Awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm inspectors jaħdmu ma' l-awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol 12-il xahar ilu u kemm hemm fil-preżent?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' spetturi jaħdmu ma’ l-Awtorita għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol 12-il xahar ilu, kien ta’ 16-il spettur. In-numru preżenti huwa ta’ 13-il spettur.
Informat ukoll li minn dawk l-ispettur li ħallew din l-Awtorita', kien hemm tnejn li ħallew din l-Awtorita’ sabiex jirritornaw mas-servizz pubbliku, filwaqt li ieħor irriżenja peress li fetaħ busines għar-rasu.
B'riferenza għat-talba li saret lill-fondazzzjon għall-iskejjel ta' għada għall-canopy fl-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo f'Pembroke, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet din it-talba u dan fid-dawl li t-tfal huma ta' kuljum esposti għall-elementi kull darba li jkollhom bżonn imorru jaqdu l-ħteġijiet iġeniċi tagħhom? Saret talba lill-MEPA sabiex isir dan ix-xogħol, dejjem jekk hemm ħtieġa ta' permess?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk bla xogħol u li qed jirreġistraw taħt il-Part 1 ma' l-ETC li huma mir-Raba' Distrett, mid-Disa'
Disrett u mill-Għaxar Distrett Elettorali sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14480, jista’ il-Ministru jgħid kemm ilhom quddiem il-bord l-erba’ każi li għandu quddiemu t-tribunal skolastiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-ewwel każ li għandu quddiemu t-tribunal skolastiku kien wasal f'Jannar u l-iktar wieħed riċenti wasal f'Lulju 2005.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14481, jista’ il-Ministru jgħid meta se jiġi quddiem il-bord tat-tribunal skolastiku l-każ tal-persuna msemmija? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu meta hemm biss erba’ każi biex jinstemgħu quddiem dan il-bord?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14491 u jgħid kemm-il ktieb ġdid inxtara għall-klassijiet primarji għas-sena skolastika li fetħet f’dawn il-jiem? Liema huma? Kemm swew? Min ħa l-kuntratt? Kemm-il ditta tefgħet l-offerta u liema kienu? Kemm kienet kull offerta? Jista’ jgħid ukoll meta tqassmu dawn il-kotba fl-iskejjel u f’liema klassijiet (year)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li dawn il-kotba tqassmu bejn April u Settembru ta' din is-sena fil-klassijiet mill-1 sas-6 sena.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14492 u jgħid kemm-il ktieb inxtara għall-klassijiet sekondarji għas-sena skolastika li fetħet f’dawn il-jiem? Liema huma? Kemm swew? Min ħa l-kuntratt? Kemm-il ditta tefgħet l-offerta u liema kienu? Kemm kienet kull offerta? Jista’ jgħid ukoll meta tqassmu dawn il-kotba fl-iskejjel u f’liema klassijiet (form)?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14494 u jgħid x’kien il-persentaġġ ta’studenti fl-iskejjel ta’ l-Istat li fis-sena skolastika li għaddiet ma attendewx l-iskola mingħajr raġuni ? Jista’ jagħti l-figuri għall-primarji, sekondarji u l-kumplament separatament? Meta mqassmin bejn studenti subien u bniet, liema kienet l-ogħla?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Kontribuzzjoni mill-gvern lejn l-edukazzjoni ta' studenti
Question
Jista' il-Miinstru jinformana kemm hu l-kontribut finanzjarju totali li l-gvern jagħti f'sussidji, spejjeż u stipendji lejn student li jibda l-mixja skolastika tiegħu mill-kindergarten sa l-universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid fiex wasal l-ingaġġ tas-supply kindergarten assistants special needs? Kemm daħlu s'issa? Jista' jgħid jekk jaħsibx li hemm il-ħtieġa li jiġu mpjegati aktar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-lista ta' l-aħħar interviews li saru, ġew imsejħa mitt applikant u wieħed, li sebgħa u tletin minnhom aċċettaw l-impjieg.
L-ingaġġ isir skond l-esiġenzi kif stabbiliti mill-Istatementing Board.
Peress li l-istudenti ta' l-ewwel sena Financial Services tal-MCAST fix-Xagħra, Għawdex għadhom mingħajr għalliema ta' l-Ingliż u Pure Maths, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, qed jittieħdu l-passi biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.
Jista' il-Ministru jgħid meta ħarġet it-tender biex jinbena lift fl-iskola primarja ta' Bormla? Meta beda x-xogħol? F'liema stadju wasal u jekk tlesta, meta tlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol beda fis-27 ta' Frar 2005 u tlesta fil-15 ta' Ottubru 2005.
Koperattiva tat-Tjur Limited — Rapport ta' inkjesta
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-inkjesta li saret mill-bord tal-koperattivi fuq l-operat u l-finanzi tal-koperattiva tat-tjur limited?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-inkjesta dwar il-Koperattiva tat-Tjur Limitata, datat 23 ta' Ġunju 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il għaqda jew istituzzjoni applikaw din is-sena biex jieħdu għajnuna mill-youth programme ta' l-Unjoni Ewropea u min kienu? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġew aċċettati t-talbiet u kemm kien is-sussidju li kull wieħed ħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tagħrif li qed jiġi mogħti huwa sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet ta’Settembru 2005. It-total ta’ għaqdiet li issottomettew applikazzjoni sa din id-data kien ta’ 61.
Minn dawn kien hemm għaqdiet li applikaw aktar minn darba waħda jew taħt azzjoni differenti, jew inkella reġġħu applikaw wara li l-ewwel darba l-applikazzjoni ma ġietx aċċettata. F’dan il-każ l-għaqda intgħaddet darba biss.
L-applikazzjonijiet jiġu evalwati skond il-linji gwida u l-kriterji stipulati mill-Kummissjoni Ewropeja li jiġu mġedda kull sena. Dawn jinsabu disponibbli għall-pubbliku.
Tagħrif dwar dawn l-Għaqdiet ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14646, peress li l-Ministru rrisponda li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, jista' il-Ministru, jekk jogħġbu u jekk l-informazzjoni nġabret, iwieġeb id-domanda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC taħt l-ewwel u t-tieni parti f'Għawdex 2004 u 2005 kienu kif ġejjin:
Nies jirreġistraw Part 1 Part 2 Total
Settembru 2004 562 45 607
Settembru 2005 595 49 644
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' nies Għawdxin li nqatgħu mir-reġistrar minn Ottubru 2004 sa Settembru 2005, maqsuma skond is-sess, eta' u r-raġuni għaliex inqatgħu. Hemm ukoll tabella oħra ta' kemm saru 'job placements' mill-ETC minn Ottubru 2004 sa Settembru 2005 lil nies Għawdxin, maqsuma skond is-sess, eta' u f'liema settur instabilhom xogħol.
Jista’ il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-bini tal-Kulleġġ San Benedittu, f'Ħal Kirkop? Meta se jinfetaħ? Kemm maħsub li se tkun l-ispiża finali u kemm kienet tiġi tqum li kieku x-xogħol mhux qed isir mill-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ewwel fażi tax-xogħolijiet tal-bini ta' l-iskola sekondarja subien fil-Kulleġġ San Benedittu huwa lest. L-iskola fetħet fis-26 ta' Settembru 2005. L-ispiża proġettata hija ta' Lm 2.65 miljun (li jinkludu l-VAT) għall-ewwel fażi u Lm 300,000 għat-tieni fażi. Din l-iskola inbniet skond l-ispeċifikazzjonijiet, fi żmien sentejn u skond l-istima oriġinali ta' Lm 3 miljuni.