Jista’ l-Ministru jgħid x’jinvolvi x-xogħol li qed isir fuq is-salini tal-melħ fin-Naxxar, wara li dan il-proġett kien ilu wieqaf għal għadd ta’ snin? Meta se jitlesta dan ix-xogħol u jkun jista’ jibda jitgawda mill-pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li għaddej bħalissa hu l-bini ta’ pont ġdid tal-ħadid fl-entratura tas-sit. Ix-xogħol mistenni jitlesta f’Novembru.
Fir-rigward ta’ meta l-post ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejjin t-taħdidiet bejn il-Ministeru tiegħi u l-Ministeru li evventwalment ser jieħu r-responsabilta’ tat-tmexxija ta’ dan is-sit, biex ikunu jistgħu jsiru l-arrangamenti f’dan ir-rigward.
Uffiċċju tar-riabilitazzjoni – proġetti fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’inhuma l-proġetti li qed jaħdem fuqhom l-Uffiċċju tar-Riabilitazzjoni fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar meta se jitlestew dawn l-interventi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, l-Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni qiegħed jaħdem fuq dawn il-proġetti fil-lokalita’ tal-Belt Valletta u l-Furjana.
Proġetti fi stadju ta’ ippjanar:
1. Riġenerazzjoni tal-foss tal-belt
2. Restawr tal-funtana ta’ Wignacourt li tinsab ġewwa l-ġnien ta’ San Filippu, Furjana 2016
3. Restawr tal-funtana tat-Tritoni. Xogħol għandu jitlesta sal-2017
4. Installazzjoni ta’ directional signage ġewwa l-Belt, kif ukoll signage li tindika l-istatus ta’ Belt ta’ Wirt Dinji. 2016
5. Restawr ta’ pavimentar fi Triq Mikiel Anton Vassalli u Triq it-Teżorerija – 2016
6. Installazzjoni ta’ street furniture ġewwa Triq ir-Repubblika - 2016
7. Riabilitazzjoni taż-żona taħt l-arkati f’Misraħ San Gwann - 2016
Proġetti fi stadju ta’ twettieq:
1. Restawr tal-monumenti ġewwa l-Barrakka ta’ Fuq – xogħol jitlesta’ fl- 2016
2. Restawr tat-Torri ta’ l-Ilma ta’ Wignacourt faċċata ta’ Sarria - xogħol jitlesta fit 2016.
3. Restawr tal-koppla ta’ Santu Wistin - diġa’ tlesta r-restawr ta’ ħames kuppletti. Xogħol fuq il-koppla titkompla fit-2016
4. Manutenzjoni kontinwa ġo Pjazza San Ġorġ, kif ukoll immaniġjar ta’ attivitajiet ġewwa l-pjazza
5. Manutenzjoni kontinwa fiż-żona tas-Siege Bell Monument
6. Restawr tal-faċċati tal-knisja Griega Kattolika fi Triq l-Arċisqof - 2015
7. Restawr tal-parapett tas-sur ta’ San Kristofru ħdejn Dar il-Mediterran - 2015
8. Riabilitazzjoni tal-pavimentar ta’ Strada Stretta inkluż it-tibdil ta’ l-infrastruttura - 2016
9. Tibdil tas-sistema ta’ dawl tat-triq ta’ Strada Stretta – 2016
10.
