Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #14577 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Estensjonijiet ta' lukandi f'San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-estensjonijiet jew bini ġdid ta' lukandi li ġew approvati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, u li għadhom ma nbnewx? B'kemm hu mistenni li tiżdied il-kapaċità ta' dawn il-lukandi, f'dak li hu numru ta' sodod b'riżultat ta' dawn id-deċiżjonijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ikkunsidrat u approvat żewġ applikazzjonijiet għall-estenzjoni ta’ lukanda f’San Pawl il-Baħar u għal hostel ġewwa l-Mellieħa. L-istess Awtorità kkunsidrat ukoll żewġ applikazzjonijiet għal-lukandi ġodda fil-Mellieħa u aċċettat li l-applikanti jibdew bil-proċess mal-MEPA u fl-istess waqt tinġabar informazzjoni aktar dettaljata. Tabella li turi b’kemm ser tiżdied il-kapaċita’ f’dak li hu numru ta’ sodod permezz ta’ dawn l-estenzjonijiet u bini ta’ lukandi ġodda ser titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra. Dan hu ċertifikat ċar mis-settur privat fil-politika tal-Gvern għas-settur turistiku u fl-andament pożittiv ta’ dan is-settur aktar u aktar meta l-operaturi tal-lukandi minn ftit ġimgħat oħra ser igawdu minn tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl tagħhom li għandu jwassal għal aktar investiment u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-ħaddiema f’dan is-settur.
Leg 12 PQ #14578 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Selmun Palace Hotel — preparazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet biex is-Selmun Palace Hotel tinbiegħ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li diġà ngħataw mill-Ministeru tiegħi f’mistoqsijiet parlamentari bin-numri W332, 11001, 12070, 12254, 12309, 12981 u 13112, li jikkonċernaw Selmun Palace Hotel. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess kompetittiv għall-konċessjoni ta’ ċens ser jibda’ fil-ġimgħat li ġejjin. Nerġa’ ntenni li dan kollu ser isir b’rispett lejn l-importanza li għandu s-settur turistiku għal pajjiżna, inkluż regoli tal-ippjanar u valur storiku.
Leg 12 PQ #14579 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — rotot tal-ajru ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-linja tal-ajru Air Malta hux se tkun qed topera xi rotot ġodda matul din is-sena, u jekk hemmx xi rotot li se jitwaqqfu jew titnaqqsilhom il-frekwenza li biha kien jiġu operati s'issa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li qed tintalab f’din il-Mistoqsija Parlamentari hija ta’ natura kummercjalment sensittiva. Madankollu, il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta kontinwament tieħu deċiżjonijiet kummerċjali illi jkunu meħtieġa fiċ-ċirkostanzi u tevalwa n-network ta’ rotot taghha. Dan dejjem skont il-ħtiġijiet tas-suq li jinbidlu minn żmien għal żmien.
Leg 12 PQ #14166 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14113 datata 17 ta’ Frar 2015.
Leg 12 PQ #14493 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni full-time u part-time mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fis-sena 2014? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema impjieg dawn ġew ingaġġati u jekk daħlux b’għażla diretta, jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet? Jista’ jagħti dettalji ta’ mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-impjegati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 ma ġewx ingaġgġati l-ebda part-timers imma ġew ingaġgġati zewġimpjegati full-time ġewwa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-posizzjoni ta’ ‘Purchasing and Facilities Officer’ kif ukoll ‘Guidance Officer’. Dawn l-impjegati ġew ingaġgġati wara li kien hemm Sejħa għall-Applikazzjoni. Nixtieq ukoll ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn iż-żewġ impjegati huma minn Birkirkara u mill-Imtarfa rispettivament.
Leg 12 PQ #13716 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – miżuri tal-Baġit għall-2015 — tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tariffi miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li ġew riveduti bis-saħħa tal-Att li jimplimenta l-miżuri tal-Baġit għall-2015? Jekk iva, liema kienu u b'kemm għolja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda żieda fit-tariffi li kienu miġbura mill-Awtorita’ Maltija għat-Turi¿mu li ġew riveduti bis-sahha tal-Att li jimplimenta l-mizuri tal-Baġit għall-2015.
Leg 12 PQ #13727 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Kuntratt ta’ impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ impjieg li permezz tiegħu ġietingaġġata fl-MTA il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ta’ impieg tal-persuna li ġiet ingaġġata fl-MTA u li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament huwa ekwivalenti ma’ dak ta’ Senior Manager fl-MTA stess.
Leg 12 PQ #13917 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – riċeviment tal-Milied

