Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratt ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – xogħol minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħol li qed jagħmel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-individwu msemmi jipprovdi servizzi ta' Project Management u Engineering Consultancy fil-qasam tas-sahha fi hdan il-Ministeru tal-Energija u s-Sahha.

Aċċess minn individwugħal informazzjoni dwar proġetti fis-Settur tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jiddikjara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu involut f’entità privata (li d-dettalji dwarha wkoll qed jingħataw separatament) u li qed jingħata aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar proġetti fis-settur tas-saħħa, m’għandux konflitt ta’ interess u li l-Ministru jaf eżatt kif qed tintuża l-informazzjoni li qed tittieħed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kuntratt tal-imsemmi persuna jipprovdi ghall-kunfidenzjalita dwar l-informazzjoni accessata.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Ġunju u Settembru 2014, xahar b’xahar, u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni relatata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru kemm hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għall-faċilità u għal kull każ (mingħajr ma jagħti l-isem) jgħid x’età għandu/ha l-pazjent/a u kemm ilu/ilha jistenna/tistenna biex jiġi/tiġi trasferit/a?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 40 raġel u 75 mara li l-average age tagħhom hija ta 81 sena li qed jistennew biex jiġu trasferiti. L-Average waiting time hija ta' xarejn u nofs.

Stallazzjoni ta' dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallazzjoni ta' dawl fiż-żona indika separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2003 r-responsabiltà u l-fondi ta’ lampi ġodda għaddew lill-Kunsilli Lokali, għalhekk nitolob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ċentri tas-saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fiċ-Ċentri tas-Saħħa bejn Ġunju u Settembru 2014, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ testijiet li saru bejn Ġunju u Settembru 2014 huwa kif jidher fit-tabella: Nies li attendew għat- testijiet tad-demm Ġunju Lulju Awissu Settembru Furjana 1088 963 849 957 Gżira 1110 1354 1325 1123 Rabat 1043 1210 1091 1066 Qormi 637 812 601 521 Bormla 877 1044 813 871 Raħal Ġdid 1349 1409 1235 1251 Mosta 959 1223 1089 1130 B’Kara 1412 1337 1507 1434 total 8475 9352 8510 8353

Testijiet ta’ CT-Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija bejn Ġunju u Settembru 2014, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru saru 7,291-il CT examination u 4,587 il-test tal-MRI.

Testijiet ta’ CT-Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li ghandhom appuntament ghat-testijiet fix-xhur li gejjin huma hekk: CT examinations: 1261 MRI examinations: 2256

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Ġunju u Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummercjalment sensittiva.

Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenti, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simlii li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Settembru 2014? F’kull każ jista’ jgħid: a. X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; b. Meta tqabbad; c. Kemm sewa jew se jiswa; d. Kif intgħażel il-kuntrattur; e. Min għażel il-kuntrattur; u f. Meta tlesta jew se jitlesta x-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għada qed tinġabar għalhekk tingħata f'seduta oħra.

Sptar Mater Dei – pazjenti long term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għall-faċilità oħra bejn Ġunju u Settembru 2014, xahar b’xahar, fl-aħħar jum ta’ kull xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ pazjenti long term fl-isptar Mater Dei bejn Gunju u Settembru kienu hekk: 30 Gunju - 64 31 Lulju - 50 31 Awissu -82 30 Settembru - 90

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija tagħha ma tapplikax għall-ARMS Ltd, Enemalta, Malta Resource Authority u l-Water Services Corporation.

Sptar Mater Dei – Customer care Section

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta’ ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar bejn Ġunju u Settembru 2014, kategorija b’kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa’ pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każijiet kienu hekk: Ġunju - 290 każ Lulju - 374 każ Awwissu - 328 każ Settembru - 158 każ Ittieħdet azzjoni fir-rigward ta’ kull każ u għad hemm biss erba' każijiet pendenti.

Mediċina skaduta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-POYC xahar b’xahar, bejn Ġunju u Settembru 2014 u kemm kienet tiswa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

House visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa xahar b’xahar bejn Ġunju u Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ pazjenti li marru f’kull ċentru tas-saħħa xahar b’xahar bejn Ġunju u Settembru 2014? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid kemm ilhom jistennew skont il-perjodi li ġejjin: a. anqas minn tliet xhur; b. tliet xhur u sitt xhur; c. seba’ xhur u 12-il xahar; d. 13-il xahar u 24 xhar; e. 25 xahar u 36 xahar; u f. Aktar minn 36 xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġbar għalhekk tingħata f'seduta oħra.

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei bejn Ġunju u Settembru 2014, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.