Minbarra l-proġetti elenkati hawn fuq, il-kap ta’ l-Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni hija wkoll il-World Heritage Site Manager għal Belt Valletta fejn tieħu ħsieb li jsir xogħol biex tiġi protetta u mħarsa l-istatus tal-World Heritage Site.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tar-riabilitazzjoni huwiex involut ukoll fix-xogħol li qed isir fil-knisja ta’ Santa Tereża ta’ Bormla? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm jiswa dan ix-xogħol u meta se jitlesta dan il-proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni huwa nvolut f’dan il-proġett ta’ restawr. Bħalissa, l-proġett wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u b’kollox se jiswa madwar €75,000 u jinkludi r-restawr tal-faċċata tal-knisja u l-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl. Il-proġett ta’ restawr għandu jitlesta’ dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li fiż-żmien li ġej, isiru xi proġetti ta’ riabilitazzjoni fil-Kottonera? Jekk iva, x’inhu l-pjan tal-Gvern?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern preżenti diġa’ wettaq diversi proġetti ta’ riabilitazzjoni fil-Kottonera, fosthom il-proġett ta’ Dock 1, fejn fis-snin li ġejjin se naraw ukoll ir-restawr tal-bini li hemm mad-dawra tiegħu. Barra minn hekk qiegħed isir xogħol ta’ pavimentar ġewwa Bormla u l-Birgu, u riabilitazzjoni tal-foss tal-Birgu. Xogħol ieħor ippjanat jinkludi tisbiħ fiż-żona magħrufa tas-Sirena, l-Isla u pavimentar ħdejn il-Bieb ta’ Sant’Anna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni u ż-żamma tal-Foss tal-Imdina jaqax taħt ir-responsabbilta tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħidilna x’xogħol ta’ manutenzjoni sar fih dan l-aħħar? Jista’ l-Ministru jara li jitpoġġew tabelli permanenti biex jiggwidaw sew lill-pubbliku dwar id-dħul u l-ħruġ fil-Foss?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni u ż-żamma tal-Foss tal-Imdina jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi. Dan l-aħħar sar manutenzjoni tal-bankijiet tal-injam, tal-pjattaforma tal-injam, tiswija tal-funtana u manutenzjoni tas-sistema tad-dawl u lift. Issir ukoll manutenzjoni kontinwa fuq is-soft landscaping. Ġew iddisinjati u ordnati tabelli permanenti dwar il-ħin tal-ftuħ u l-għeluq tal-Foss.
Bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti merkantili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili? Kif jitqabbel dan mas-snin imgħoddija ? Jista' jispjega x’inhuma l-vantaġġi għall-pajjizna li jkun hemm bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' bastimenti rreġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, sa l-aħħar t'Awwissu 2015, kien jammonta għal 7109, b’tunellaġġ gross t’aktar minn 62 miljun tunnellata.
Dan ifisser żieda t’aktar minn disgħa fil-mija meta kkumparat m’Awwissu tas-sena 2014, fejn kien hemm reġistrati 6624 bastiment b’tunellaġġ gross t’aktar minn 56 miljun tunnellata.
Minbarra li dan iġib introjtu sustanzjali għall-pajjiz, kif ukoll jiġġenera ħafna xogħol anċillarju u mpjiegi, ir-reġistru tal-Bastimenti Merkantili poġġa lil Malta fuq il-mappa dinjija marittima u għalhekk qed ikun ta’ sustenn għall-ekonomija Maltija billi jpoġġi lil Malta f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex tattira aktar investiment f’dan is-settur hekk importanti għal Malta kif ukoll f’setturi oħra relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsab ir-reġistru marittimu ta’ Malta ikkumparat ma’ dak ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa u jekk hemmx lok għal iktar tkabbir f’dan ir-rigward?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistru marittimu esperjenza tkabbir sinifikanti u kostanti sa mill-bidu u issa stabbilixxa ruħu fost l-akbar reġistri fid-dinja f'termini ta' tunnellaġġ. Ir- reġistru marittimu ta’ Malta huwa l-ikbar wieħed fl-Ewropa u s-sitt wieħed fid-dinja. Ir-reġistru dejjem jimmira għal proċess kontinwu ta' titjib biex isostni dan l-iżvilupp. L-amministrazzjoni dejjem taħdem biex tfittex metodi ġodda kif tista’ ttejjeb il-pożizzjoni tar-reġistru. Dan ifisser li Malta trid tkompli taħdem biex iżżomm postha bħala amministrazzjoni marittima ewlenija u tara li jingħata servizz tal-ogħla kwalità, f'konformità mar-responsabbiltajiet li jħaddan fix-xenarju nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.
