Tista' il-Ministru tgħid kemm isiru kull ġimgħa laqgħat ta' appelli quddiem l-arbitru? Kemm hu l-perijodu ta' meta suppost tittieħed deċiżjoni minn meta jsir l-appell?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentament qed isiru żewġ laqgħat ta' appelli fil-ġimgħa u minn Lulju mistennija jibdew isiru tlett laqgħat fil-ġimgħa.
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jistipulax terminu ta' żmien li fih trid tittieħed deċiżjoni mill-Arbitru.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk l-aġenziji tal-gvern li għandhom is-servizz ta' xi support line? Minn meta bdew dan is-servizz u għalxiex? X'kien l-ammont ta' telefonati li kellhom, sena b'sena mill-2001 'l hawn, u kif dawn it-telefonati kienu mqassma, eżempju, vjolenza domestika, abbuż tat-tfal, eċċ., eċċ.?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Nirriferi lill-Ministru għall-comparative return of expenditure report għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u t-28 ta' Frar 2005 kif ġie pubblikat fuq il-gazzetta tal-gvern. Tista' il-Ministru tagħti informazzjoni kif fl-2004 l-ispiża għal social security benefits għall-perjodu kienet Lm31,736,056 u din is-sena Lm40,558,450 għall-istess żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ż-żieda fl-ispiża bejn l-ewwel xahrejn tas-sena l-oħra u dawk ta' din is-sena fil-ħlas ta' benefiċċji u pensjonijiet taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tirriżulta mill-fatt li f'Jannar ta' din is-sena kien hemm pagament iżjed ta' Pensjonijiet għall-Irtirar u ta' Għajnuna Soċjali. Iż-żieda fl-ispiża rriżultat ukoll kemm miż-żieda fir-rati ta' benefiċċji u pensjonijiet biex tirrifletti ż-żidiet għall-għoli tal-ħajja kif ukoll miż-żieda ta' numru ta' pensjonanti.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu t-total ta' residenti minn Santa Venera, sena b'sena mill-2001 'il hawn, li kienu u għadhom jieħdu xi forma ta' benefiċċju soċjali, allowances, pensjoni, eċċ.? Kull benefiċċjarju eċċ. kemm kien qed jieħu u kull meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tagħha għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif dwar riċevimenti fil-Ministeru tiegħi fis-snin 2004 u 2005 hu kif ġej:
2004
Okkazzjoni Dulċier Ammont
Children's Day Food Inspirations Ltd Lm 90.03
International Year of the Family James' Caterers Ltd Lm 63.66
Ftuh tal-Kampanja 'Milied Flimkien' RJC Caterers Ltd Lm318.60
2005
Laqgha mad-Diretturi u Chairpersons James' Caterers Ltd Lm 7.20
Tista' il-Ministru tgħid xi kwestjonijeit fadal bejn l-iżviluppatur ta' Tigne' u l-inkwilini ta' Tigne' dwar l-akkomodazzjoni li qed joffrilhom wara li tteħditilhom id-dar għall-proġett ta' Tigne"?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proċess ta' l-allokazzjoni ta' akkomodazzjoni lill-persuni li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant qed isir mill-Awtorita' tad-Djar b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Artijiet biex, malli jitlesta l-bini, l-postijiet jitqassmu lill-inkwilini prospettivi mingħajr dewmien.
Issa li wasal biex fi ftit ġimgħat jibdew il-vaganzi tas-sajf, tista’ il-Ministru tgħid jekk il-kummissjoni li twaqqfet biex tagħti pariri dwar, fost affarijiet oħra, l-eta` tad-dħul f’bars u postijiet ta' divertiment, fil-fatt għalqitx id-diskussjonijiet tagħha? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma r-rakkommandazzonijiet? Meta hemm ħsieb li tittieħed deċiżjoni finali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Kummissjoni Nazzjonali kontra l-Abbuż mid-Droga, Alkoħol u Vizzji oħra, li mistennija tfassal pjan nazzjonali kontra l-abbuż mill-alkoħol, ninfurmaħ li f'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 7343 u 7363 f'Seduti 165 u 206 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12452 (seduta 270 tat-23/05/05), tista' il-Ministru gentilment tgħid għaliex propjeta' fl-Imtarfa (ritratti qed jintbagħtu separatament) li ilha taħt l-amministrazzjoni ta' l-awtorita' tad-djar sa minn meta giet trasferita lilha skond Avviz Legali 199 mid-9 ta' Novembru, 1990 baqgħet traskurata u abbandunata?
