Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern f'arretrati dovuti lill-ħaddiema tal-gvern in konnessjoni mar-riorganizzazzjoni fis-servizz ċivili 96/98? Kemm se jħallas il-gvern fis-snin li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
Kif stabbilit mill-Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati fis-settur pubbliku, il-Gvern intrabat li jħallas lill-impjegati tiegħu permezz ta` cash payments arretrati dovuti għas-snin 1996-1998. Skond figuri li għandu għad-disposizzjoni tiegħu d-Dipartiment tat-Teżor, jirriżulta li l-ammont ta` arretrati li tħallsu s`issa hu ta` Lm6,061,021.
Returns minn xi dipartimenti għad irid jiġu proċessati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm operaturi ekonomiċi li ddeċidew li ma jidħlux fis-sistema tal-VAT? F'liema qasam ta' attivita' ekonomika huma f'kull każ? Kemm minnhom huma part-timers? Kemm minnhom huma self-employed?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` operaturi ekonomici li sal-21 ta` Jannar, 1999, ddeċidew li ma jidħlux fis-sistema tal-VAT huwa ta` 11,251. Dawn huma mqassmin f`attivitajiet ekonomiċi differenti kif jidher fid-dokument li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn 4,983 huma part-timers, imbagħad 9,863 huma sole proprietors.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena?
Jekk saru, meta saru?
Fejn saru?
Min ipprovda l-ikel u x-xorb?
Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?
Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla?
Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru?
Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ma sarux ikliet jew riċevimenti mill-Ministeru fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena.
B'riferenza għal dak li ntqal mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, cioe' li l-figura ta' l-estimi tas-sena 1999 tal-Beef Intervention Scheme hija biss finta u fil-fatt id-dipartiment ħabbar li hemm żieda ta' Lm480,000 mal-vot ta' Lm120,000 approvati mill-Kamra ftit tal-ġimgħat qabel, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-raġunijiet ta' dan iċ-ċaqliq?
Response (DALLI, JOHN)
Jien infurmat li l-kelma li uża l-Ministru ta` l-Agrikoltura u Sajd kienet fil-fatt `token` li ma tfissirx finta.
Kif intqal fi stqarrija ta` l-istess Ministru, d-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji ġie awtorizzat jonora l-ftehim mar-raħħala dwar il-prezz taċ-ċanga. Jien infurmat li l-Ministru ta` l-Agrikoltura u Sajd qed jagħti aktar dettalji fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru 3380 li għamillu l-istess interpellant.
Peress li dwar il-laqgħa ta' l-APAN ta' nhar il-Ħadd 17 ta' Jannar, 1999 "The Times" ta' l-għada rrapportat li l-Ministru qal "there were rampant abuses in the pension system", jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu dawn l-abbużi u x'passi se jittieħdu biex jinqatgħu?
Response (DALLI, JOHN)
Beda eżerċizzju intensiv fejn qegħdin jiġu eżaminati l-proċeduri li jintużaw fil-qasam tas-servizzi soċjali biex jiġu msaħħa s-sistemi ta` verifika li għandhom isiru. F`dan l-erċizzju qegħdin ukoll nanalizzaw il-benefiċjarji biex jiġi assigurat li kull min qiegħed jieħu benefiċċju fil-fatt ikun jistħoqqlu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna li tħaddem negozju għażlet li tibqa' barra mis-sistema tar-refunds li tagħti l-liġi tal-VAT? Kemm-il persuna għadha m'għażlitx jekk se tħaddimx is-sistema tar-refunds jew le?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 4011.
Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapport li deher fil-ġurnal "KullĦadd" nhar l-24 ta' Jannar, 1999 dwar trasferimenti u ħatriet prospettivi b'riħa politika fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Dawn se jsiru bħala parti mir-re-engineering exercise li suppost kellu jsir fid-dipartiment?
Response (DALLI, JOHN)
It-trasferimenti li saru dan l-aħħar fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma kienux biss dawk li ssemmew fil-ġurnal `KullĦadd`. Donnu l-għażla ta` ċerti ismijiet minn dawn il-ġurnali kienet biex titfa l-ħmieġ ħalli xxom ir-riħa.