Jottijiet reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm jottijiet akbar minn 15-il metru reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u jispjega jekk kienx hemm żieda matul l-aħħar sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-jottijiet akbar minn 15-il metru reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, sa l-aħħar ta’ Diċembru 2014, kienu jammontaw għal 774. Sal-aħħar t’Awwissu 2015, il-jottijiet akbar minn 15-il metru reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jammontaw għal 850, jiġifieri kien hemm żieda ta 77 reġistrazzjoni s’issa, f’inqas minn sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm biċċiet tal-baħar reġistrati ma’ Transport Malta taħt ir-reġistru tad-dgħajjes iż-żgħar u x’żieda kien hemm matul l-ahhar sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ dgħajjes reġistrati taħt ir-reġistru tad-dgħajjes iż-żgħar huwa hekk kif ġej:
- numru ta’ reġistrazzjonijiet attivi
- dgħajjes ġodda reġistrati bejn Jannar u Diċembru 2014 – 656
- dgħajjes ġodda reġistrati bejn Jannar u Settembru 2015 - 666
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema bidliet fil-ħinjiet fir-rottot tal-karozzi tal-linja daħlu fis-seħħ, minn dawk li kienu reklamati? Kif kienu magħżula r-rottot li fihom kellu jsir tibdil fil-ħinijet? Jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jidħlu fis-seħħ il-bidliet fil-ħin fir-rottot, b'mod partikulari f'dawk li jservu l-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fis-servizz tat-trasport pubbliku, inkluż fil-każ tal-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, se jiġi ntrodott b’mod gradwali f’ numru ta’ fażijiet aktar tard din is-sena. Fil-preżent għadu ma ġie effetwat l-ebda tibdil kaġun ta’ azzjonijiet industrijali msejħa mill-Union f’dawn l-aħħar ġimgħat. La darba l-kwisjoni mal-Union tiġi riżolta, it-tibdil fir-rotot ikun jista’ jidħol fis-seħħ.
Billi issa għaddew numru sostanzjali ta' xhur minn meta bdiet topera l-kumpanijia l-ġdida tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha għadhom ma nżebgħux il-karozzi kollha tal-linja li hemm fuq ir-rottot?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozzi tal-linja kollha qegħdin jiġu miżbugħa gradwalment u huwa mistenni li jkunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena.
Ir-raġuni illi dawn il-karozzi tal-linja qegħdin jiġu miżbugħa gradwalment huwa sabiex it-tneħħija temporanja tagħhom mis-servizz ma’ tikkawżax nuqqas ta’ vetturi illi joperaw.
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi sal-bidu ta’ Settembru, Malta Public Transport introduċiet 142 karrozzi tal-linja ġodda illi qegħdin jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta wettqitx il-bidliet li suppost kellhom jidħlu fis-seħħ xhur ilu, dwar id-direttiva tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu traċċati vetturi ta' sidien barranin li jwettqu kontravenzjonijiet f'Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta, permezz tad-Direttiva 2015/413 ta’ l-Unjoni Ewropea, qegħda tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza, li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu traċċati vetturi ta' sidien barranin li jwettqu kontravenzjonijiet f'Malta. Din ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu ta’ din is-sena.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar konsulenzi li qed jinghataw lill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura.
B’referenza għas-sejħa bit-titlu Art in Public Spaces, jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol ta’ Transport Malta f’dan ir-rigward?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-proġett Arti fi Spazji Pubbliċi hu inizjattiva tal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja,Kultura u Gvern Lokali,l-Kunsill Malti għall-Arti bl-appoġġ ta’ Muża (li tinsab fi ħdan Heritage Malta). Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura qed jirrapreżenta lill- Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura f’dan il-proġett u Transport Malta m’għandhomx sehem f’dan il-proġett f’dan ir-rigward.
B’referenza għas-sejħa bit-titlu Art in Public Spaces, jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol ta’ Heritage Malta f’dan ir-rigward?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-proġett Arti fi Spazji Pubbliċi hu inizjattiva tal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja,Kultura u Gvern Lokali u l-Kunsill Malti għall-Arti bl-appoġġ ta’ Muza( li tinsab fi ħdan Heritage Malta).
