Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30533 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa hemm vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel tal-istat? F'liema taqsimiet u f'liema suġġetti? Jista' jgħid kemm hemm għalliema li se jirtiraw bl-eta' sal-aħħar ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30393 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet Universitarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30268?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li daħlu l-Universita` għall-korsijiet f'livell ta' degrees, kemm minn Malta u kemm minn Għawdex, sena b'sena mill-1991 sal-lum, kienu mqassmin kif ġej: Sena Malta Għawdex Total 1991 1015 67 1082 1992 1409 128 1537 1993 1338 75 1413 1994 1368 82 1450 1995 1713 96 1809 1996 1548 98 1646 1997 1684 92 1776 1998 1807 156 1963 1999 1730 106 1836 2000 1893 165 2058 2001 1938 137 2075
Leg 9 PQ #30323 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smoking Shed

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 11601 jinforma l-kamra jekk l-smoking shed hiex sejra issir billi esternament tidher li sejra taqa minn ġurnata għall-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Hu pjanat li din tiġi restawrata skond prioritajiet u fondi disponibbli taċ-Ċentru Malti għar-Restawr.
Leg 9 PQ #30348 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja ta' Wied il-Għajn — Teacher

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara li tintbagħat għalliema fil-year 6, Primary fl-iskola ta' Wied il-Għajn għaliex it-teacher proprja ta' din il-klassi sfortunatament tinsab l-isptar fejn hi mistennija li tieħu sick leave fit-tul?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li passi diġa' ttieħdu biex għalliema tieħu post ta' dik l-għalliema li temporanjament tinsab nieqsa fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn.
Leg 9 PQ #30367 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Nutara Gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni? Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #30387 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Flus Ivvutati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus ivvutati għad-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-sena 2000 u fis-sena 2001 li ma ntużgħawx mid-dipartiment u li allura ġew mgħoddija lura lill-finanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-kontijiet għas-sena 2001 għadhom ma ġewx magħluqa, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30299 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Transferiment ta' Art

Question

B'riferenza għat-tweġiba parlamentari mogħtija fl-14 ta' Lulju 1999 għall-interpellanza 8356, jista' jgħid lil liema għaqdiet imsemmija sar it-trasferiment ta' art u faċilitajiet tal-Gvern; lil liema għaqdiet ma sarx u għaliex? Dawn għallinqas jistgħux jkunu assigurati mill-użu ta' l-art jew il-faċilita li qed jużaw illum? Hemm għaqdiet sportivi oħra li se jsirilhom transferiment ta' art u faċilitajiet u min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30316 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Girolamo Cassar

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru 1000 jinforma l-kamra kemm attendew studenti fl-iskola Girolamo Cassar fis-sena 1999, 2000 u 2001 u jekk huwiex possibli jiġi indikat kemm minnhom ġew offruti xogħol mal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li attendew l-iskola tal-Bini Ġirolamo Cassar fis-sena 1999, 2000 u 2001 kienu: Sekondarji ESTS 1998/1999 82 1 1999/2000 66 1 2000/2001 71 Nil Minn Settembru ta' 2001 l-iskola Ġirolamo Cassar ġiet amalgamata ma' l-iskola Kurunell Manche' u hemm 22 student fl-ewwel sena u 31 fit-tieni sena. L-istudenti li kienu jattendu l-iskola Ġirolamo Cassar huma taħt is-sittax-il sena u għalhekk ma jingħatawx xogħol.
Leg 9 PQ #30318 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Palazz ta' Vilhena, Mdina

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 11595, jinforma l-kamra x'xogħol sar ġewwa l-palazz ta' Vilhena Mdina fis-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm intefqu flejjes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet ma kienx involut fix-xogħol ta' restawr ġewwa l-Palazz tal-Vilhena. Jieħdu ħsieb dan ix-xogħol kienu l-Imdina Rehabilitation Project u r-Restoration Unit tal-Minsteru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #30330 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Suġġetti — Skill-based Component

