Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għandhom pendenti l-kunsilli lokali quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, meta saru u għal xiex inhuma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ċanga/Vitella — Sussidju fuq id-Dazji

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm minn dazji u tariffi fuq l-importazzjooni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella minn non EU countries (skond l-importazzjoni storika) se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

New Zealand — High Quality Beef

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa kkalkolat mill-Gvern Nazzjonalista li l-konsumaturi lokali jridu jħallsu għal 1,000 tunnellata high quality beef minn New Zealand li storikament ikkonsmaw matul dawn l-aħħar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l konsumatur Malti għandu l-għa¿la ta’ l-istess kwalita’ ta’ laħam u bl-istess kwantita’ għal prezz orħos minn pajji¿i terzi oħra. Fil-fatt mill-1 ta' Mejju s'issa l-ebda mportatur m'applika għall-kwota tal-'high quality beef' minn New Zealand.

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidji ta' euro 422 fuq tunnellata zokkor li l-gvern qed jissussidja bħala parti mill-prezz intern taz-zokkor ta' l-Unjoni Ewropea li huwa euro 770 kull tunnellata, jista' il-Ministru jinformana jekk id-differenza li jibqa' meta pparagunata mal-prezz taz-zokkor fis-suq internazzjonali min se jikun qiegħed iħallsu, jekk hux l-Unjoni Ewropea jew il-konsumaturi lokali? Jista' jinformana bl-istess sitwazzjoni li tirriżulta fuq prodotti oħra essenzjali għall-ħajja ta' kuljum, bħal ġobon, butir, qmuħ, ċereali, frott frisk, eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari numru 8326 rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, u għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 8328, 8329 u 8331 rigward it-tieni parti.

Frott Frisk — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq l-importazzjoni ta' prezzijiet ta' frott frisk u f'export refund fuq il-frott frisk minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif suppost jaf l-Onor. Interpellant, fuq il-frott frisk impurtat ma jingħata l-ebda sussidju, u ma ħarġet l-ebda liċenzja ta' export refund, u dan skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7649 u cioe' jagħtina breakdown tas-safar tal-ministeru u ta' l-uffiċjali tad-dipartiment li sar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena separatament, biedja, sajd, żvilupp rurali u ambjent? Jista' jinformana wkoll bl-ispiża involuta għas-safar matul l-istess perjodu u kemm minnha tħallas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

.Jien infurmat li l-breakdown tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena hu kif ġej : Biedja : 181 Sajd : 30 Żvilupp Rurali : 6 Ambjent : 11 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsba infurmat li l-ispiża totali matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2004 kienet tammonta ghal Lm 106,033.59, li minnhom tħallas l-ammont ta’ Lm 81,547.87.

Produzzjoni Agrikola Organika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa reġistrati mad-dipartiment li bdew il-proċess ta' produzzjoni agrikola organika? X'varjetajiet ta' ħxejjex u frott qed jipproduċu? Kemm minnhom huma Għawdxin u kemm huma Maltin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni ta' l-Agrikoltura Organika għandha reġistrati magħha 20 bidwi: 16 f' Malta u 4 f' Għawdex. F'sena l-art reġistrata għall-agrikoltura organika żdiedet minn 3 ettari għal 16 il-ettaru. Fost il-prodotti imkabbrin hemm: - ħaxix frisk - qamħ u xgħir - għeneb - larinġ u frott taċ-ċitru ieħor - żebbuġ - frott irqiq - għasel - kappar kif ukoll prodotti pproċessati bħal - ġammijiet - ġulepp

Environment wardens

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jinħass il-bżonn li jkun hemm environment wardens? Jekk iva, x'inhuma t-timeframes sabiex jibdew jaħdmu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-bżonn ta’ environment wardens ilu jinħass. Il-mod kif ix-xogħol tagħhom ikun organizzat ġie diskuss mill-Kabinett tal-Gvern. Filwaqt li l-Kabinett qabel (1) fuq reviżjoni tal-multi f’każ ta’ littering u dumping, kif ukoll (2) fuq qafas ta’ implimentazzjoni għall-istruttura ta’ infurzar, talabni nkompli bid-diskussjoniji mal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali fuq id-dettalji ta’ l-implimentazzjoni, liema implimentazzjoni trid tibda fl-ewwel erba’ xhur tas-sena d-dieħla.

Pieni għal min iħammeġ barra

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jinħass il-bżonn li l-pieni għal min iħammeġ barra (littering) jsiru iktar ħorox?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7135.

Ċanga friska pproċessata lokali — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni taċ-ċanga friska pproċessata lokali sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 8317.

Zokkor — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjoni taz-zokkor u f'export refund fuq iz-zokkor minn wara l-1 ta' Mejja 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Qmuħ — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet għoljin ta' l-importazzjoni ta' qmuħ u f'export refund fuq il-qmuħ minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8326.

Ċereali — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjoni ta' ċereali u f'export refund fuq iċ-ċereali minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-allokazzjoni ta' fondi għall-perjodu Mejju – Diċembru 2004 kienet hekk kif ġej : Ross 32,280 Euro Qamħirrum 1,984,604.22 Euro Xgħir 922,717.40 Euro Fil-każ tax-xgħir, għall-perjodu ta’ bejn Mejju u Ġunju 2004, l-ewwel pagament ilaħħaq għal 190,649.94 Euros. Fil-każ ta’ ross u qamħirrum ma kien hemm ebda importazzjoni mill-applikanti f’dak il-perjodu. Ma kienx hemm applikazzjonijiet għal rifużjoni ta' esportazzjoni.

Prodotti tal-Ħalib — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet għoljin ta' l-importazzjoni ta' prodotti tal-ħalib bħal cheddar cheese, Edam, eċċ. u f'export refund fuq il-prodotti tal-ħalib bħaċ-Cheddar cheese, edam eċċ. minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-allokazzjoni ta' fondi għall-perjodu Mejju – Diċembru 2004 kienet hekk kif ġej : Ħalib xkumat 336,045 Euro Butir 553,063.80 Euro L-ewwel pagament għall-perjodu Mejju – Ġunju 2004 se jsir din il-ġimgħa, u huwa hekk kif ġej : Ħalib xkumat 43,053.75 Euro Butir 14,613.80 Euro Ma saret ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.

Ċanga tal-Friża — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq l-importazzjoni ta' prezzijiet għoljin ta' taċ-ċanga tal-friża u f'export refund fuq iċ-ċanga tal-friża minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ġew allokati 310,054.50 Euros minn Mejju – Diċembru 2004 għaċ-ċanga tal-friża u dawn ser jingħataw lill-applikanti li jlaħħqu sbatax. Kull-applikant ingħata l-kwota li applika għaliha u dalwaqt jirċievu ċekkijiet li jammontaw għal 53,997.54 Euros li jkopru l-perjodu bejn Mejju u Ġunju. Ma kien hemm ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.

MRAE — Riżenja ta' uffiċjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kellux xi riżenji jew riżenja dan l-aħħar ta' xi uffiċjali mill-MRAE? Kien hemm xi raġuni wara din jew dawn ir-riżenji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 kien hemm tmien (8) riżenji minn uffiċjali / impjegati tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Kull wieħed minn dawn l-uffiċjali rriżenja minn rajh għal raġunijiet personali.

MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' high rise buildings

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-bini ta' high rise buildings quddiem il-MEPA? Meta daħlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha preżentement ħdax il-applikazzjoni għall-bini tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Dawn ġew validati bejn it-28 t’ April 1999 u t-13 ta’ Lulju 2004.

Dulliegħ — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tad-dulliegħ sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Patata — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-patata sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Tadam — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tat-tadam sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.