Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28635 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

ITU – użu ta’ mediċini skaduti

Question

B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-każ fejn ġiet amministrata l-mediċina skaduta seħħ nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru 2016? Jekk dan huwa minnu għalfejn il-Ministru ħalla ġimgħa tgħaddi qabel ma ħa passi u fetaħ inkjesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja inkjesta sabiex tistabilixxi l-fatti kif ġraw, ninformaha li l-Ministeru kien informat b'dan il-każ fil-11 ta' Novembru 2016. Immedjatament ittieħdu passi tant li illum s-CPSU għandu stock adekwat ta’ Tamiflu bħala “standby stock”.
Leg 12 PQ #28636 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – każ ta’ amministrazzjoni ta’ mediċini skaduta

Question

B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba jista’ jkun li l-għola awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei kienu nfurmati bil-każ tal-amministrazzjoni ta’ mediċina skaduta, min qed imexxi l-investigazzjoni fuq dan il-każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord intern qed jitmexxa mis-Sinj. Doreen Ellul.
Leg 12 PQ #28637 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #28638 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses and Midwives Council – rapport ta’ investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27703 u jgħid meta se jippubblika r-rapport tal-investigazzjoni li saret wara l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tal-Council for Nurses and Midwives?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta dwar din il-materja għadha mhix konkluża.
Leg 12 PQ #28497 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għas-Saħħa

San Pawl il-Baħar – drenaġġ li ħareġ fil-baħar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk dak li allegatament kien drenaġġ li ħareġ fil-baħar fl-akkwati ta' San Pawl il-Baħar, nhar il-Ħadd 6 ta' Novembru, ikkontaminax il-baħar tal-istess akkwati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-istaġun uffiċjali tal-għawm din is-sena beda’ fis-16 ta’ Mejju u spiċċa fit-23 t’Ottubru, bħalissa ma jsirx moniteraġġ ta' rutina tal-ilma baħar. Madanakollu xorta saret spezzjoni f’din iż-żona mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u waqt l-istess spezzjoni ma ġiex innutat drenaġġ ħiereġ fil-baħar.
Leg 12 PQ #28543 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas għal kull sodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iħallas il-gvern ta’ kull sodda lil Vitals Global Healthcare? Minn meta beda jsir dan il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa qegħdin fil-proċess li nħallsu somma globali li tkopri s-servizzi mogħtija mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-isptar Karen Grech sal-aħħar tal-2016.
Leg 12 PQ #28544 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas ta’ sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont li l-gvern iħallas lil Vitals Global Healthcare huwiex l-istess għal kull tip ta’ marda jew jekk is-sodod u l-ħlas għalihom humiex ikklassifikati skont it-tip ta’ mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28543.
Leg 12 PQ #28545 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas ta’ sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta’ ħlas għal kull sodda kuljum lil Vitals Global Healthcare tinkludix l-investigazzjonijiet kollha li jsiru fuq il-pazjent? Jekk le, kif jitħallsu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28543.
Leg 12 PQ #28546 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-Vitals Global Healthcare sal–lum mill-gvern għas-servizzi li taw u /jew qed jagħtu? Liema kienu dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas li l-gvern se jkun qed iħallas jitqabbel raġonevolment mal-ispejjeż rikorrenti tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-isptar Karen Grech.
Leg 12 PQ #28547 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni (EPA) fil-preżent? Fil-preżent, kemm għandha impjegati l-EPA u x’inhuma r-remunerazzjonijiet u l-perks ta’ kull impjegat/a?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun huwa kompost mill-President; L-Imħallef Philip Sciberras u tlett membri oħra; Dr Patrick Sammut, Ms Mariella Meachen u Ms Pauline Baldacchino. Din l-Awtorita’ għandha tlett impjegati.
Leg 12 PQ #28564 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta' mard — persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #28589 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Problemi Finanzjarji – każ

Question

Jista’ l-Ministru jsegwi l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għal dawn l-aħħar ħames xhur, l-impjegati ilhom ma jitħallsu minħabba problemi finanzjarji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pagamenti saru kollha u l-kuntrattur għandu jirċievi l-ħlas fil-ġranet li ġejjin.
Leg 12 PQ #28598 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28599 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #27704 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Xogħlijiet ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei? Għandu l-kwalifiki meħtieġa biex jagħmel dan ix-xogħol? X’paga qed jingħata dan l-individwu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha qed imexxi l-Booking Office tal- isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #27705 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

NPICU – trabi li nżammu għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) kull sena (sena b’sena) mill-2010 sal-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ kemm trabi nżammu għall-kura fin-NPICU fl-isptar Mater Dei mis-sena 2010 sal-2015 huwa ta’ 388 fis-sena.
Leg 12 PQ #27706 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

NPICU – żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex fl-2016 kien hemm żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għal din is-sena għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #28190 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Infestazzjoni ta’ ġrieden – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għamlu l-ispezzjoni neċessarja u għalhekk il-każ qed ikompli jiġi segwit.
Leg 12 PQ #28472 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitalis Healthcare Group – due diligence

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28063, fejn ikkonferma li saret due diligence fuq l-ultimate beneficial owners ta’ Vitalis Global Healthcare Limited, jista’ l-Ministru jgħid: 1. kemm hu n-numru ta’ individwi li għandhom 2% tal-ishma jew aktar; u 2. jiżvela l-identità ta' kull ultimate beneficial owner u jekk il-Ministru ma jridx jagħmel dan, huwa mitlub jgħid il-perċentwali tal-ishma li għandu kull ultimate beneficial owner?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Mark Edward Pawley waħdu huwa l-ultimate beneficial owner ta’ Vitals Global Healthcare Limited.
Leg 12 PQ #27698 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min-nurses li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-sena 2015 u April ta’ din is-sena ingaġġajna 367 nurse. Din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.