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex organizzat riċeviment tal-Milied għall-impjegati tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Jekk iva, kemm kienet l-ispiża għar-riċeviment? Mil-liema vot kienu użati l-flus? Fejn ġie organizzat? Kif intgħażel il-post fejn ġie organizzat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul iż-żmien tal-Milied kien ġie organizzat Seminar ta’ tlett ijiem għall-impjegati tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li fi tmiem ta’ dan is-Seminar kienu ġew offruti refreshment drinks għall-istess impjegati. Dawn ir-refreshment drinks servew ta’ opportunita’, biex propju f’lejliet il-Milied ikun hemm get together bejn l-impjegati. L-ispejjeż ta’ dawn ir- refreshment drinks kienu nklużi fil-prezz biex ġie organizzat is-Seminar li dan kien ikopri wkoll il-kera tas-sala, coffee/tea breaks u lunches. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda żieda fil-prezz biex ġie organizzat xi riċeviment partikolari tal-Milied minħabba li dan kien biss Seminar.
Leg 12 PQ #13613 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – studenti Għawdxin – full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu fuq bażi full-time l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex, kors b’kors?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex, hemm seba’ (7) studenti li jattendu kors ‘full-time’. Dawn l-istudenti kollha qed isegwu l-kors ta’ Diploma in Food Preparation & Production.
Leg 12 PQ #13614 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – studenti Għawdxin – part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu fuq bażi part-time l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex, kors b’kors?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma hemm l-ebda studenti li jattendu korsijiet fuq bażi ‘part-time’ fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex.
Leg 12 PQ #13633 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — audited financial statements

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited financial statements tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Istitut tal-Istudji Turistiċi ma jużax is-sistema ta’ accrued based accounting. Għaldaqstant, ma jistgħux ikunu forniti audited financial statements hekk kif mitlub.
Leg 12 PQ #13715 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — kontrollur finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġiex ingaġġat Kontrollur Finanzjarju mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-aħħar jiem? Jekk iva, min hu? Ġie ingaġġat wara sejħa pubblika, sejħa interna jew b'ingaġġ dirett?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kontrollur Finanzjarju ġie ingaġġat mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu wara li ħarget sejħa nterna, liema applikazzjoni ġiet eventwalment riferita mill-ETC skont kif jitlob Artikolu 15(1) ta’ l-Att 343 dwar is-Servizzi tal-Impjieġ u t-Taħriġ. Dan minħabba li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni minn impjeġati nterni. Għal din is-sejħa kien hemm applikazzjoni waħda esterna.
Leg 12 PQ #14113 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #13410 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Persuni barranin li żaru Malta għal konferenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta’ persuni barranin li jżuru pajjiżna għal konferenzi? Jekk iva, kemm kienu l-persuni li żaru pajjiżna, ta’ liema nazzjonalità kienu u għal kemm-il konferenza, sena b’sena mill-2008 sal-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi kemm l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif ukoll l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA), iżommu u jippublikaw ċifri dwar turisti li jżuru Malta fuq skopijiet ta’ negozju. Dawn iċ-ċifri jinkludu turisti li jżuru Malta għall-konferenzi u nċentivi kif ukoll turisti li jiġu għal raġuni ta’ kummerċ ieħor, skond in-nazzjonalita’, hekk kif elenkat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13411 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – turisti ta’ nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-turisti mhux ta’ nazzjonalità Maltija li raqdu għal lejl wieħed jew aktar ġewwa Għawdex, kull sena bejn 2008 u 2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-snin bejn l-2008 u l-2010 ma kienetx tinżamm statistika ta’ kemm turisti mhux ta’ nazzjonalita’ Maltija li raqdu f’Għawdex għal-lejl wieħed jew aktar. Fir-rigward tas-snin bejn l-2011 u 2014, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm turisti mhux ta’ nazzjonalita’ Maltija raqdu għal lejl wieħed jew aktar ġewwa Għawdex. Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm żieda pożittiva kemm fin-numru ta’ wasliet kif ukoll fin-numru ta’ turisti mhux ta’ nazzjonalita’ Maltija li raqdu għal lejl wieħed f’Għawdex, f’akkomodazzjoni kollettiva, fil-perjodu Jannar sa Settembru 2014 meta mqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.
Leg 12 PQ #13412 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat l-ammont ta’ turisti li żaru Għawdex fi żjara ta’ ġurnata kull sena bejn 2008 u 2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-snin bejn l-2008 u l-2010 ma kienetx tinżamm statistika ta’ kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru Għawdex għall-żjara ta’ ġurnata. Fir-rigward tas-snin bejn l-2011 u 2014, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-istatistika ta’ kemm żaru turisti Għawdex fi żjara ta’ ġurnata. Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena kien hemm żieda rekord fejn l-ammont ta’ turisti li żaru Għawdex fi żjara ta’ ġurnata laħaq is-791,345.
Leg 12 PQ #13413 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Inizjattiva ADVANCE – persuni rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati fil-programmi kollha taħt l-inizjattiva ADVANCE fl-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-progamm ADVANCE – ESF2.11 Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism kien ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew (2007-2013) u dan ġie konkluż fl-2013. In-numru totali ta’ persuni illi huma rreġistrati taħt din l-iskema huwa ta’ 1435.
Leg 12 PQ #13404 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – language schools

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn language schools irreġistrati mal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu, u f’liema lokalitajiet qegħdin, lokalità b’lokalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ma tirreġistrax ’English Learning Language Schools’. Għaldaqstant nitlob lill-istess Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #13405 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Host families għal studenti tal-lingwa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn host families ta’ studenti tal-lingwa irreġistrati mal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu, u f’liema lokalitajiet qegħdin, lokalità b’lokalità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ host families irreġistrati mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu huma elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13406 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Organisational Structure

Question

Jista’ l-Ministrju jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Awtorità Matija għat-Turiżmu kif kienet fl-aħħar tal-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13352 datata 19 ta’ Jannar 2015, u dan għaliex is-sitwazzjoni baqgħet l-istess.