Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor meta ser jiġi nstallat lift fi block lid-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazzjoni ta' lift fil-blokk imsemmi, ġiet approvata u anke ġie miksub il-permess tal-MEPA. Huwa pprogrammat li l-installazzjoni ta' dan il-loift għandha ssir matul is-sena 2016.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum li huma mmexxija mill-Gvern? Jista’ jgħid meta nfetħu kull wieħed minn dawn iċ-ċentri, kemm hemm impjegati jaħdmu f’kull wieħed minn dawn iċ-ċentri u x’inhu l-grad tagħhom? Jista’ jgħid x’inhi l-allokazzjoni finanzjarja globali sabiex jiġi operat dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ġiex ingaġġat f’position of trust jew intgħażilx wara sejħa pubblika u proċess sħiħ ta’ għażla?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), ġie appuntat mill-Gvern biex imexxi din il-Fondazzjoni fuq bażi ta’ position of trust kif kien isir fi żminijiet preċedenti.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – Kap Eżekuttiv – kuntratt ta’ impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali? Jista’ jgħid x’inhu s-salarju annwali u l-perkaċċi kollha li jirċievi dan il-kap eżekuttiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-salarju annwali u l-perkaċċi relatati mal-pożizzjoni tal-Kap Eżekuttiv preżenti tal-FSWS huma dawk li kellha l-predeċessura tiegħu f'din il-pożizzjoni.
Proġett LEAP – parteċipazzjoni minn kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jieħdu sehem fil-proġett LEAP? Jista’ jgħid kemm huma l-persuni li qed jibbenefikaw minn dan il-programm ma’ kull kunsill rispettivament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Proġett Leap hemm 15-il Kunsill Lokali li qed jieħdu sehem u n-numru ta’ benefiċjarji jammonta għal 30 persuna.
Il-lista tal-Kunsilli Lokali li qed jieħdu sehem fil-Proġett Leap tinsab hawn taħt.
Kunsill
Numbru ta’ Benefiċjarji
Kunsill Lokali Birzebbuga
3
Kunsill Lokali Qrendi
2
Kunsill Lokali Attard
1
Kunsill Lokali Għasri- Għawdex
1
Kunsill Lokali Għaxaq
1
Kunsill Lokali Luqa
2
Kunsill Lokali Paola- Raħal Ġdid
4
Kunsill Lokali Safi
2
Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar
6
Kunsill Lokali Mosta
2
Kunsill Lokali Għarb
1
Kunsill Lokali Zurrieq
2
Kunsill Lokali Rabat
1
Kunsill Lokali Dingli
1
Kunsill Lokali Bormla
1
Tajjeb li ngħid li minbarra dawn, hemm 237 benefiċjarju ieħor li qed jibbenefikaw mill-programm, inkluż f’Għaqdiet Non-Governattivi.
Qasam tal-anzjani – impjegati Għawdxin jaħdmu f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati Għawdxin li jirrisjedu f’Għawdex u li jaħdmu ma’ kuntratturi privati li jagħtu servizz lill-Gvern fil-qasam tal-anzjani iżda jaħdmu f’Malta? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu t-total ta’ dawn l-impjegati? Jista’ jgħid jekk kienx hemm talbiet sabiex dawn l-impjegati Għawdxin jaħdmu Għawdex minnflokk u jekk iva, għaliex dawn it-talbiet għadhom ma ntlaqgħux?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma jindaħalx lis-Settur Privat lil min jimpjega u fejn jimpjegahom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk koppji Maltin li jkunu jridu jadottaw tfal minn pajjiżi barranin jingħatawx xi forma ta’ sussidju sabiex ikunu jistgħu jadottaw? Jekk le, jista’ jikkunsidra li jagħti xi forma ta’ sussidju lil dawn il-koppji peress li l-ispiża globali tista’ tammonda għal eluf kbar ta’ euro?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li koppji Maltin li jaddottaw tfal minn pajjiżi barranin għandhom l-għażla li jinqdew mill-Aġenzija Appoġġ li toffri s-servizz mingħajr ħlas. Għaldaqstant, jekk jagħżlu din l-Aġenzija, it-taħriġ li jingħata lill-koppji prospettivi, l-Home Study Reports u l-Post Adoption Reports isiru b’xejn.
Barra minn hekk ġentituri prospettivi jingħataw tilqim b’xejn jekk ikollhom bżonn isiefru ġo xi pajjiż fejn ikun meħtieġ li jingħata xi tilqim.
Servizzi oħra li jingħataw mingħajr ħlas huma xi testijiet mediċi u l-ispejjeż tal-
appostille
għall-awtentikazzjoni tad-dokumenti.
Minn din is-sena persuni li jaddottaw qed jingħataw il-maternity leave daqs li kieku welldu lit-tfal huma.
Awtorità tad-Djar – strateġija ġdida dwar il-qasam tad-djar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15151, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istrateġija ġdida? Jista’ jgħid jekk hux se jkun hemm xi forma ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders konċernati u l-pubbliku inġenerali dwar din l-istrateġija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport fuq din l-istrateġija tlesta fit-23 ta’ Diċembru 2013, kif ukoll saret konsultazzjoni mal-istakeholders ikkonċernati. Il-feedback tal-pubbliku ġie meħud in konsiderazzjoni permess ta’ laqgħat mal-ħaddiema tal-customer care li jisimgħu l-ilmenti tal-pubbliku kuljum.
