Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, peress li dan ammonta għal Lm607.78 meta qabel ma kienx jaqbeż l-Lm40?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara stħarriġ instab li l-kont kien żbaljat minħabba li l-meter kien jgħaġġel. L-Arloġġ inbidel u saru r-revizjonijiet neċessarji sabiex issa il-konsumatur għandu jirċievi lura LM67.24 minn għand il-Korporazzjoni. Dan isir permezz ta' tnaqqis fil-kont li jmiss. Il-konsumatur ġie infurmat bir-revizzjoni b'ittra datata 25 ta' Awissu 2005.

Gżira — Triq Luqa Briffa

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga dwar il-kwalita' ħażina ta' ilma li qed jirċievu r-residenti ta' Triq Luqa Briffa, Gżira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-problema tal-kwalita' ta' l-ilma fi Triq Luqa Briffa fil-Gzira hi li l-ilma xi kultant ikun fih tracciti ta' sadid. Dan wisq probabbli gej minn trunk main qadim li minn Birkirkara jwassal l-ilma fil-Gzira. Biex din il-problema tispicca, dan il-main li hu twil diversi kilometri, irid jinbidel. (Sadattant, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma qed tistudja s-sistema tad-distribuzzjoni tal-lokal biex tara hux possibbli li tissupplixxi 'l din it-triq minn banda ohra fejn ma hemmx din il-problema). Fil-fatt, bhalissa qed isiru xi xoghlijiet fuq is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fil-Gzira li ghandhom ighinu biex tittaffa din il-problema.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13577 u jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, nitlob l-Onor. Interpellant jinnota li l-maġġoranza kbira ta' l-ispejjeż huma dovuti għal safar fuq xogħol tal-uffiċċjali tal-Air Malta u nispera illi jsemmi dan il-fatt meta juża ċ-ċifra mogħtija għall-propoganda tal-partit tiegħu.

Xwieki — Għargħur - Triq Santa Katerina

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi immedjati dwar l-inkonvenjent għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fix-Xwieki, limiti tal-Għargħur, ikkawżati mid-drenaġġ kif ukoll minħabba fit-tabella ta' traffiku li ma tippermettix lil kulħadd jgħaddi minn din it-triq bil-konsegwenza li dawn spiċċaw priġunieri tal-fossa li hemm fit-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-fossa tbattlet u ser tibqa' titbattal regolarment. Il-KSI għandha pjan biex tiġi installata pompa biex din il-fossa tingħaqad mas-sistema tad-drenaġġ. Dwar it-tabella tat-traffikku l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi l-każ lil Awtorita' Kompetenti peressli l-KSI m'hiex responsabbli għal-immaniġjar tat-traffiku.

Cape East — Xogħol għat-tarznari Maltin

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ħallset it-Tarzna jew it-tarznari lill-kumpannija Cape East matul l-2003, 2004 u 2005 sal-lum bħala outsourcing u kuntratti ta' xogħol li għamlet din il-kumpannija għat-tarznari ta' Malta? Jista' jagħti breakdown għal kull ħlas li sar? Kemm tħallsu għal xogħol ta' scaffolding u tneħħija ta' asbestos?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Drydocks — Xogħol minn subcontracted workers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' xogħol li sar fit-tarzna minn subcontracted workers matul l-2003, 2004 u 2005 sal-lum? Min hu l-aġent ta' dawn is-subcontracted workers? Ix-xogħol magħmul minnhom jista' isir minn ħaddiema tat-tarzna? Jekk le, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif sena ilu l-Air Malta ħaddmet magħha 120 airport handler u 40 skrivan klerikali, u sena wara qed tiġi mħejjija proċedura/skema biex jingħataw option li jirtiraw qabel iż-żmien? Il-Ministru jista' jassigura li dan hu fl-interess tal-ħaddiem Malti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel — Xiri ta'biljetti tal-vapur

