Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-vera raġuni għala fil-kawża - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u mhux mill-iSpettur tad-distrett kif is-soltu jsir? Fl-aħħar sena, f'kemm-il każ deher għall-Prosekuzzjoni fil-Qorti l-imsemmi Supretendent?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-investigazzjoni in kwistjoni saret b'mod konġunt mis-Suprentendent u l-Ispettur responsabli tad-Diviżjon. L-istess Spettur eventwalment ħareg l-akkużi relatati. Waqt l-investigazzjoni is-Suprentendent imsemmi kien assista u fil-fatt anke kien preżenti fuq il-post waqt l-ispezzjoni li saret. Barra min dan hu ta' x-xhieda tiegħu fil-Qorti meta nstema il każ.
Din ma kienetx l-ewwel darba dan l-Uffiċjal assista lill-Spetturi ohra f'kawżi fil-Qorti kif huwa dmir tiegħu li jagħmel kif u meta kien hemm il-ħtieġa. Dan kien anke jagħmlu f'diversi seduti tad-Distrett għal raġunjiet diversi l-iktar meta Spetturi li tagħhom kien responsabbli kien ikollhom kawzi ohra, u ma kienux jistgħu ikunu presenti f'Awli differenti fl-istess ħin.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kollaborazzjoni u għajnuna mogħtija mill-imputat lill-Pulizija fil-kawża li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kienet tali li, fi kliem il-Prosekuzzjoni seduta stante, kienet intitolat lill-imputat għal tnaqqis sostanzjali tal-piena? Din l-għajnuna tfisser li l-Pulizija ħadet jew se tieħu passi kontra min kien biegħ jew forna lill-imputat tali logħob tan-nar illegali u li kellu jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ relatat l-imputat ikkoppera mal-pulizija sa mill-bidu nett f’kull stadju tal-investigazzjoni u għalhekk il-Qorti flok imponiet piena ta' priġunerija ordnatlu jħallas multa ta' 250 Euro kif ukoll il-konfiska tal-materjal in kwistjoni. Kien l-istess persuna li ħadem il-loghob tan-nar illegali fl-istess kamra fejn in-nar kien instab, u l-ebda persuna oħra ma forniet dan il-loghob tan-nar lill din il-persuna. Il-każ ġie konkluż u in-nar illegali inħaraq fil-presenza tal-armata u l-Pulizija.
Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni kien hemm bejn il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association bejn Marzu 2013 u Diċembru 2013 dwar it-twaqqif ta’ union għall-Pulizija, u d-data ta’ meta saret kull laqgħa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Laqgħat ta’ konsultazzjoni saru mal-Ministru u mhux mal-Kummisarju tal-Pulizija. Dawn il-laqgħat kienu suċċess tant li d-dritt tal-Union tal-għażla lill-korpi dixxiplinati, liema dritt ġie kontestat mill-Onor. Interpellant, ser isir liġi mill-aktar fis.
Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni kien hemm bejn il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association bejn Marzu 2013 u Ġunju 2013 dwar it-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit u x-shift il-ġdid tal-membri ta’ dan il-unit u d-data ta’ meta saret kull laqgħa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm okkazzjoni fejn it-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit u shift relatat ma din it-taqsima, kien ġie diskuss mill-Kummissarju tal Pulizija mal-Malta Police Association.
Malta Security Services — sistema ta’ interċettazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li kull użu li sar tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) mill-Malta Security Servicesmatul l-aħħar sena , kien debitament awtorizzat bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni valida skont Kapitolu 391 u ma kien hemm l-ebda ksur ta’ artikolu 4(2) tal-istess Kapitolu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Inserrah ras il-Kap tal-Oppożizzjoni li kollox isir kif suppost u fl-ambitu tal-liġi li tiggerola l-interċettazzjonijiet. Madankollu nappellalu biex mistoqsijiet bħal dawn iqajjimhom fil-kumitat tas-Sigurta, li hu membru tiegħu.
