Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birzebbuga — Triq San Mikiel - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq San Mikiel f'Birzebbuga tiġi mogħtija wiċċ ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan ix-xogħol huwa wieħed ta' manutenzjoni li normalment isir mill-Kunsill Lokali.

B'Buġia — Letter Box

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li tiġi nstallata letter box fil-viċinanza ta' Triq San Mikiel, B'Buġia peress li l-eqreb waħda tinsab 10 minuti mixi 'l bogħod?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li viċin Triq San Mikiel hemm tliet kaxxi ta' l-ittri li jinsabu fi Triq Żaren Dalli, Pretty Bay u l-Pjazza tal-Knisja. Għalhekk ir-residenti ta' Triq San Mikiel jistgħu faċilment jagħmlu użu minn dawn it-tliet kaxxi. Għaldaqstant, ma tinħasx il-ħtieġa li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri oħra fil-viċinanza ta' Triq San Mikiel.

Ħal Għaxaq — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq N/S Off Sebastian Saliba Str f'Ħal Għaxaq ser jinbeda x-xogħol fuqha peress li din hija inaċċessibbli għalkemm abitabbli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Bormla — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Bormla li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Kalkara — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Kalkara li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Xgħajra — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fix-Xgħajra li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Ministeru tat-Trasport Pubbliku — Karti bla watermark

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b' cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000? Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:- Dipartiment Nru ta' Valur Provditur Riżmi Avjazzjoni Ċivili 225 Lm597.71 M.C. Fenech 1, Valley Road, Poala Liċenzji u testijiet 1460 Lm1845.22 Shanelty Ltd. Progress press Co. Ltd. J.M. Supplies Co. Ltd. Tat-Toroq 15 Lm27.90 Arrow Swift Contacts, Qormi (Bit-tender)

B'Buġia — Triq il-Kanġu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm li Triq il-Kanġu, B'Buġia tiġi nvellata mill-ġdid u jiġu mibnija kanali għal ilma sabiex ma tibqax tgħereq kull meta tagħmel ix-xita

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li hemm bżonn isir fi Triq il-Kangu diġa' qiegħed imdaħħal fit-tenders li d-Dipartiment tat-Toroq ipprepara biex jippubblika għal toroq fil-lokalita'.

PTA — Marsaxlokk - Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sistema ta ' trasport bejn M'Xlokk u l-Belt ma tibqax kif inhi iżda ssir diretta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizz bejn Marsaxlokk u l-Belt diġa' jeżisti via Zejtun. Dan is-servizz qed jinħadem skond il-bżonnijiet tal-lokalitajiet konċernati.

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol biex Triq Hompesch, Fgura tinqala' u tinbena mill-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar- risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 22605.

Birgu — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Birgu li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Isla — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fl-Isla li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ser jagħmel wiċċ ġdid f'dawn il-lokalitajiet:- Pjazza Gorġ Mitrovich Triq l-Arċisqof Mattei Pjazza Papa Benedittu XV Triq il-Vitorja Misraħ 4 ta' Settembru Pjazza Franċesco Zahra.

Żabbar — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Ħaż-Żabbar li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f'Malta fejn it-traffiku qed jiġi regolat minn sistema ta' traffic lights? Kemm minn dawn bdew jitħaddmu matul din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'Malta u Għawdex hemm seba' u erbgħin lokalita' li t-traffiku fihom hu regolariżżat bit-traffic lights jew pelican lights. Matul is-sena 2000 il-programm ta' dan ix-xogħol kien aktar indirizzat lejn l-istallazjoni ta' pelican lights li twaħħlu f'29 lokalita'.

Għaxaq — Triq il-Millieri - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta din l-amministrazzjoni se tirranġa u tagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Millieri, Ħal Għaxaq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22588.

Wied il-Għajn — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ssir Triq il-Kavallieri ta' Malta, Wied il-Għajn li hi fi stat ħażin ħafna u minkejja li hi ferm abitata għadha qatt ma saret?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem fuq il-ħruġ ta' tenders ta' 10 toroq f'Wied il-Għajn.

Vetturi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22471 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm-il vettura reġistrata f'pajjiżna ġiet misruqa barra minn xtutna, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jżommx din it-tip ta' statistika.

PTA — Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fil-11 ta' Jannar 2001 fit-3.30 p.m. xarabank li kienet qed taħdem ir-rotta 42, telqet in-nies kolha fil-venda fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dwar il-każ li rrifera għalih l-Onor. Interpellant jidher li ma sar l-ebda rapport uffiċjali. Għaldaqstant, nitlob li jekk l-Onor. Membru għandu aktar informazzjoni dettaljata dwar dan il-każ jgħaddiha lili u b'hekk tkun tista' ssir investigazzjoni dwar x'ġara eżatt.

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex il-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul 1999 - 2000 ma sar l-ebda studju biex tiġi nstallata xi sistema ta' enerġija solari fuq il-bini li huwa responsabbli minnu dan il-Ministeru, u m'hemmx il-ħsieb li s-sena d-dieħla jsir xi studju fuq dan is-suġġett.