Awtorità tad-Djar — struttura perikoluża - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn naħa tal-Awtorità tad-Djar rigward struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif diġa ġew infurmati l-inkwilini tal-post imsemmi, ix-xogħlijiet ta’ tiswija fuq iċ-ċint madwar il-ġnien li jagħmel parti minn dan l-appartament jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-inkwilini stess. L-inkwilini ġew infurmati wkoll li jistgħu jibbenefikaw minn Skema ADP li toffri l-Awtorita’ tad-Djar biex tagħti għajnuna finanzjarja għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet skont il-kundizzjonijiet applikabbli. Minħabba li ċ-ċint imsemmi ma jappartjenix għall-partijiet komuni tal-binja, ma jistax jiġi nkluż fl-iskema tal-komun.
Awtorità tad-Djar — struttura perikoluża - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament minn naħa tal-Awtorità tad-Djar rigward struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dwar il-każ imsemmi, għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu vverifikati t-tiswijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta' housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, kienet saret spezzjoni mill-uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar fl-10 ta’ Marzu, tħejjiet stima tat-tiswijiet neċessarji u għandu jiġi ngaġġat kuntrattur sabiex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa. Hu ppjanat li dan ix-xoghol isir fi żmien tliet xhur oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-Homehelp sal-lum, 17 ta’ Marzu 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru t’ applikazzjonijiet approvati sas-17 ta’ Marzu 2015 u li qed jistennew li jibda’ s-servizz tal-Home Help huwa ta’ 28.
Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani
Question
B'referenza għar-risposta parlamentari 14968 jista' l-Ministru jindika kemm u min huma l-persuni li qed jiffurmaw it-tim ta' professjonisti multidixxiplinarji li għalihom kien hemm referenza fl-imsemmija risposta ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-tim, mhux bord, ta’ professjonisti multidixxiplinarji jikkonsisti mill-Konsulenti tal-Ġerjatrija fid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ li huma ħdax kif ukoll tobba, terapisti u social workers li jkunu qegħdin jaħdmu magħhom fid-dipartimenti, kemm fl-Isptar Karin Grech, fl-Isptar Mater Dei u f’San Vinċenz de Paul u l-Kommunità.
It-Terapisti jinkludu Occupational Therapists, Physiotherapists, Social Workers u Speech Language Pathologists li jaħdmu ġewwa l-Isptar ta’ Reabilitazzjoni Karen Grech jiġu mitluba ntervent fuq dawn il-każi skond il-bżonn.
F’każ fejn l-anzjan ikun qiegħed fl-Isptar Mater Dei, it-tim jinkludi professjonisti ekwivalenti mill-Isptar Mater Dei taħt il-gwida ta’ Geriatrician mil-lista msemmija hawn fuq.
Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani
Question
B'referenza għar-risposta parlamentari 14968 jista' l-Ministru jelenka l-kwalifiki ta' kull persuna li qed jifforma t-tim ta' professjonisti multidixxiplinarji li għalihom kien hemm referenza fl-imsemmija risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il--Konsultenti tal-Ġerjatrija fid-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ u l-Kwalifiki taghhom huma:
Grad
Kwalifiki
Consultant Geriatrician
MD, M Phil, FRCP (Glasg), MSc HSM, MSc Dem Stud
Consultant Geriatrician
MD, MRCP
Consultant Geriatrician
MD, MRCP, DGM, CCST
Consultant Geriatrician
MD, FRCP (Edin), CCT (G/M, GER)
Consultant Geriatrician
MD, MRCP
Consultant Geriatrician
MD, DGM (Lond), M Ger
Deputy Clinical Chairperson
MD, MRCP(UK), Dip GM(Lond), Dip CPC(Glas)
Clinical Chairperson
MB ChB, FRCP, MD
Consultant Geriatrician
MD, MSc, FRCP, PG Dip Ger, Dip Ort, Cert Med Ed
Consultant Geriatrician
MD, MRCP(UK), DGM (Lond)
Consultant Geriatrician
MD, FRCP (Glasg), MBA (Henley)
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ma ngħatatx xogħlijiet bejn Jannar 2011 u Marzu 2013.
Residenza San Vinċenz de Paul u Sptar Karen Grech – rapporti ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jelenka jekk kienx hemm rapporti ta’ serq fuq l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul u l-Isptar Karen Grech bejn April 2013 u Marzu 2015? Jekk kien hemm, jista’ jgħid kemm kienu dawn ir-rapporti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġewwa San Vincenz de Paul bejn April 2013 u Marzu 2015 ġew irrappurtati 13-il każ ta’ serq mis-swali fejn jirrisjedu l-anzjani.
Rigward rapporti ta’ serq fl-Isptar Karen Grech nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern għas-servizz tal-Meals on Wheels għax-xhur u snin li ġejjin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-intenzjonijiet tal-Gvern għax-xhur u snin li ġejjin fir-rigward tas-Servizz tal-Meals on Wheels huma li jibqa’ jagħti dan is-servizz biex jgħin l-anzjan jibqa’ jgħix fil-komunita’ u dan ukoll lill-applikanti kollha li ilhom snin twal fuq il-lista ta’ stennija
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-anzjani li għamlu użu mis-servizz, tal-handyman xahar b’xahar, bejn April 2013 u Frar 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-Handyman xahar b’xahar bejn April 2013 u Frar 2015 kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Month
2013
2014
2015
Jannar
69
72
Frar
78
61
Marzu
83
April
104
73
Mejju
106
70
Ġunju
86
74
Lulju
95
77
Awissu
82
73
Settembru
104
81
Ottubru
85
86
Novembru
79
63
Diċembru
41
31