Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9049 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għal deċiżjoni li s-siġar li kien hemm fir-roundabout f'Notabile Road, Attard, "quddiem il-pompa tal-petrol" li tqaċċtu minflok ġew maqlugħa u miżruha f'post ieħor?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta għal mistoqsija parlamentari 8103.
Jista' l-Ministru jgħid x'apparat ġdid inxtara sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fuq serer speċjalizzati f'Tal-Kmand u sabiex jitkomplew il-laboratorji speċjalizzati fil-Biċċerija? Kemm sewa dan l-apparat u meta se jibda jħalli l-frott?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'din is-sena nxtraw/qed jinxtraw (b'tender) Fume Cupboard, Electric Balance, Fluorescent Detector for HPLC, PH Balance u Worktops speċjalizzati għall-Laboratorju l-ġdid fil-Biċċerija. Dan l-appart huwa mistenni li jiswa madwar Lm25,000.
Din is-sena wkoll nxtraw 3 'screen houses' u 'shade house' għal tal-Kmand Micropropagation Centre, Lija b' valur totali ta' ITL 163,000,000. Dawn mistennija jibdew jintużaw aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bdiewa li rrapportaw ħsarat kawżati mill-maltemp tax-xitwa li għaddiet għadhom ma ngħataw ebda kumpens? Kemm kien fil-fatt in-numru ta' bdiewa li talbu kumpens?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda numru 8116.
Ministru ta' l-Agrikoltura — Laqgħat tal-ICAMAS f'Ruma
Question
Billi fir-rapport fl-Independent on Sunday tat-23 ta' Mejju (paġna 3) jingħad li Prodi kien għal-laqgħa li attenda għaliha l-Ministru Ninu Zammit, jista' l-Ministru jgħid: a) iddiskutix ma' Prodi s-sitwazzjoni ta' l-agrikoltura Maltija; b) x'qallu Prodi li se jiġri mill-bdiewa Maltin jekk kemm-il darba Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea u l-bdiewa Maltin ikollhom jikkompetu mal-bdiewa Ewropej; c) jekk Prodi qallux kemm flus l-Unjoni Ewropea se tagħti għall-agrikoltura Maltija jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Response (ZAMMIT, NINU)
a) Iva
b) Prodi huwa tal-fehma li l-bdiewa Maltin jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet ta' għajnuna u ta' swieq li toffri sħubija fl-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.
c) Prodi huwa tal-fehma li bi preparazzjoni xierqa, b'inpenn sħiħ u wara li jsiru abbozzi ta' proġetti serji, Malta m'għandhiex ma tibbenifikax mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex issostni l-iżvilupp tal-Agrikoltura f'Malta.
Fuq kollox Prodi qalli li kien jiddispjaċiħ li, minnkejja l-pariri tiegħu, Malta tilfet sentejn sħaħ mill-proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea meta l-Gvern preċedenti għażel li jiffriża l-applikazzjoni.
Billi fir-rapport ta' The Independent on Sunday tat-23 ta' Mejju (paġna 3) dwar ICAMAS jingħad li: "the 100th meeting of the governing board will take place in Malta next December", jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm hemm allokati flus mill-gvern Malti għal din il-laqgħa; (b) x'passi qed jieħu biex din is-somma flus ma tiġix maqbuża mill-organizzaturi; (ċ) jekk min-naħa ta' Malta l-laqgħa hux se jorganizzaha l-gvern Malti jew jekk hux se jħalli f'idejn xi individwu jew istituzzjoni barra mill-gvern; u (d) fil-każ li se jħalli f'idejn xi ħaddieħor, x'garanziji se jitlob biex ikun żgur li l-ħlasijiet u l-kontijiet kollha jobdu l-Financial Regulations tal-Gvern?
Response (ZAMMIT, NINU)
a) Il-Gvern Malti ma hu obligat iħallas xejn għal din il-laqgħa, ħlief għal xi hospitality li jiddeċidi li jagħmel.
b) Mhux applikabbli; ara a).
c) Il-Ministeru ser jgħin lill-organiżżaturi kif jixraq.
d) Mhux applikabbli; ara c).