Iċ-ċaqliq sar minn esiġenzi amministrattivi biss u mhux fuq dirrettiva tal-Ministru kif sar fi żmien meta l-Onor Interpellant kien hu Ministru tal-Finanzi u kif jirriżulta mid-dokument li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dan iċ-ċaqliq m`għandux x`jaqsam mar-re-engineering li qed jiġi ppjanat għad-dipartiment tat-taxxi nterni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average number ta' passiġġieri li jgħaddu mid-Dwana kuljum fl-ajruport u fis-Sea Passenger Terminal f'Pinto Wharf, Floriana? Kemm hu n-numru ta' fizzjali tad-Dwana f'kull ħin fl-ajruport u fis-Sea Passenger Terminal, f'Pinto Wharf, Floriana?
Response (DALLI, JOHN)
Matul is-sena li għaddiet waslu Malta bejn wieħed u ieħor 4166 u 529 passiġġieri kuljum bl-ajru u bil-baħar rispettivament.
In-numru ta` fizzjali li jkunu xogħol fis-Sala tal-Arrivi fl-Ajruport huwa ta` sitta (6) pero ġieli jkun hemm xi ġranet li dan in-numru jkun anqas minħabba il-`vacation` jew is-`sick leave`.
Fis-Sea Passenger Terminal in-numru ta` fizzjali huwa tlieta (3) pero waqt l-eżami tal-passiġġieri dan in-numru jiżdied skond l-ammont ta` passiġġieri li jkunu waslu.
Pension Provision in Malta/Averting the Pensions Crisis — Rapporti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti li tkellem dwarhom mal-ġurnalisti: Pension Provision in Malta - Watson Wyatt Ltd u Averting the Pensions Crisis - the case of Malta - MCED?
Response (DALLI, JOHN)
Dawn ir-rapporti jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern għal kull ministru jew segretarju parlamentari u delegazzjoni li akkompanjawhom fuq kull safra illi saret mill-5 ta' Settembru sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
In-nefqa pubblika fuq safar minn Ministri u Segretarji Parlamentari fil-perjodu msemmi hija kif gej:
Prim Ministru Hames safriet a) Lm 316.06
b) Lm2,677.15
c) Lm1,813.48
d) Lm 861.75
e) Lm1,267.26
Ministru tal-Finanzi Safra Wahda Lm3,435.00
Ministru tat-Turiżmu Erbġħa Safriet a) Lm1,913.00
b) Lm1,737.00
c) Lm1,536.00
d) L-ispiża ġħad
mhix maghrufa
Ministru ta` Safra Wahda Lm1,996.60
l-Agrikoltura u Sajd Ammont moġħti bil-
quddiem-safra ġħad
mhix iffinalizata
Ministru ġħat-Trasport u Safra Lm1,272.00
Komunikazzjoni
Ministru ġħas-Servizzi Safra wahda Lm1,940.68
Ekonomici
Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm2,797.66
Dr G Hyzler
Ministru tas-Sahha Safra wahda Lm4,166.16
Ministru ta` l-Intern Safra wahda Lm1,423.86
Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm 770.40
G. Pullicino
Ministru ġħall-Ambjent Zewg safriet a) Lm1,257.28
b) Id-delegazzjoni
għadha ma rritornatx
Ministru ta` Zewg safriet a) Lm 474.02
l-Edukazzjoni b) Lm 900.87
Segretarju Parlamentari Zewg safriet a) Lm 305.69
Jesmond Mugliett b) Lm 92.90
Ministru ta` l-Affarijiet Tlett safriet a) Lm2,357.00
Barranin b) Lm5,961.00
c) Lm2,245.00
Sitt safriet mhux iffinalizzati
Segretarju Parlamentari Erbgha safriet a) Lm 576.00
Dr J Borg b) Lm1,347.00
c) Lm 597.00
d) Lm 393.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Financial Services Centre mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew impjegati tlieta min-nies.
Żewġ applikazzjonijiet ħarġu fit-3 ta` Lulju, 1998 u oħra fil-21 t`Ottubru, 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus mill-income tax sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm ntnefqu flus mit-taxpayers fi spiża (expenses) u li huma eżenti mit-taxxa fl-istess żmien?
