Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22957 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaż-Żebbuġ — Cables ta' l-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jordna sabiex il-cables ta' l-elettriku li qegħdin overhead mal-bini fi Triq l-Anġlu u Triq Vilhena f'Ħaż-Żebbuġ jiġu mibdula minħabba li huma mikxufa u jistgħu jkunu ta' perikolu għall-pubbliku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-linji ta' l-elettriku li qed issir riferenza għalihom huma miġbuda skond is-sengħa u ma jikkostitwixxu l-ebda periklu.
Leg 9 PQ #22966 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Taxien — Sqaq Brittaniku

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li tinsab quddiem il-blokk tal-gvern 51A fi Sqaq Brittanika, Numru 1, Tarxien, li ilhom jirrapportaw ir-residenti bil-ħsara mingħajr ma jsir xejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza msemmija diġa saret.
Leg 9 PQ #22968 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22865?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif isir perjodikament, kien hemm tibdiliet fil-bordijiet tal-kumpaniji sussidjarji ta' l-Air Malta. Dawn il-bordijiet huma ffurmati kemm minn eżekuttivi ta' l-Air Malta kif ukoll minn persuni minn barra l-Kumpanija. Il-policy ta' l-Air Malta kienet u għadha li fejn eżekuttiv tal-Kumpanija iservi fuq iżjed minn bord wieħed, dan xorta waħda jirċievi remunerazzjoni waħda. Din il-prattika ser tibqa' tiġi adottata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet tal-kumpaniji sussidjarji ta' l-Air Malta.
Leg 9 PQ #22977 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Edukazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari nru. 22712 biex niġi povdut b'analiżi ta' kif dipartimenti u kumpaniji tal-gvern kellhom nies impjegati magħhom f'Ottubru 2000 u f'Novembru 2000, peress li skond din it-tweġiba f'Ottubru 2000, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni kellu 3,228 raġel u 4,287 mara impjegati full-time miegħu, u f'Novembru 2000, fl-istess dipartiment kellu 2,886 raġel u 3,749 mara, tiġifieri f'xahar seħħ tnaqqis ta' 880 impjegat full time, tista' jekk jgħoġbok tispjega r-raġunijiet għal dan t-tnaqqis sensazzjonali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-diskrepanza li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tirriżulta minħabba l-fatt li fit-tabella li tajt, waqt li ċ-ċifri ta' l-impjegati Għawdxin fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal Ottubru dehru bħala parti miċ-ċifri għal Malta, f'Novembru dawn dehru maċ-ċifri għal Għawdex.
Leg 9 PQ #22979 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Belt — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir il-manutenzjoni meħtieġa tad-dawl li hemm maqtugħ taħt il-mina tal-Yellow Garage il-Belt u anke fil-foss fejn isir il-parking anke wara nżul ix-xemx?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #23022 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

State Monitoring Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-istate monitoring board?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-iState Aid Monitoring Board. S'issa dan il-Board iltaqa' 11-il darba.

Libja — Flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu flus mil-Libja: (a) Malta Drydocks; (b) Air Malta; u (ċ) Limsuk?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent it-Tarzna ta' Malta għandha tieħu 12.7 miljuni dollari Amerikani, l-Air Malta 20 miljun dollari AMerikani filwaqt li l-LIMSUK ma għandha tieħu ebda ħlas mill-pajjiż imsemmi. Tajjeb jingħad li ġimgħatejn ilu, it-Tarzna ta' Malta irċeviet ħlas fl-ammont ta' tmein mitt elf dollaru Amerikani, waqt li l-pagamenti dovuti lill-Air Malta għaddejjin b'mod regolari.
Leg 9 PQ #23142 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Triq il-Ħut, Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta isaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fi Triq il-Ħut, Wied il-Għajn għax hemm diversi ilmenti mir-residenti? X'inhi l-kawża u x'inhu r-rimedju biex il-provvista fi Triq il-Ħut, tissaħħaħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #23143 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Multigas

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni quddiem l-MDC biex il-Multigas tingħata biċċa art biex tibni l-fabbrika tagħha f'Ħal Kirkop? Meta ġiet diskussa mill-MDC u meta ġiet approvata t-talba tal-Multigas biex tingħata mhedda ta' art f'Ħal Kirkop? Minn kien il-kap eżekuttiv ta' l-MDC meta ġiet approvata din it-talba?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'Jannar tal-1998 il-Multigas issottomettiet lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta "Business Plan" dettaljat għall-bini ta' impjant ġdid flimkien ma' talba sabiex tiġi allokata medda ta' art f'Ħal Kirkop. F'Awissu ta' l-istess sena l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni iddiskuta t-talba tal-Multigas u approva l-allokazzjoni tal-biċċa art imsemmija fuq sabiex fuqha jinbena l-impjant il-ġdid. Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni ta' dak iż-żmien kien Dr Mario Vella.
Leg 9 PQ #23188 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22803?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li wara li nħarġet l-aħħar "cycle" ta' kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, li kienet tkopri konsum għall-perjodu bejn April/Mejju u Awissu/Settembru 2000, minn total ta' 262,440 kont kien hemm 77,488 li kellhom arretrati ġejjin minn kontijiet pendenti. Sad-19 ta' Jannar 2001, l-ammont dovut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta minn kontijiet pendneti kien jammonta għal Lm35,252,315. Dan l-ammont jinqasam f'Lm7,050,463 konsum ta' ilma u Lm28,201,852 konsum ta' dawl.
Leg 9 PQ #23198 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl — Qtugħ fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22725?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 22725 weġibtha waqt is-Seduta numru 472 tal-Ġimgħa 19 ta' Jannar 2001.
Leg 9 PQ #23199 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Qtugh fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22726?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 22726 weġibtha waqt is-Seduta numru 472 tal-Ġimgħa 19 ta' Jannar 2001.
Leg 9 PQ #22634 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Trab tal-bajd