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema suġġetti għandhom skill-based component li jsir għall-eżamijiet Sec, Intermediate u Advanced tal-Matsec? X'marki għandhom mit-total dawn il-components f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm ħin biżżejjed biex it-tagħrif jasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30331 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi — Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-Bord u/jew impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? F'kull każ xi ħlasijiet għandhom dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Misotqsijiet Parlamentari Numri 25917, 25740 u 28322. Informat li apparti l-persunal imsemmi fit-tweġiba 28332 hemm Deputy National Programme Co-ordinator (Scale 8) u 7 għalliema li jitħallsu bis-siegħa bir-rata ta' supply teacher.
Leg 9 PQ #30332 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Kiri ta' Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada qed tikri xi uffiċini f'bini privat mnejn topera? Kemm huwa l-kiri tal-posta? Fejn jinsab? Kif intgħażel dan il-post? Ħarġet sejħa għall-offerti meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kriet uffiċini minn fejn qiegħda topera. Il-kirja hija għal żmien definit ta' sitt xhur li fihom ser isir tiftix għal post alternattiv tal-Gvern u tittieħed deċiżjoni definittiva. Il-kera hu ta' Lm530.83 fix-xahar. Il-post hu mgħammar b'kollox u ma kien hemm bżonn ebda spiża biex jibda jintuża. Il-prezz jinkludi servizz ta' sigurta`, ta' reception u l-istallazzjoni ta' l-infrastruttura għall-IT. L-indirizz huwa: 52, Mediterranean Buildings, Triq Abate Rigord, Ta' Xbiex. L-uffiċċju nkera wara li l-Fondazzjoni evalwat diversi possibilitajiet wara li ġew ikkuntattjati diversi "estate agents" u wara li żaret diversi uffiċini.
Leg 9 PQ #30334 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Programm ''Tista' Tkun Int''

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jsir il-programm 'Tista' tkun int' fuq il-PBS? F'kull każ kemm ingħataw flus bħala għotja f'dan il-programm, programm, programm? Kif jiġi deċiż li fi programm jingħata ammont u fi programm ieħor jingħata ammont ferm iżjed jew ferm inqas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-programm "Tista' Tkun Int" ilu jsir fuq l-Istazzjoni Televiżiv tal-PBS minn Ottubru 2000. Informat ukoll li fl-edizzjonijiet tal-programm imsemmi ma ngħatawx flus bħala għotja.
Leg 9 PQ #30335 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Fotokoppji ta' Ktieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-ktieb Master IT ta' Victor Agius ikun jintuża fl-iskejjel tal-gvern iżda mbagħad fotokoppji tiegħu qed jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma ngħataw istruzzjonijiet jew permessi biex isiru fotokopji tal-ktieb imsemmi.
Leg 9 PQ #30136 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30280 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Collective Agreement

Question

Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Collective Agreement ta' l-istaff akkademiku li ġie iffirmat dan l-aħħar bejn l-Universita ta' Malta u l-MUT? X'inhi r-raġuni li l-istaff akkademiku ma ngħatax kopja tal-collective agreement bħal ma kien sar meta kien iffirmat dak ta' l-istaff mhux akkademiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm ħin biżżejjed biex it-tagħrif jasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30285 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema tal-Fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-Fiżika neqsin fl-iskola sekondarja Lorenza Gafa? X'qed isir biex jinstabu l-għalliema meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskola Sekondarja Lorenzo Gafa' hemm 12-il lezzjoni tal-Fiżika mingħajr għalliem. Saru sforzi biex għal dawn il-lezzjonijiet jinstab għalliem, iżda għadu ma nstab ħadd li kapaċi jieħu dawn il-lezzjonijiet. Saħansitra ħarġu applikazzjonijiet għal Supply Teachers biex timtela' din il-kariga. Ser jibqa' jsir kull sforz biex dan il-problema jingħeleb.