Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret VAT din is-sena sa l-aħħar ta’ Settembru? Fl-istess zmien, kemm kien hemm ħwienet/ristoranti/barijiet li s-sidien tagħhom inqabdu li ma tawx irċevuti fiskali għas-servizzi li taw lill-klijenti ? F’liema lokalitajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-somma ta’ Lm143,187,182 ġiet miġbura bħala (gross) VAT bejn Jannar u Settembru 2005. Matul l-istess perjodu d-Dipartiment ħallas is-somma ta’ Lm21,667,193 bħala rifużjonijiet tal-VAT.
L-ammont nett migbur għal perjodu Jannar – Settembru 2005 kien ta’ Lm121,519,989.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15443 u jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15443 li qed tingħata f’din l-istess seduta.
Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15387 u 15546 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-total ta’ departures skond l-MIA f’Settembru 2005 kien ta’ 154,012. Dan jinkludi:
a) 20,089 Maltin li siefru minn Malta
b) 2,186 transits, u
c) 520 barranin mhux klassifikati bħala turisti.
Jekk jitnaqqsu dawn l-aħħar tlett figuri mill-figura ta’ 154,012 jibqa’ 131,217 li hi l-figura ta’ turisti li ħallew Malta bl-ajru f’Settembru kif indika l-NSO fin-News Release 230/2005 tat-28 ta’ Ottubru 2005.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux dejjem saret talba għall-approvazzjoni lill-uffiċċju tal-Prim Ministru skond kif jitlob il-code of ethics tal-ministri "any Minister who needs to go abroad for any reason requires the approval of the Prime Minister" u jekk il-ministri ssottomettewx ir-rapport lill-uffiċċju tal-prim ministru hekk kif mitlub mill-istess code of etchics "Ministers are expected to submit a report to the Prime Minister on their return from official visits abroad" ta' kull safra (2004-2005)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għal code of ethics għall-ministri u segretarji parlamentari (liema code of ethics jinsab fuq il-website uffiċjali tal-gvern), jista' il-Prim Ministru jgħid:
1) Jekk il-fondi għas-segretajat privat tal-ministri qattx ġew użati għal skop partiġġjan;
2) jekk il-ministri dejjem informaw lill-prim ministru meta jkunu sejrin isiefru;
3) peress li l-ministri "should keep the number of members of their delegation as limited as possible, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ingħatax permess lil xi ministri biex f'każi jieħdu magħhom erba' jew ħames membri tal-private staff fuq delegazzjoni; u
4) jistax jikkonferma jekk kienx hemm xi ministru li talab permess u/jew informa lill-Prim Ministru illi sejjer jieħu xi erba' jew ħames membri mill-private staff fuq xi safar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-gvern — Kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Peress li l-gvern għolla s-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din tapplikax għad-dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kif l-imsemmija dipartimenti tal-gvern ser iħallsu din is-surcharge meta l-maġġoranza tal-każi tal-voti allokati għal dan il-għan huma l-istess bħal tas-sena ta' qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma japplikaw ukoll għad-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi.
Kull sena l-Gvern, tramite d-dipartimenti u l-entitajiet tiegħu, jagħmel l-almu kollu tiegħu u dak kollu li hu possibbli biex jekonomiżża u jnaqqas kemm jista’ f’dik li hi l-ispiża rikurrenti tiegħu in ġenerali u fosthom l-Item tal-Utilities, minn fejn jitħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Għall-2006, minflok qed isir tnaqqis f’ammonti assoluti, d-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi huma mistennija li jonfqu l-istess livell bħal-2005 b’riżultati li jassorbu iż-żieda fis-surcharge billi jieħdu l-miżuri neċessarji biex jintlaħaq dan il-għan. Diġa’, per eżempju inbidlu bozoz biex jintużaw dawk magħrufa bħala energy saving bulbs u qed isiru kontrolli ta’ tifi ta’ kurrent elettriku fejn qabel kienu jitħallew apparati elettroniċi fuq stand by command.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm sarulu talbiet mill-ministri għal safar fl-2004-2005? Minn min saru, kemm minnhom ġew approvati u kemm ġew rifjutati? Jista' jagħti lista dettaljata ta' kull safra li ġiet approvata, kemm qamet u min kienu l-membri tad-delegazzjoni u fejn marru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti (mibgħuta lill-istess Prim Ministru mill-istess Ministri) li għamlu l-Ministri għal safar matul l-2004-2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jippubblika l-household groups by income għas-snin 2001-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub ma jeżistix għax dan joħroġ mill-Household Budgetary Survey li kien sar l-aħħar fis-sena 2000/1. Iżda mis-sena d-dieħla d-data mitluba tkun tista’ tingħata fuq bażi ta’ sena permezz tas-Survey on Income and Living Conditions (SILC).
