplika għaliha u jekk tgħaddi, tinħareġ it-tag ta' xufier tat-Trasport Pubbliku.

ADT — Xiri ta' uniformijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-flus li ġew ivvotati għal xiri ta' uniformijiet mill-ADT matul is-sentejn li għaddew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar sentejn il-flus li ntnefqu fuq l-uniformijiet kien :- Sena finanzjarja Flus ivvotati Nefqa Bilanċ 2004/5 Lm10,000 Lm3,801 Lm6,199 2003/4 Lm 9,000 Lm7,683 Lm1,317 Il-bilanċ tad-differenza bejn il–flus ivvotati u dawk attwalment minfuqa ġie utilizzat biex jitħallsu spejjeż oħra ta’ materials & supplies.

Birguma — Bypass il-ġdida

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex issir zebra crossing, traffic lights u traffic management fil-bypass il-ġdida ta' Birguma għax in-nies m'għandhomx mnejn jaqsmu b'periklu kbir għal ħajjithom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita’ dwar it-Trasport qegħda tagħmel ix-xogħol meħtieġ fejn ġejjin il-pelican lights sabiex in-nies ikollhom spazju adegwat fejn jimxu u jistennew qabel jaqsmu l-bypass.

Pont ta' Regional Road

Question

Jista' il-Ministru jinformana meta se jibda x-xogħol fuq il-pont ta' Manwel Dimech, Regional Road, u jekk it-triq ta' taħt il-pont, cioe' biċċa minn Triq il-Mensija, hux se tkun parti minn dan ix-xogħol jew hux se jsir apparti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Qala Għawdex — Triq Imġarr

Question

Peress li diversi residenti fi Triq Imġarr, Qala, Għawdex huma mħassbin dwar il-vetturi li jgħaddu b'veloċita' qawwija mill-imsemmija triq, jista' il-Ministru jgħid jekk qattx saret xi talba jew ġiet ikkunsidrata l-possibbilta' li ssir xi ħaġa dwar din il-problema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li l-Kunsill Lokali tal-Qala kien issottometta proposti għal sistema ta’ one way fil-pjazza tal-knisja u fit-toroq tal-madwar. M'hemm l-ebda proposti għal sistemi ta’ traffic calming fi Triq Imġarr.

Universita' — Servizz tal-karozza tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15136, cioe' ġħaliex m'hemmx servizz ta' karozza tal-linja diretta għall-universita' meta f'dan ir-raħal hemm 216 student li jattendu l-universita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15101.