Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15229 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Testijiet ta' l-ECG

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ECG test sar matul l-1996, 1997, 1998 u 1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ECG tests li saru huma kif ġej:- Sena ECG Tests _____________________________ 1996 85,875 1997 90,394 1998 126,295 1999 130,701 ______________________________
Leg 9 PQ #15230 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-bypass, operazzjonijiet biex inbiddlu valves tal-qalb u operazzjonijiet fejn saret bypass u inbiddlu l-values fl-istess ħin matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' operazzjonijiet tal-bypass, operazzjonijiet biex inbidlu valves tal-qalb u operazzjonijiet fejn saret bypass u inbidlu l-valves fl-istess ħin, huwa kif ġej:- _______________________________________ _____________________ 1996 1997 1998 1999 ________________________________________________ ____________ Bypass only 295 203 266 269 Bypass & Valves 13 9 10 19 Valves only 46 29 46 32 __________________________________________________ _________
Leg 9 PQ #15231 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-qalb — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' mwiet waqt operazzjonijiet tal-qalb fl-1997, 1998 u 1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għadha qed tinġabar, tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #15232 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-qalb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' stennija għall-operazzjonijiet tal-qalb fl-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-medja ta' stennija għall-operazzjonijiet tal-qalb, huma kif ġej: Waiting time for non-Urgent Cardiac Surgery ----------------------------------------- --- 1997 not available 1998 10 months 1999 5.5 months
Leg 9 PQ #15233 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Diabete — Każijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu każijiet ġodda ta' diabete matul l-1999? Kemm minnhom huma pazjenti ta' eta' żgħar minn 18-il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għada qed tinġabar, tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #15234 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena ntbagħtu barra minn Malta għal kura? X'tip ta' kura ngħataw barra minn Malta u f'liema pajjiż marru? X'kienet l-ispiża kollettiva tal-kura ta' dawn il-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li ntbagħtu barra għal-kura u l-ispiża kienu hekk: Sena Numru Spiża ----------------------------------------- 1996 326 LM631,727 1997 291 LM533,696 1998 253 LM514,030 1999 256 LM568,018 --------------------------------------- --- Dawn il-pazjenti ntbagħtu l-Ingilterra għall-operazzjonijiet jew investigazzjonijiet li ma jistgħux isiru Malta. Dawn jinkludu każijiet ta` Neurologija, Neurokirurġija, Onkoloġija, Ortopedija. Oftalmoloġija, endokrinoloġija, ENT, Maxillo-facial, Mard fil-fwied, Pedjatrija, prosthetics u rijabilitazzjoni.
Leg 9 PQ #15271 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mobile phones - apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet lokali tas-saħħa għamlux xi riċerka jew infurmawx irwieħhom dwar pajjiżi oħra fejn awtoritajiet simili rrikmandaw li kumpanniji li joffru s-servizz tal-mobile phone ma tħallewx iwaħħlu apparat għat-trażmissjoni fl-inħawi residenzjali minħabba r-riskju tal-kanċer minn tniġġis radju-attiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-apparat użat għat-trasmissjoni tas-servizz tal-mobile phones ma jinvolvix materjal-radiu-attiv.
Leg 9 PQ #15314 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex is-servizz tat-tabib partikolarment fil-health centre ta' Ħal Qormi, isir effiċjenti u mhux jibqa' jkun hemm dewmien kbir għal min ikollu bżonn dan is-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ilha li bdiet tieħu passi biex ittaffi n-nuqqas ta` tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Fil-fatt ġiet implimentata skema li biha tobba maltin taħt il-65 sena jistgħu jaħdmu 'part-time' sa sittax il-siegħa fil-ġimgħa f'dawn iċ-Ċentri tas-Saħħa. Sfortunatament ir-rispons kien mingħand għaxar tobba biss.
Leg 9 PQ #13389 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għad-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 124 fis-16 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #15223 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ssejħet l-ambulanza matul l-1999? Minn dawn kemm kien hemm sejħiet li kienu foloz u kemm kien hemm li ġew ikkanċellati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul l-1999 saru 17,117-il sejħa għal ambulanza fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa. Minn dawn, 349 (2.0%) kienu foloz, filwaqt li 493 (2.9%) ġew kanċellati.
Leg 9 PQ #15224 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Użu ta' helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jintuża l-helicopter biex ddaħħlu pazjenti fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-użu tal-helicopters biex iddaħhlu pazjenti fl-isptar San Luqa huwa kif ġej:- ______________________ 1995 79 1996 67 1997 57 1998 74 1999 71 _____________________
Leg 9 PQ #15225 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar San Luqa fis-snin 1997, 1998, 1999 sena b'sena wara li kienu riferuti minn sptarijiet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li pazjenti riferuti fl-isptar San Luqa minn sptarijiet privati huwa kif ġej:- _______________________________________________ 1996 L-informazzjoni ma kenitx tinġabar 1997 L-informazzjoni ma kenitx tinġabar 1998 20 1999 13 ________________________________________________
Leg 9 PQ #15226 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Taqsima tal-Kura Intensiva — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-1997, 1998, 1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li ddaħlu fit-taqsima tal-Kura Intensiva huwa kif ġej:- ITU Admissions ____________________________________ 1997 797 1998 959 1999 998 _____________________________________
Leg 9 PQ #15227 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