Art in Public Spaces – rwol tal-Kunsill Malti għall-Arti
Question
B’referenza għas-sejħa bit-titlu Art in Public Spaces, jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol tal-Kunsill Malti għall-Arti f’dan ir-rigward?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-proġett Arti fi Spazji Pubbliċi hu inizjattiva tal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja,Kultura u Gvern Lokali u l-Kunsill Malti għall-Arti bl-appoġġ ta’ Muza( li tinsab fi ħdan Heritage Malta).
Dipartiment tax-xogħlijiet – skema lill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iskema li għandu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu, li permezz tagħha qed jibbenefikaw minnha ħafna Kunsilli Lokali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema fi ħdan il-Ministeru hija kif ġej:
Il-materjal li jintuża għax-xogħolijiet jipprovdih il-Kunsill Lokali għall- ispejjeż tagħhom.
L-ispiża tax-xogħol (labour cost) li trid tiġi imħallsa lill- Gvern tiġi kkalkulata kif ġej:-
Xogħolijiet li l-ammont tagħhom ma jaqbiżx € 232.94 fil-valur, irid jitħallas l-ammont kollu.
Xogħolijiet li l-ammont tagħhom ikun sa € 812.95 fil-valur, irid jitħallas biss €232.94 mill-ammont.
Xogħolijiet li jkunu tlestew li l-ammont tagħhom ikun aktar minn € 812.95, jitħallas 30% biss tal-valur.
Ta’ min jgħid ukoll li minn din is-sena, Kunsilli li jkunu jridu xogħol ta’ patching estensiv bil-‘hot asphalt’ ,il-Ministeru qed joffri dan is-servizz bil-kundizzjonijiet li l-ispejjeż tal-materjal joħorġuh il-Kunsill Lokali u x-xogħol (fattura) jingħata b’xejn mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-widien li sar it-tindif tagħhom matul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa dan it-tindif u liema kienu dawn il-widien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Widien twettaq diversi nterventi fil-widien li jinkludu xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni komprensiva permezz ta’ kontroll u tneħħija ta’ speċi ta’ pjanti aljeni u nvażivi, it-tħawwil ta’ arbuxelli u siġar indiġeni, ħarsien tal-infrastruttura rurali fil-korsa tal-ilma u t-tneħħija ta’ materjal akkumulat biex jittaffa l-impatt tal-għargħar ġewwa żoni speċifiċi. Matul din l-aħħar sena twettqu dawn ix-xogħlijiet:
§ F’Wied il-Qlejgħa, limiti tar-Rabat, qed jitneħħa l-qasab u s-siġar tar-riġnu fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Slampa;
§ F’Wied Baqqiegħa, limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ tneħħew is-siġar tar-riġnu u l-qasab u dan ix-xahar se jitħawlu numru ta’ siġar u arbuxelli ndiġeni;
§ F’Wied tal-Ġnejna, limiti tal-Imġarr, inbena ħajt tas-sejjiegħ biex ma’ tintilifx il-ħamrija mill-għellieqi li jinsabu biswit il-wied. Bħalissa qed jitneħħa l-qasab u qed jiġi mħammel parti mill-wied biex tittaffa l-problema tal-għargħar ġewwa Triq il-Ġnejna. Sabiex ngħinu r-riġenerazzjoni tal-abitat fraġli tal-wied, f’Jannar se jiġi mħawwel s-simar l-iswed f’dawk iz-zoni li ġew mittiefsa waqt ix-xogħlijiet;
§ F’Wied Ħarq Ħamiem, Pembroke, sar tħammil tal-kanal tal-ilma tal-konkrit u qlugħ ta’ siġar invazivi fosthom is-sabbara tal-amerka. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinbena ħajt biex ma tintilifx il-ħamrija fil-wied;
§ F’Wied Għajn Żejtuna, limiti tal-Mellieħa, tneħħew pjanti nvażivi bħala parti minn proġett ta’ restawr tal-wied flimkien mal-Għaqda Residenti Santa Marija Estate;
S’issa dawn l-interventi ġew jammontaw għal €34,000.