Billi l-ispiża biex tiġi restawrata hija konsiderevoli, jikkonsidra l-gvern li jikriha lill-privat bis-solitu metodu ta' offerti u ovvjament b'kundizzjonijiet li jassiguraw li din tiġi restawrata u titħalla fl-istat oriġinali tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tħejji pjanti għar-riabilitazzjoni tal-proprjeta' ndikata mill-Onor. Interpellant kif ukoll għall-art biswitha. Il-proġett se jinkludi bini ta' maisonettes, appartamenti u garages.
Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru fil-preżent ta' persuni nieqsa mid-dawl u/jew għomja f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom jirċievu pensjoni u/jew xi forma ta' benefiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali n-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex li jirċievu pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' għax nieqsa mid-dawl jew għomja hu 126 u 12 rispettivament.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati sabiex is-servizz mogħti mill-fondazzjoni trasport ħajja indipendenti jgħaddi għal għand entita' oħra? Kemm huwa n-numru ta' persuni li llum għandhom dan l-aċċess u kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant hi Għaqda Mhux Governattiva u għalhekk hi awtonoma f'dak li jirrigwarda t-tmexxija ta' l-operat tagħha.
Mandankollu, ninsab infurmata li l-Fondazzjoni qed tagħmel dak possibli biex il-proċess ta' trasferiment tas-servizz li tagħti jkun wieħed mgħaġġel iżda bla xkiel filwaqt li tingħata prijorita' biex, kemm hu possibbli, il-persuni b'diżabilita' li jużaw is-servizz ma jiġux effettwati negattivament.
Ninsab infurmata li fil-preżent hemm 32 persuna b'diżabilita' li qed jirċievu s-servizz u 11 il-persuna fuq il-waiting list.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ħaditx it-Lm12 li ngħataw fl-aħħar budget?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-kap tal-familja ndikata mill-Onor. Interpellant ġie nfurmat bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tiegħu.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Chief executive officers
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-uniku post ta' Chief Executive Officer fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hu dak tal-Fondazzjoni għal Ħarsien Soċjali. Is-salarju ta' dan il-post hu Lm11,420.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li jiġi introdott il-lift fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament billi hemm inkwilini anzjani ġo fih kif ukoll inkwilina li tbati minn problemi tal-qalb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni għal stallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għal housing case li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jikkonċerna armla u xebba single mother, peress li l-fond fejn joqogħdu m'għadux abitabbli minħabba ħsara strutturali kkawżata mll-post li jmiss ma' tagħhom, u minħabba l-urġenza tal-każ, liema fond ġie spezzjonat mid-dipartiment konċernat, tista' il-Ministru tikkunsidra lil din il-familja għal fond alternattiv b'sens ta' urġenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, li daħlet fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-11 ta' Mejju 2005, qed tiġi proċessata flimkien ma oħrajn simili.
Ninsab infurmata wkoll li l-urġenza li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma teżistix peress li l-post indikat ma kienx l-abitazzjoni ta' l-applikanti.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ ta' mara li għandha amputation f'saqajha u li qed tistenna li jinħarġilha s-sussidju fuq stair lift għax għandha post fuq u minħabba f'hekk ma tistax tinżel isfel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li tirċievi dokument li ordnat għan-nom tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Hekk kif l-Awtorita' tirċievi u tivverifika dan id-dokument tinforma lill-persuna ndikata bl-ammont ta' l-għotja.
B'riferenza għall-post vakanti ta' braile instructor għall-adulti fiċ-ċentru ħidma soċjali, tista' il-Ministru tinformana xi proċeduri għaddejjin sabiex dan il-post jimtela'? Tista' tinformana meta fil-fatt se tiġi maħtura persuna oħra f'din il-kariga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment konċernat ser jieħu l-passi meħtieġa biex tintela l-vakanza li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata l-anomalija tal-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema tat-tarzna, u dan b'riferenza għall ex-ħaddiema bħal persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li rtira madwar ħames snin ilu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.