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa l-export refund fuq il-materja prima tat-trab tal-bajd importat f'Malta għall-industriji lokali li jipproduċu għas-suq lokali, gallettini, ħelu eċc mill-pajjiżi ta' l-UE fil-preżent? Jista' jinformani x'impatt se jkollu fuq il-konsumaturi u l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni tat-trab tal-bajd, ġej mill-pajjiżi tal-EU? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul dawn l-aħħar sentejn dwar dan l-impatt li se ġġib il-politika tal-UE fuq l-industrija lokali u l-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476
Leg 9 PQ #22635 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Trab tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa l-export refund fuq il-materja prima tat-trab tal-ħalib importat f'Malta għall-industriji lokali li jipproduċu għas-suq lokali, gallettini, ħelu etc mill-pajjiżi ta' l-UE fil-preżent? Jista' jinformani x'impatt se jkollu fuq il-konsumaturi u l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib, ġej mill-pajjiżi tal-EU? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul dawn l-aħħar sentejn dwar dan l-impatt li se ġġib il-politika tal-UE fuq l-industrija lokali u l-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476.
Leg 9 PQ #22641 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Pakketti ta' l-għaġin

Question

Peress li fuq ħafna prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għall-konsumatur lokali se jintilef il-benefiċċji ta' l-export refund wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropa, jista' jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan it-telf ta ' benefiċċji fuq l-importazzjoni tal-pakketti ta' għaġin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistosija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476.
Leg 9 PQ #22642 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġobon — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' ġobon importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tariffi mħaddma mill-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' importazzjoni ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni, jinħadmu skond il-prezz tal-mument fuq is-swieq internazzjonali tal-prodott konċernat. Għaldaqstant mhux realistiku li llum isiru kalkoli dwar taxxi li ser jiġu applikati fil-futur. Barra minn hekk, anke li kieku dan it-tip ta' kalkolu kien viabbli, it-tweġiba għal din il-mistoqsija tkun tiddependi wkoll mir-riżultati tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Tajjeb jingħad ukoll li fil-preżent f'pajjiżna qed jiġu applikati levies sostanzjali fuq l-importazzjoni ta' bosta minn dawn it-tipi ta' prodotti. Hu mistenni li wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dawn il-levies jispiċċaw.
Leg 9 PQ #22643 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butir — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' butir importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #22644 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejt taż-Żebbuġa — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa mportat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #22630 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hu l-export refund fuq prodotti tal-ikel tal-poplu Malti importati f'Malta li huma magħmula mill-kompożizzjoni ta' zokkor, trab tal-ħalib u trab tal-bajd eċċ bħal gallettini, ċikkulata, ħelu fil-preżent? Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun l-impatt tat-telf tal-export refund fuq dawn il-prodotti importati mill-pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru? Jista' jgħid wkoll kemm se jkunu t-tariffi li timponi fuq il-poplu Malti, l-UE, fuq dawn il-prodotti importati minn barra l-pajjiżi membri tal-UE ward?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-Unjoni Ewropea kemm l-"export refunds" kif ukoll l-"import levies" fuq prodotti agrikoli jinħadmu skond il-prezz tal-mument fis-swieq internazzjonali. Għaldaqstant ma jkunx realistiku li llum isiru kalkoli dwar sussidji u taxxi li jistgħu jiġu applikati fil-futur. Barra minn dan, anke li kieku dan it-tip ta' kalkolu kien vijabbli, it-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi ħafna mir-riżultati tan-negozjati bejn pajjiżna u l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari dwar it-tħaddim tal-politika agrikola komuni (common agricultural policy) fil-konfront ta' Malta bħala membru ġdid. It-tweġiba għall-mistoqsija tiddependi wkoll mit-tibdil li mistenni jkun hemm fl-istess politika komuni agrikola ta' l-Unjoni bħala riżultat ta' l-istess tkabbir. Tajjeb jingħad ukoll li fil-preżent f'pajjiżna qed jiġu applikati levies sostanzjali fuq l-importazzjoni ta' bosta minn dawn it-tipi ta' prodotti. Hu mistenni li wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dawn il-levies jispiċċaw.
Leg 9 PQ #22631 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hu l-export refund fuq prodotti tal-ikel tal-poplu Malti importati f'Malta li huma magħmula mil-laħam abjad fil-preżent? Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun l-impatt tat-telf tal-export refund fuq dawn il-prodotti mportati mill-pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru? Jista' jgħid wkoll kemm se jkunu t-tariffi li timponi fuq il-poplu Malti, l-UE, fuq dawn il-prodottii mportati minn barra l-pajjiżi membri tal-UE ward?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tjt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta ta' llum stess.