Barra minhekk, f’Awissu ġie ppubblikat it-tender għal“Desktop Study, Site Walkover, and Preliminary Risk Assessment at Wied Blandun and environs”, bħala l-ewwel fażi għall-proġett ta’ riabilitazzjoni ta’ Wied Blandun fil-limiti tal-Fgura u Raħal Ġdid. Dan il-proġett qed jiġi mwettaq b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta (KKNM).
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb tal-Gvern dwar il-futur tal-funtana tat-Tritoni fid-daħla tal-Belt Valletta, meta l-Gvern preċedenti kellu pjanijiet li jċaqlaq il-funtana minn fejn qiegħda llum u issa matul dawn l-aħħar snin l-istat tagħha iddeterjora? ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern huwa li tiġi rrestawrata l-funtuna tat-Tritoni għall-istat oriġinali tagħha u li taħdem permezz ta’ teknoloġija u standards moderni. Il-Gvern jikkonferma li, kontra kif kien ippjanat li jsir mill-Gvern preċedenti, il-funtana mhix se tiċċaqlaq mill-pożizzjoni oriġinali tagħha. Wara li għal diversi snin, il-kundizzjoni tal-funtana ta’ Tritoni, fid-daħla tal-Belt Valletta tħalliet tiddeterjora, id-Dipartiment tal-Kuntratti, fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, ħareġ sejħa għar-restawr, l-operat u l-manutenzjoni tal-funtana. Din ġiet ippubblikata bħala Competitive Dialogue u l-ewwel dokument, Pre-Qualification Criteria Document, ġiet ippubblikata fil-15 ta’ Settembru u s-sejħa tagħlaq fis-27 ta’ Ottubru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu jinvolvu x-xogħlijiet li saru f’dawn l-aħħar xhur fuq il-pjazza ta’ quddiem Kastilja? X’tip ta’ konsultazzjonijiet saru dwar il-proġett u x’arranġamenti saru ma’ dawk li jużaw il-pjazza, fosthom is-sidien tal-karozzini ta’ quddiem il-Barrakka, biex jiġi żgurat li l-proġett ma jolqothomx ħażin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta beda l-proġett fuq il-pjazza ta’ quddiem Kastilja, saru diversi xogholijiet fosthom:
· Xogħolijiet preparatorji:
-Tneħħija ta’ ‘roundabouts’, tkissir ta’ bankini u ġarr ta’monumenti lejn l-imħażen
- Qluġħ ta’ siġar u
‘transplantation’
tagħhom
· Xogħlijiet ta’ preparazzjoni fil-Fossa ta’ San Ġakbu għal
parking:
-Bini ta’ triq temporanja li tagħti lejn iż-żona ta’ taħt Triq Ġilormu Cassar
-Iffurmar ta’ parkeġġ temporanju minflok il-parkeġġ li kien issir fi Pjazza Kastilja, l-aktar dak ta’ quddiem l-iStock Exchange.
-Dawl temporanju biex jixgħel il-foss ta’ San Ġakbu
-Armar biex jagħlaq u jipprovdi sigurta’ lil dawk iż-żoni li huma ta’ periklu għal pubbliku in ġenerali
-Immarkar ta’ linji u armar ta’ taraġ temporanju tal-ħadid
· Xogħlijiet oħra preparatorji, magħrufa bħala ‘
earthworks
’.
-Titjib u tqegħid ta’ servizzi ġodda ta’ mains tal-ilma, drenaġġ, cables ta’ telekomunikazzjoni,tisqija u ilma tax- xita.
-Tħaffir, bini ta’ pedamenti,tqegħid ta’ konkos, kxif ta’
silos
eżistenti.
· Xogħol ta’ Pavimentar
- Tqegħid ta’ Porfido u tal-ġebla tal-qawwi skont id-disinn tal-proġett.
· Xogħol ta’ dawl, fosthom ma’ l-art u mal- faċċati ta’ Kastilja, Stock Exchange u St. James. Dan il- proċess ta’ xogħol għadu ghaddej.