Malta Security Services – manteniment u sapport tas-sistema ta’ interċettazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-manteniment u s-sapport tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) li jużaw il-Malta Security Services? Kif inhu regolat is-Support and Maintenance Agreement bejn il-Malta Security Services u l-entità responsabbli li jipprovdu dan is-sapport? X’aċċess għandhom għal din is-sistema dawn il-kuntratturi? Jista' jikkonferma li dawn il-kuntratturi b'ebda mod ma jistgħu b'mod dirett, indirett jew anke klandestinament jużaw is-sistema huma jew jinterċettaw komunikazzjonijiet ġewwa Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.
Malta Security Services – awditjar fuq is-sistema ta’ interċettazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmi jeżistu biex ikun jista’ jsir awditjar fuq l-użu li l-Malta Security Services tagħmel tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception)? Min hu responsabbli li jżomm dan l-awditjar? X’logs jinżammu dwar l-użu tas-sistemi ta’ interċettazzjonijiet tal-Malta Security Services? Kif jiġu verifikati dawn il-logs u min minn jiġu verifikati? X’garanziji jeżistu li kull użu tas-sistemi ta’ interċettazzjonijiet adoperati mill-Malta Security Services effettivament qed ikun logged u li tali logs ma jistgħux jitbagħbsu jew jitħassru?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.
Malta Security Services – rendikont tal-użu tas-sistema ta’ interċettazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi rendikont li juri (anke f’forma anonima ) l-użu kollu li sar mis-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) tal-Malta Security Services u n-numru tar-referenza (reference number) tal-awtorizzazzjoni maħruġa mill-Ministru?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ judicial oversight jeżisti fuq l-użu tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) adoperata mill-Malta Security Services?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.
Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja C-293/12 u C-594/12, fejn il-Qorti kkonkludiet li d-Direttiva 2006/24/EC hija invalida, jista’ jgħid x’passi qed jieħu l-Gvern sabiex jirrevedi jew jirrevoka t-Tieni Parti tal-Liġi Sussidjarja SL.440.01.?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9652 u jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9682 u jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid għal kull każ, x’kien ix-xoghol, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korp tal-Pulizija — Pulizija ta’ Riżerva - kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li qed ikun mistenni li jiffirmaw il-pulizija ta’ riżerva (part-time police officers)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt li jinkorpora l-kundizzjonijiet t'ingaġġ tal-Kuntistabbli tar-Riżerva.
Pussess ta’ logħob tan-nar (murtali) – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra l-licensee tan-nar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli fit-28 ta’ Diċembru 2013 instab li kellu fil-pussess tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ ammont konsiderevoli ta’ logħob tan-nar (murtali) illegali li kellu l-ħsieb li jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta? Fiex kienet tikkonsisti l-illegalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-imsemmija data ma kien hemm l-ebda inċident simili.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn irriżulta li kien inxtara l-logħob tan-nar illegali (blalen/murtali) li nstab fil-pussess tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’Ħaż-Żebbuġ fit-28 ta’ Diċembru 2013 u li kellu jinħaraq waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 6825.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, f'kull livell in-numru ta' uffiċjali tal-pulizija, li reġgħu daħħlu għax-xogħol wara li kienu spiċċaw mis-servizz qabel Marzu 2013? Għal kull livell kemm kien in-numru ta' uffiċjali li rritornaw fis-servizz? Kemm kien ilhom li spiċċaw mis-servizz dawk li rritornaw?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 61 uffiċjal tal-pulizija li ġew re-instated wara li kienu spiċċaw mis-servizz qabel Marzu 2013. L-uffiċjali li ġew re-instated kienu hekk:
Supretendent: 1
Spettur: 2
Surġent-Maġġur tat-Tieni Klassi: 2
Surġenti: 12
Kuntistabbli: 44
Għall-aħħar parti tad-domanda qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi kemm kien ilhom li spiċċaw mis-servizz dawk kollha li ġew re-instated.