Question

Peress li issa x-xiri ta' biljetti tal-vapur ġie shifted għal Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk il-biljetti hux se jibqgħu jinxtraw mill-istess post meta l-vapur ikun qed jopera mill-moll l-ieħor minħabba l-maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta l-vapuri jkunu qed joperaw mill-moll l-ieħor (South Quay) minħabba l-maltemp, il-proċeduri biex jinxtraw il-biljetti tal-vetturi tibqa' l-istess, għaliex ser tibqa' tintuża l-istess 'Marshalling Area' imma mbagħad iduru minn wara (mill-parkeġġ il-ġdid, li jintuża mill-għaddasa) u jibqgħu sejrin għas-South Quay. Ovvjament, it-traffiku jrid jiġi organniżżat permezz ta 'barriers' biex is-sewwieqa jiġu ggwidati. Rigward il-passiġġieri (foot pasengers), dawn ikunu jistgħu jixtru il-biljetti mit-ticket booth li hemm kif taqbeż il-lukanda, u l-biljetti jiġu ċċekkjati qabel ma jinżlu t-taraġ li hemm li jwassal għas-South Quay.

Sea Malta — Letters of comfort

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'valur ikopru l-letters of comfort li għandu l-gvern a favur is-Sea Malta mal-banek lokali, u jekk hu l-każ ma' banek barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-letters of comfort li għandu l-Gvern favur is-Sea Malta joħorġu minn Ministeru ieħor, il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lil tali Ministeru.

Gozo Channel — xiri tal-biljetti tal-vapur

Question

Peress li issa xi xiri tal-biljetti tal-vapur tal-Gozo Channel se jiġi shifted għaċ-Ċirkewwa u t-ticket attendants u oħrajn se jibdew jirrapportaw għax-xogħol iċ-Ċirkewwa, jista' il-Ministru jgħid jekk it-travelling time bejn Għawdex u Malta hux se jitqies bħala parti mill-ħin tax-xogħol jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi t-Travelling Time hija waħda mill-klawżoli pendenti fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv bejn il-Management tal-Gozo Channel, il-Collective Bargaining Unit u l-UHM. Ftehim dwar din il-klawżola għadu ma ntlaħaqx.

Enemalta — Soċjeta' La Stella

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12668, ladarba l-Ministru jaf li hemm substation u hemm cable, jista' jgħid għaliex l-istess cable ma ġiex attwat jew komunikat? X'inhu jżomm li jsir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-cable li saret referenza għalih ma jistax jintuża minħabba li l-każ qiegħed il-Qorti u s-sentenza għadha pendenti.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jelenka x-xogħlijiet li jsiru mill-Enemalta bi ħlas għal Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li xogħolijiet bi ħlas mill-Enemalta huma indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u huma l-istess kemm għal-Malta kif ukoll Għawdex. L-unika differenza teżisti fil-ħlas ta' servizz ta' emerġenza wara l-10.00 ta' bil-lejl f'Għawdex.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għada qed tinġabar it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13455 u jara li l-problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan li qed jirċevieh bħala estimate tiġi solvuta? Jista' dan l-anzjan jiġi informat bl-aħħar żviluppi? Id-dokumenti rilevanti qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-pożiżżjonin tal-kont ta' dan il-konsumatur kienet spjegata verbalment lil rappreżentant tiegħu. Il-konsumatur innifsu kien informat li m'hemmx każ ta' reviżjoni permezz ta' ittra datata 18/05/05.

Interprint

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13442 u jgħid kemm kien it-telf ta' l-Interprint is-sena l-oħra u kemm tilfet wara li kienu tkeċċew 15-il ħaddiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-redundancies saru f'Lulju 2004. Skond audited accounts għas-sena finanzjarja 2004 li spiċċat fit-30 ta' Settembru 2004 it-telf kien ta' Lm61,956. Skond Management Accounts għal-perjodu ta' bejn Ottubru 2004 u Mejju 2005 it-telf hu rappurtat bħala Lm26,567.

Interprint

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13443 u jgħid kemm ħarġu flus sabiex il-15-il ħaddiem li sfaw redundant fl-Interprint ingħataw terminal benefits? Mnejn ġew dawn il-flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-benefiċċji tal-aħħar ilaħħqu s-somma ta' Lm105,483, terz finanzjati mill-Interprint u ż-żewġ terzi mgħotija bħala self mill-MIMCOL.