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ għamlet il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jgħid: a) id-dati tal-vjaġġ; b) l-iskop tal-vjaġġ; u c) kemm ġie jiswa l-vjaġġ għall-fondi pubbliċi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-persuna ndikata ma għamlet l'ebda vjaġġ a spejjeż tal-Ministeru tiegħi fil-perjodu ndikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, kera karozza self-drive jew chauffer driven f'Malta a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: a) id-data; b) l-iskop tal-kirja; c) kemm ġiet tqum il-kirja għall-ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-persuna indikata ma kriet l'ebda karozza self-drive jew chauffer driven f'Malta għas-spejjeż tal-Ministeru tiegħi fil-perjodu ndikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Mejju, 1999 l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, tħallas għal okkażjonijiet ta' hospitality jew entertainment f'Malta mill-Ministeru tiegħu, jew xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: (a) id-data; (b) l-iskop ta' l-okkażjoni; u (ċ) kemm tħallsu flus fl-okkażjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-dipartiment ma għamel ebda ħlas lill-persuna msemmija jew għan-nom tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu, jew xi parti li taqa' taħtu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament is-salarju jew ħlasijiet oħra għal persuna li isimha qed jintbagħat separatament li taħdem bħala segretarja f'The International Foundation - Malta fl-indirizz ta' 54 West Street, Valletta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma saru ebda pagamenti mill-Ministeru tiegħi lill-persuna msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk d'din l-aħħar sena sarux testijiet biex jivverifikaw jekk il-Water Table li tinsab taħt il-Magħtab ġietx kontaminata minħabba l-leaching ta' l-iskart? Il-prodotti agrikoli fl-inħawi tal-Magħtab u f'postijiet oħra fejn jintrema l-iskart qatt jiġu ttestjati għall-kontaminazzjoni bħal dioxin jew għall-kimiki valenużi oħra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn dwar il-fabbrika ġdida tal-ħalib? Xi progress sar u ma' min saru l-laqgħat? X'inhi l-pożizzjoni ta' l-MDP u l-KPH illum dwar il-proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi fl-Independent tas-16 ta' Mejju (paġna 14 Diary) f'artiklu dwar l-International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies jingħad li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, was unanimously elected to the chairmanship of the Board last December, jista' l-Ministru jgħid: a) id-data ta' din l-elezzjoni; b) kemm kienu l-membri li kienu ntitolati li jivvotaw; c) kemm kienu l-membri li vvotaw; d) kemm u min kienu l-kandidati; u 3) kemm-il vot intefa' għall-Ambaxxatur Busuttil?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi f'rapport li deher fl-Independent tas-16 ta' Mejju (paġna 14 Diary) taħt it-titlu Malta gets ICAMAS presidency jingħad li Several Maltese have received scholarships and bursaries at these institutions, some attained Master's degrees, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ingħataw minn dawn l-ischolarships u bursaries fir-research institutes dwar l-agrikoltura tal-ICAMAS mill-1989 s'issa; b) bl-isem ta' kull Malti li ħa xi scholarship jew bursary ta' l-ICAMAS mill-1989 s'issa; c) id-dati ta' kull wieħed minn dawn l-ischolarships/bursaries; d) il-korsijiet jew studji li kienu jkopru; e) l-ammont ta' flus li bbenefika minnu kull wieħed minnhom; f) l-ammont li kull scholarship/bursary ġie jqum lill-gvern Malti; g) il-funzjoni li qed jokkupa llum kull wieħed minn dawk li ħadu scholarship jew bursary u fiex għandha x'taqsam din il-funzjoni mas-suġġett ta' l-ischolarship?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazioni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet Malta f'membership fees u kontribuzzjonijiet oħra lill-ICAMAS, International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies, sena b'sena mill-1989 sal-lum?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu eżatt ix-xogħol li skond ir-rapport fl-Independent tas-16 ta' Mejju qed isir mill-Istitut ta' Bari ta' l-ICAMAS fuq (a) il-proġett taċ-Chadwick Lakes u (b) il-proġett tal-Lija micropropagation u f'kull każ jgħid: a) meta beda; b) meta hu ppjanat li se jispiċċa; c) kemm jammontaw il-kontribuzzjonijiet tal-ICAMAS u tal-gvern Malti rispettivament; u d) jekk il-ħlasijiet lill-gvern Malti jsirux direttament jew jgħaddux minn xi individwu jew istituzzjoni oħra?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministru ta' l-Agrikoltura — Laqgħa ta' l-ICAMAS f'Ruma
Question
Billi f'rapport li deher fl-Independent on Sunday tat-23 ta' Mejju (paġna 3) jingħad li l-Ministru ta' l-Agrikoltura Ninu Zammit attenda laqgħa tal-ICAMAS f'Ruma, jista' l-Ministru jgħid: a) minn min kienet magħmula d-delegazzjoni Maltija; b) meta telqet minn Malta u meta ġiet lura d-delegazzjoni; c) kemm ġiet tqum lill-gvern il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni fil-laqgħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel xi-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 t a' Ġunju 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) ħarġet sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-perjodu msemmi x-xogħol ta'tindif dejjem sar mill-ħaddiema tal-Ministeru ħlief għal eċċezzjoni ta' darba biss.
Dan kien f' Ottubru, meta n-natura tat-tindif li kien hemm bżonn, minħabba fil-fatt li kien hemm ammonti sostanzjali ta' materjal x'jintrema, u li riedu jitnaddfu l-ħġieġ fl-għoli minn barra, fisser li tqabbdet ditta privata. Din kienet id-ditta 'Bad Boy Cleaners' li tħallset is-somma ta' Lm192.
Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-irċevuti konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' tad-dulliegħ li daħlet fil-Pitkalija ċentrali din is-sena? Xi prezz medju ġabet ġimgħa ġimgħa? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
1999
Kgs. Lm Press Medju
(cents/Kg
03.05.99 - 07.05.99 386 371 96.17
10.05.99 - 14.05.99 2,403 2,158 89.81
17.05.99 - 21.05.99 4,478 3,312 73.97
24.05.99 - 28.05.99 17,158 8,215 47.88
31.05.99 - 04.06.99 122,805 24,715 20.13
07.06.99 - 11.06.99 186,539 28,062 15.04
14.06.99 - 18.06.99 182,769 17,110 9.36
Total 516,538 83,943 16.25
1998
04.05.98 - 05.05.98 90 103 115
11.05.98 - 15.05.98 928 805 86.80
18.05.98 - 22.05.98 1,450 1,221 84.23
25.05.98 - 30.05.98 5,655 3,278 57.97
01.06.98 - 05.06.98 62,829 18,772 29.88
08.06.98 - 12.06.98 84,637 22,529 26.62
15.06.98 - 19.06.98 106,309 21,487 20.21
Total 261,898 68,195 26.03
Il-prezz medju niżel b'37% filwaqt li l-produzzjoni tegħlet b' 97% kważi rdupjat. Dan juri kemm hemm bżonn aktar suq akbar għall-dan it-tip ta' prodott.