CCU — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti ddaħħlu fis-CCU matul l-1997, 1998, 1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li ddaħlu fis-C.C.U. huwa kif ġej:- C.C.U. Admissions _____________________________________ 1997 1830 1998 1877 1999 1963 _______________________________________
Leg 9 PQ #15228 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Cardiac Laboratory — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet fil-Cardiac Laboratory matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena u fiex kienu jikkonsistu l-investigazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet fil-Cardiac Laboratory ta' l-Isptar San Luqa kienu maqsumin kif ġej:- 1996 1997 1998 1999 ____________________________________________ _____________________ Echocardiograms (general 3157 3271 2595 3151 (Foetal) Holters * 21 9 18 Stress ECG Tests 1162 980 1079 991 MIBI Scans 1706 1531 1654 2008 Transoesophagral echoes 31 53 35 45 ________________________________________________ __________________ *Servizz ma kienx jingħata.
Leg 9 PQ #15429 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Każi ta' overdose

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15083, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perijodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 15429 tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15192 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dr James N. Casha

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet tas-saħħa m'għamlux użu aħjar mill-ħila ta' Dr James N. Casha biex spiċċajna tlifna din il-persuna li issa nħatar konsulent fi sptar fl-Ingilterra u qed jintlaqtu ħażin dawk kollha li kellhom bżonn l-għajnuna tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna msemmija ppretendiet illi tinħatar aġent konsulent mingħajr sejħa għal applikazzjoni u li wara jiġu formalizzati l-proċeduri. Id-Diviżjoni tas-Saħħa opponiet anki għax kien hemm pendenti il-ħatra ta` Chairman u li dan kellu jkollu sehem minn deċiżjonijiet importanti bħal per eżempju l-ħatra ta` konsulenti ġodda. Dr.Casha kien jaf li malli tiġi formalizzata l-ħatra taċ-Chairman, id-Diviżjoni kienet ser tipproċedi bl-applikazzjonijiet għal ħatra ta` konsulenti. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet amministrattivi. Dr.Casha għażel li ma jistenniex. Għażel li minflok ikompli jagħti s-servizzi tiegħu lill-pazjenti Maltin għal ftit xhur oħra taħt is-superviżjoni ta` konsulent Malti kif kien qabel, imur jaħdem bħala konsulent fi sptar barrani. Ta` min iżid illi Dr.Casha talab biex id-Diviżjoni tibqa` żżommlu battal il-post ta` Senor Registrar li kien jokkupa, ħaġa li d-Diviżjoni aċċettat bil-kondizzjoni li dan japplika għall-post ta` konsulent meta jinħarġu l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #15217 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena? Kemm minnhom saru taħt: (a) general anaesthesia; (b) local anaesthesia; (ċ) regional anaesthesia; u (d) sedation?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tas-Surgical Operations Register, in-numru ta' operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa kien: Numru ta' Operazzjonijiet ________________________________ 1999 24,364 1998 24,453 1997 23,316 1996 22,708 __________________________________ In-numru ta' operazzjonijiet skond it-tip ta' anaesthesia li ntużat huwa: Tip ta' 1999 1998 1997 1996 Anaesthesia __________________________________________________ ______ General 15,092 15,401 14,615 14,357 Local 4261 3926 3556 3030 Local and 2103 2316 2186 2096 Sedation Sedation 1213 1027 1057 1405 Regional 519 614 761 695 Unspecified 1176 1169 1141 1125 __________________________________________________ _____ Total 24,364 24,453 23,316 22,708
Leg 9 PQ #15218 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Swali ta' l-operazzjonijiet

Question

Jista' l-ministru jindika kemm hemm swali ta' l-operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u kemm saru operazzjonijiet f'kull waħda matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 15218 tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15219 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti fl-Isptar San Luqa matul l-1996, 1997, 1998 u 1999 sena b'sena? Kemm minnhom daħlu mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza, kemm mid-Diparitment ta' l-Out-Patients u kemm kienu elettivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li ddaħlu l-Isptar San Luqa, huwa kif ġej: Emerġenzi Elettivi Day Cases TOTAL ___________________________________________ ____________________ 1996 17,655 32,427 12,768 62,850 1997 18,140 37,134 15,812 71,086 1998 20,442 31,973 21,660 74,075 *1999 21,440 29,730 23,284 74,454 __________________________________________ _______________________ (*Proviżjonali) Ma tinżammx statistika seperata għal admissions mill-Out-Patients, iżda l-biċċa l-kbira tal-pazjenti elettivi huma mill-Out-Patients.