Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22340 u jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Dipartiment tal-Kuntratti – letters of acceptance ta’ tenders irtirati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet li dwarhom id-Dipartiment tal-Kuntratti jkun infurmat li wara li jkunu ħarġu l-Letters of Acceptance ta' tenders ta' xogħol għal xi Dipartiment tal-Gvern, fil-fatt it-tender tkun ġiet irtirata minħabba xi raġuni jew oħra, u dan għall-perijodu mill-2013 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti m’għandux l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija.
Aġġudikazzjonijiet ta’ tenders – każijiet ta’ appelli
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' appelli mill-aġġudikazzjoni tat-tenders li kienu ħarġu, matul il-perijodu 2014, 2015 u 2016 s’issa? Liema kienu t-tenders li għalihom saru l-appelli kif indikat fil-mistoqsija? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' appell li nbeda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — promotions
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-promotions kollha, inkluż it-titlu tal-impjiegi, li saru fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) bejn April 2013 u l-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm huwa l-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi għall-impjiegi msemmija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjon mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rigward il-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi għall-impjegati tal-MFSA jinsabu fir-risposta għall-PQ 23860.
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-pakkett finanzjarju u l-perkaċċi marbuta ma' kull impjieg, skont it-titlu, fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fl-MFSA fl-aħħar ta' Jannar 2016? Jista' jagħti break down tat-titli tal-ħaddiema u kemm hemm ħaddiema skont it-titli?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-promotions kollha, inkluż it-titlu tal-impjiegi, li saru fi ħdan il-Bank Ċentrali ta' Malta bejn April 2013 u l-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm huwa l-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi għall-impjiegi msemmija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dħul mill-Corporate Tax hekk kif preżentat fl-istatistika tal-NSO hux net mir-refunds li jitħallsu lura lit-tax payers għall-finijiet tal-Income Tax Management Act?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi nikkonferma li għall-fini tal-NSO News Release 201/2015 – ‘Tax Revenue: 2014’, il-Corporate Income Tax huwa rrapurtat net mir-refunds. Ta’ min jinnota li skont il-metodoloġija tal-ESA 2010 it-taxxi kollha huma rrapurtati net mir-refunds.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jibbenefikaw mit-taxxa għal Return Migrants u jagħti r-raġuni għalxiex dan il-benefiċċju huwa limitat għall-ħames snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li bbenefikaw mill-iskema ta’ taxxa għal Returned Migrants matul is-sena ta’ stima 2015 kienu 122. Dan il-benefiċċju mhuwiex limitat għall-ħames snin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija (mingħajr ma jsemmi l-isem tal-kumpaniji) rreġistrat tnaqqis fl-esportazzjoni tagħha fis-snin 2014 (meta mqabbla mal-2013) u l-2015 (meta mqabbla mal-2014) u għal kull sena jgħid għal kemm kien jammonta dan it-tnaqqis kumplessivament?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-Garanziji Bankarji li l-Gvern ħareġ lill-entitajiet privati (li l-ishma tagħhom mhumiex 100% kontrollati mill-Gvern) f’dawn l-aħħar 15-il sena? Għal kull każ, jista’ jagħti d-dettalji kollha tal-imsemmija garanzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ stimi li nħarġu mill-Periti tal-Gvern (wara li ġew eżaminati l-valuri tal-proprjetà) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u għal kull sena jagħti wkoll kemm inħarrġu re-assessments, kemm tħallsu u kemm minnhom ġew appellati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Taxxa tad-dokumenti – persuni taħt it-18-il sena — wirt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt it-18-il sena li fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 wirtu proprjetà u ħallsu t-taxxa tad-dokumenti? Għal kull sena, jista’ jgħid kemm kienet tammonta din it-taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m’għandux din l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-metodoloġija preżenti li hi addottata mill-Gvern dwar l-istimi tal-proprjetà u jekk u meta l-Gvern se jkun qed idaħħal fis-seħħ is-sistema fejn il-perit tal-applikant jagħti l-valuri rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sistema fejn il-perit tal-applikant jagħti l-valuri rispettivi, ġiet fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 2014 permezz tal-Avviż Legali numru 465/2014, u emendata fl-Avviż Legali 147/2015.
Abbażi tal-karatteristiċi tal-propjeta nnifisha u l-lokalita fejn qegħda, il-periti tad-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty jagħmlu l-evalwazzjoni tal-istima tal-propjeta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi tal-Acquisition of Immovable Property (AIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-lokalità li fihom inħarġu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ammonta l-bejgħ ta’ proprjetà fejn inħarġu l-Acquisition of Immovable Property (AIP) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-lokalità li fihom inħarġu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22342, jista’ l-Ministru jaqsam in-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, skont it-tip ta’ proprjetà mibjugħa (bħal penthouse, maisonette, appartament, art, raba’ eċċ.)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.