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15623 u jgħid x'kien id-dħul totali tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15627 u jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel? Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex bejn l-2001 u l-2005 id-dħul tal-gvern mill-bank ċentrali naqas minn Lm26 miljun fis-sena 2001 għal Lm14 miljun (revised estimate) 2005 u għal Lm10 miljun fis-sena 2006, u dan meta r-riżervi tal-bank ċentrali żdiedu bi kważi Lm200 miljun bejn l-2001 u l-2005? X'kien l-effett fuq il-qligħ tal-bank ċentrali meta l-bank qaleb ir-riżervi kollha fil-euro?
Kemm swietlu lill-bank ċentrali x-xiri ta' dollaru (losses jew qligħ) matul is-sena 2005 wara li r-riżervi ġew kollha konvertiti f'euro?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni barranija f'Għawdex, maqsuma f'irġiel u nisa, fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sa l-2004? X'inhi n-nazzjonalita' tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15505 u 15612 u jgħid it-tibdil fis-sistema tal-VAT wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm ġiet tiswa lill-Kaxxa ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li wara s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-ispiża nvoluta minħabba t-tibdil fis-sistema tal-VAT kienet tammonta għas-somma ta’ Lm 29,850 li minnha Lm 4,553 kien VAT.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15503 u 15611 u jgħid ż-żieda fis-surcharge kemm se tikkontribwixxi għal żieda fl-RPI?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-surcharge ta’ 55 fil-mija fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ser tħalli impatt ta’ 0.72 punti fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut.
Jista’ il-Prim Minstru jgħid x'inhu n-numru ta' double taxation agreements li Malta ffirmat sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sal-15 ta’ Settembru 2005 Malta iffirmat 47 double taxation agreement li minnhom tnejn, dawk mal-USA u l-Isvizzera, huma limitati għal tassazzjoni ta’ income miksub mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali u erbgħa oħra, dawk mal-Greċja, l-Islanda, ir-Russja u il-Marokk, għadhom ma daħlux fis-seħħ.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' impjegati fis-servizz pubbliku li ġew redeployed din is-sena, is-sena l-oħra u fl-2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku li ġew deployed mis-Servizz Pubbliku għal ma’ Entitajiet Pubbliċi fis-snin 2003, 2004 u matul din is-sena kien rispettivament ta’ 1139, 63 u 24.
Matul l-istess snin, in-numru ta’ Uffiċjali li ġew lura minn Entitajiet Pubbliċi għal mas-Servizz Pubbliku kien ta’ 61, 52 u 71 rispettivament.
Jista' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jagħti dettalji dwar f'liema oqsma ta' l-ekonomija qed jaħdmu: 1) part-timers nisa u rġiel li l-impjieg prinċipali tagħha huwa part-time; 2) part-timers li għandhom impjieg fiss; u 3) ħaddiema li għandhom iżjed minn impjieg part-time wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fl-ewwel u t-tieni mistoqsijiet jinsabu fl-ewwel u t-tieni parti tat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif mitlub fit-tielet mistoqsija mhux possibbli li jingħata għax ma jistax tinħadem peress li l-kampjun ta’ nies li jaqgħu taħt dan il-kriterju huwa żgħir ħafna. Dawk il-partijiet li ġew shaded fit-tabella jirreferu għal tagħrif under-representative minħabba kampjun żgħir u għandhom jittieħdu b’mod kawt ħafna.