Response (DALLI, JOHN)
Flus mill-Income Tax fl-aħħar għaxar snin inġabru dawn l-ammonti:
Sena Kalendarja Totali
Lm
1989 51,128,154
1990 57,291,812
1991 61,737,082
1992 71,353,357
1993 85,115,263
1994 87,852,191
1995 99,757,557
1996 93,307,549
1997 110,539,335
1998 (proviżorju) 110,266,544
L-ammont ta` l-aħħar għas-sena 1998 hu proviżorju. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata għaliex dettalji kif mitluba ma tinżammx fid-dipartiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari numru 3645 li tirriferi għal stima ta' salarji t'impjegati fis-settur pubbliku kif mitlub?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li jintnefqu flus minn kumpanniji reġistrati f'Malta sena b'sena fl-aħħar għaxar snin fuq: (a) hospitality; (b) safar; (ċ) business lunches; u (d) perks oħra kollha konnessi man-natura ta' xogħol tal-kumpannija in kwestjoni u eżenti mill-income tax?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba f`din il-mistoqsija ma tistax tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma it-taxxi preżenti li għolew mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Liema huma dawk ġodda mill-5 ta'Settembru 'l hawn? Kemm huwa maħsub li se jdaħħal il-gvern extra din is-sena meta mqabbla mas-sena l-oħra mit-taxxi in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Mill-5 ta` Settembru `l hawn kien hemm żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-petrol, fuq is-sigaretti u fuq it-tabakk. Kien hemm żieda wkoll fil-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali għall-impjegati. Hu stmat li dawn iż-żidiet se jirrendu lill-Gvern madwar Lm10.6m iżjed.
Jista' l-Ministru jara li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament jingħataw l-arretrati dovuti lilhom mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (DALLI, JOHN)
Il-proċess tal-ħlas tar-refunds qiegħed jiġi mħaffef kemm jista jkun għat-taxpayers kollha.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Task Force li se jkunu inkarigati mir-re-engineering ta' l-Inland Revenue? Kemm-il darba iltaqa'? Meta ltaqa' l-ewwel darba?
Response (DALLI, JOHN)
Il-membri tat-Task Force li se jkun inkarigat mir-re-engineering ta` l-Inland Revenue huma kif imsemmija hawn taħt:
Chairman: Ministru tal-Finanzi
Membri: Emanuel Camilleri
Director General (Special Projects) - Ministeru tal-Finanzi
Edwin Muscat
Director General (Operations) - Ministeru tal-Finanzi
Joe Galea Musu
Kummissarju tat-Taxxi Interni
Anthony Azzopardi
Senior Principal - Dipartiment tat-Taxxi Interni
Robert Agius
Konsulent - Dipartment tat-Taxxi Interni
Helga Pizutto
Managing Consultant - Management Efficiency Unit
Pierre Vella
Project Manager - MITTS Ltd.
Sa issa it-Task Force iltaqa` l-ewwel darba fl-20 ta` Jannar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid hux ippjanat li jsaħħaħ l-iskwadra ta' kontra d-drogi fid-Dwana? B'liema mod?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Dipartiment tad-Dwana kontinwament jagħmel dak li hu possibbli biex isaħħaħ l-iskwadra ta` kontra d-drogi. Dan isir billi l-membri jingħataw taħriġ minn żmien għal żmien minn esperti lokali u barranin; il-klieb ta` kontra d-drogi u l-`handlers` tagħhom ikollhom `refresher courses` regolari waqt li l-klieb jinbidlu meta jkun hemm il-ħtieġa; sa fejn hu possibbli jiġu provduti mezzi tekniċi u ta` Informatika biex isaħħu x-xogħol tas-sezzjoni u jissaħħu ukoll il-kuntatti u l-koperazzjoni ma` dwaniet barranin u ma` organizazzjonijiet oħra kemm lokali kif ukoll barranin.
Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex saru numru ta' trasferimenti fid-Dwana ta' ħaddiema li l-maġġor parti tagħhom huma membri tal-GWU?
Response (DALLI, JOHN)
Kif diġa għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija Nru. 2673, hija l-policy fid-dipartiment tad-Dwana li l-impjegati jiddawru minn post għall-ieħor fuq bażi regolari. Dan isir kemm għal skop ta` kontroll intern fid-dipartiment.
Id-dipartiment tad-Dwana ma` għandu l-ebda lista ta` min huma l-membri ta` xi union partikolari u anke kieku stess ikun magħruf f`liema union huma membri l-impjegti dan qatt ma jiġi kkunsidrat meta jsir ċaqliq ta` impjegati min sezzjoni għal-oħra billi dan iċ-ċaqliq isir fl-aħjar interess tad-dipartiment.