Matul ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett, kien hemm ċertu problemi, fosthom:
-Sejbiet Arkeoloġiċi u
silos
ma kienux fil-post immarkat fil-pjanti.Għaldaqstant saru l-interventi neċċesarji.
-Oġġetti perikolużi li kienu mirdumin bħal tank tal-pitrolju quddiem il-lukanda Castille.
-
Cables
u pajpijiet li ma kienux fil-pożizzjoni mwaħħla mill-entita’ responsabli minnom. Dan sarraf tibdiliet fil-livell u servizzi ġodda.
-Kellu jiġi indikat post għal kamra tal-pompa u ħażna ta’ l-ilma tal-funtana, kif ukoll il-makkinarju li jmexxi d-dawl.
-Sitwazzjoni delikata oħra inqgħalet bil-volta ta’taħt l-art li għanda il- Fondazzjoni Wirt Artna peress li din ma qablitx mal- livelli maħsuba u ppjantati. Dan tellef it-tqegħid tas-servizzi fejn f’ċerti każi dawn kellhom jerġgħu jiġu maħsuba mill-ġdid.
-Sal-lum 95% ta’ pavimentar huwa lest. Ix-xogħlijiet li fadal jinkludu tqegħid ta’ ġebla tal-qawwi,tqegħid f’posthom ta’ xi monumenti, l-armar tal-funtana, armar ta ‘
street furniture’
,armar mill-ġdid ta’ arbli tad- dawl,tisbieħ permezz ta’ siġar u arbuxell u sistema il-ġdida ta’ dawl artistiku. Huwa mistenni li dawn ikunu lesti sa’ l-aħħar ta’ Ottubru.
Rigward konsultazzjonijiet li saru fuq dan il-proġett, ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel il-bidu tal-proġett saru laqgħat ma’ numru ta’
stakeholders
interessati u li setgħu ntlaqtu b’xi mod jew ieħor minn dan il-proġett fosthom mal-Kamra tal-Kummerċ, Spettorat tal-Kultura,GRTU, Bank Ċentrali,Stock Exchange, Castille Hotel, Fondazzjoni Wirt Artna, DOI, Dar l-Immigranti, St. James Cavallier, Word for Word (The Times), MELP, VRP, Ministeri,ħwienet, Ombudsman u l- KNPD.
Qabel u matul il-proġett il-
Project Team
magħmul mill-Grand Harbour Regeneration Corporation, Transport Malta, Ministeru tat-Turiżmu, il-Ministeru tiegħi u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ltaqgħu kull ġimgħa biex jippjanaw il-proġett, jaraw liema
tenders
iridu joħorġu, isegwu l-progress u jaraw x’deċiżjonijiet iridu jittieħdu.
Saru ukoll laqgħat kontinwi ta’koordinament bejn Transport Malta,il-Ministeru tiegħi u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex bl-aħjar mod jiġi maqbul kif it-traffiku għandu jiġi gwidat bl-aħjar mod, kif ukoll sabiex issir koordinazzjoni mill-aħjar mas-‘
service providers’.
- Saru ‘
progress meetings
’ kull ġimgħa bejn il-
Project Team
u l-kuntratturi.
- Saru laqgħat ma’ Transport Malta dwar tal-karozzini u tat-
taxis
biex jiġi żgurat li dan is-servizz jibqa’ jiġi offrut.Infatti kemm tal-karozzini kif ukoll tat-
taxis
ser ikollhom posthom fil-Pjazza u fil-każ tal-karozzini, t-tinda taż-żwiemel reġgħet inħadmet. Issa l-ħmieġ taż-żwiemel ser ikun jista’ jinġabar u l-post ikun jista’ jinħasel.
- Saru laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-Ministeru tat-Turiżmu u l-
Managing Authority
tal-fondi Ewropej,
Planning and Priorities C0-ordination Division
(PPCD) dwar fondi tal-
European Regional Development Fund
(ERDF) għall- proġett.