Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li għal minibuses il-bojod u chauffeur driven cars jeħtieġ li jkunu reġistrati fuq public service garage, ma jsirx l-istess għal minibuses il-ħomor u għat-taxis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-enti jew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Matul din is-sena l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq flimkien ma' l-Awtorita’ dwar it-Trasport applikaw direttament għal diversi fondi mill-Unjoni Ewropea. Tabella ta’ dawn l-applikazzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress li dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu ikkunsidrati, mhux possibli f’dan l-istadju nagħtu figuri.
Jista' il-Ministru jinformana meta se jibda x-xogħol fuq il-pont ta' Manwel Dimech, Regional Road, u jekk it-triq ta' taħt il-pont, cioe' biċċa minn Triq il-Mensija, hux se tkun parti minn dan ix-xogħol jew hux se jsir apparti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħol fuq il-pont ta' Manuel Dimech hu mistenni li jibda Jannar/Frar ta' l-2006 u jitlesta fi żmien sena.
Ix-xogħol fi Triq il-Mensija mhux parti min dawn ix-xogħlijiet iffinzjati mill-Unjoni Ewropea. Il-bini ta' parti minn din it-triq ser isir mill-gvern
ċentrali. It-tender inħareġ f'Lulju ta' din is-sena u ġie awarded f'dawn l-aħħar ġimgħat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq l-10 ta' Settembru 1797 magħrufa bħala taċ-Ċawsli u li tagħti bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura u bejn il-mina ta' Hompesch u r-roundabout u li hija biċċa triq qasira li kull meta tagħmel ix-xirta tispiċċa mgħarrqa? Jistgħu jittieħdu passi peress li minħabba f'dan l-inkonvenjent tista' issir ħsara strutturali fid-djar li jagħtu għal din l-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Reċentament sar xogħol ta' tijib fis-sistema ta' l-istorm water f'din it-triq. L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda fil-proċess li tara kif din is-sistema ser taħdem biex hekk tkompli t-tieni fażi tax-xogħlijiet.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14894 u cioe': Fl-aħħar snin kienu tqabbdu katusi ġodda ta' l-ilma tax-xita mal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara wara li kienet ħarġet sejħa għall-offerti, biex jarmu l-ilma tax-xita li jinġabar mit-toroq tal-madwar għal ġewwa fih. Jista' jgħid f'liema sena kien beda dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol kien ħareġ b'offerta mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14894.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15355 u 15101, u in vista tal-fatt li hemm 216 studenti universitarji minn Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ma jinbediex servizz ta' karozza tal-linja diretta għall-universita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14691 u jgħid fiex wasal il-proġett tal-bicycle lanes fit-toroq tagħna? Jista' ukoll jagħmel pubbliku x'inhu l-ispeed limit fit-toroq Maltin għaliex hemm ħafna informazzjoni konfliġġenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-minibuses il-ħomor jistgħu jinxtraw second hand u fil-każ tal-mini buses bojod jistgħu jinxtraw ġodda biss?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm fadal jitwaħħlu tabelli tat-traffiku overhead u mal-ġenb tat-triq? Kemm mit-tabelli li twaħħlu ġratilhom ħsara u jeħtieġ li jinbidlu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14892 billi jikkonsidra li tiġi kkurata biċċa art imħarbta f'nofs Triq is-Salib Imqaddes, kantuniera ma' Triq Bwieraq, Birkirkara? Jista' jikkonsidra li jsiru water culverts għal ġol-ġibjun taħt din l-art għaliex qed jgħerqu dawn it-toroq, inkluż Triq F.S. Caruana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14892.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati jew inħarġu liċenzji għal vetturi second hand importati mill-Ġappun din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vetturi second hand importati mill-Ġappun u li ġew reġistrati fl-2004 jammontaw għall-4288 filwaqt li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2005 ġew reġistrati 3917.
Jista’ il-Ministru jgħid meta ser ikun lest l-asfaltar ta' Triq il-Gardjola fil-Fgura?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar t-Trasport qed tipprepara stejjem tax-xogħlijiet meħtieġa f’din it-triq. Ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet mill-program tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li tiġi kkurata biċċa art imħarbta f'nofs Triq is-Salib Imqaddes, kantuniera ma' Triq Bwieraq, Birkirkara? Jista' jikkonsidra li jsiru water culverts għal ġol-ġibjun taħt din l-art għaliex qed jgħerqu dawn it-toroq, inkluż Triq F.S. Caruana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant se tiġi studjata. Id-Direttorat qed ihejji program ta' xogħlijiet li se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14955, jista' il-Ministru jgħid jekk l-interviews sarux lill-applikanti kollha u jgħid meta saru u minn min? Inoltre, peress li l-post għadu vakanti, jista' jgħid x'passi qed jittieħdu biex jimtela' l-post?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li wara li sar short listing sar interview wieħed, dan sar fit-13 t'Ottubru, 2005. L-interviewing board kien magħmul mic-Chief Executive Officer u mill-Human Resources Manager ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport.
Peress li l-post għadu vakanti l-Awtorita’ għamlet talba lill-ETC biex tibda il proċess tagħha wara li ma nstab ħadd addattat għal posizzjoni msemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tax free for handicapped persons? Jista' jgħid kemm minn dawn il-karozzi huma ta' valur bejn Lm10,000 - Lm20,000, bejn Lm20,000 - Lm30,000 u Lm30,000 jew aktar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li meta l-Awtorita' dwar it-Trasport tirreġistra karozza li nagħtat awtorizazzjoni sabiex ma titħallas taxxa ta’ reġistrazzjoni din tiġi rreġistrata bi pjanċi TF. Minħabba raġunijiet ta’ kif inhi magħmula s-sistema kompjuterizzata ma’ jiġux allokati dawn it-tip ta’ reġistrazzjonijiet (TF) għal raġunjiet speċifiċi bħal ma qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant jiġifieri for Handicapped Persons. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Informazzjoni speċifika ta’ x’ingħataw eżenzzjonijiet ta’ ħelsien mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni lil Handicapped Persons hija responsabbilita tal-Ministeru tal-Finanzi għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.