Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #23915 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jaqsam in-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, skont kemm mill-partijiet involuti kenux fiżiċi jew legali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #23916 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jaqsam in-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, skont jekk kienx hemm aġenti tal-proprjetà jew sensara involuti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #23917 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jgħid kemm min-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 kienu xerrejja ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux Maltin u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-pajjiżi rispettivi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #23918 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jgħid kemm min-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 kienu xerrejja ċittadini ta’ pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-pajjiżi rispettivi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #23919 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Skema tal-First Time Buyers – persuni/koppji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna/koppja bbenefikat mill-iskema tal-First Time Buyers, u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar skont meta sar il-kuntratt finali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #24418 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ħatra ta’ Kummissarju tat-Taxxi Interni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ġie maħtur il-Kummissarju tat-Taxxi Interni preżenti u meta temm il-ħatra tiegħu l-predeċessur tiegħu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissarju tat-Taxxi preżenti kien maħtur b’effett mill-01 ta’ Settembru 2013. Il preċedessur tiegħu temm il-ħatra tiegħu b’effett mit-30 ta’ Ġunju, 2013. Nota: It-terminoloġija korretta tal-Uffiċċju hija Kummissarju tat-Taxxi u mhux Kummissarju tat-Taxxi Interni.
Leg 12 PQ #24603 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Leave tal-Maternità – kontribut finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut finanzjarju sal-lum għat-Trust għal Leave tal-Maternità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellanta li l-ammont miġbur għat-Trust għal Leave tal-Maternità mill-introduzjoni tal-iskema sas-07 ta’ April, 2016 kien €2,871,174.
Leg 12 PQ #23840 Sitting 373 2016-04-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – qasam ta’ relazzjoni mal-media — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #24180 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Refund tat-taxxa – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament minħabba li għandha problema fuq refund tat-taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li, dwar każ bħal dan, kien ikun biżżejjed li kieku l-persuna koncernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta.
Leg 12 PQ #23753 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #23798 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order?? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23778 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex — popolazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23272, jista’ l-Ministru jagħti l-popolazzjoni skont l-etajiet indikati f’dik il-mistoqsija għal kull waħda mill-14-il lokalità ta’ Għawdex peress li fir-risposta tiegħu huwa ta l-popolazzjoni totali ta’ Għawdex kollu bl-etajiet iżda mhux skont il-lokalità kif mitlub?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #23804 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: TONIO FENECH To: Ministeru għall-Finanzi

Accountancy Board — twaqqif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mill-1 ta’ Frar 2016, l-Accountancy Board għadu ma ġiex imwaqqaf u meta biħsiebu jagħmel dan?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru qiegħed jikkonsulta mall-entitajiet konċernati sabiex il-Ministru jkun jista jappunta l-Accountancy Board.
Leg 12 PQ #23873 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li għandu problema fuq it-taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li uffiċjali tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Leg 12 PQ #23690 Sitting 366 2016-03-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – xogħol mogħti lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #23719 Sitting 366 2016-03-08 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija kkonċernata mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu.
Leg 12 PQ #18693 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — membri ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #23645 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Tax Haven

Question

Peress li l-Gvern tal- Kazakistan qed ipoġġi lil Malta bħala tax haven b’digriet numru 595, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jafx biha, u allura x’raġuni hemm? Jekk m’hemmx loku, tista’ titneħħa biex ikun jista’ jsir negozju kummerċjali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kazakistan jiddefinixxu lil Malta bħala “a country with priviledged taxation”. Bħalma għamlet ma pajjiżi oħra fil-passat Malta tuża l-mezzi kollha biex tikkonvinċi lil dan il-pajjiż li s-sistema tagħna mhix hekk.
Leg 12 PQ #23675 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tas-Salarji – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Salarji jkellem jew jibgħat għall-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għadu kemm irċieva ittra datata t-23 ta’ Frar 2016 fejn huwa ġie nfurmat li se jitħallas pensjoni ta’ €9.71 fix-xahar biss minn Marzu 2016 minflok il-pensjoni li kien qed jirċievi ta’ €852.26 fix-xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu ġiet ikkuntattjata fejn ġiet spjegatilha s-sitwazzjoni.
Leg 12 PQ #23570 Sitting 364 2016-03-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.