Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memo li nħareġ ftit tal-ġimgħat ilu mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità li fiha ntqal li biex deputat seta’ jżur xi residenza tal-anzjani jew ċentru ta’ matul il-jum ried jitlob permess lill-istess segretarjat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità ma ħareġ l-ebda Memo. Inħarġet ċirkolari li tfakkar fil-prassi li ddaħħlu mill-Gvern Preċedenti fejn hi l-kortesija li meta xi deputat iżur xi Dipartiment jew entitajiet oħra ikun milqugħ mill-Ministru jew Segretarju Parlamentari responsabbli.
Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani – żjarat f’residenzi għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni biex rappreżentanza mill-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani ngħataw struzzjonijiet mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità li m’għandhomx jibqgħu jmorru jżuru r-residenzi għall-anzjani, liema żjarat kienu jservu biex sussegwentament jitħejja rapport dwar nuqqasijiet li kienu jiġu nnutati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u u l-Persuni b’Diżabilità ma ħa l-ebda deċiżjoni biex rappreżentanza mill-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani ma jibqgħux imorru jżuru r-residenzi għall-anzjani.
Bord multidixxiplinarju – dħul f’residenzi u djar għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li llum qed jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar u residenzi oħra għall-anzjani f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Bord Multidixxiplinarju — dħul f’residenzi u djar għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-każijiet bejn April 2013 u April 2015 fejn il-Bord Multidixxiplinarju, li jiddeċiedi min jidħol jew le fid-djar jew residenzi oħra għall-anzjani, ma tax kas tar-rakkomandazzjonijiet tal-professjonisti bħalma huma rapporti tas-social workers?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull rakkomandazzjoni professjonali li titressaq quddiem it-tim multidixxiplinarju tiġi kkunsidrata. Is-Social Worker hija parti integrali minn dan it-tim.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li preżentament huma residenti fid-Djar għall-Anzjani u li mill-pensjoni tagħhom qed tinqatgħalhom 80%?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew medically boarded out mix-xogħol, minn Marzu 2013 'l hawn u li l-proċess biex isir dan inbeda mill-istess xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li jżomm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ persuni li ġew medically boarded out minn Marzu 2013 ’l hawn u għalhekk ġew eliġibli għal Pensjoni għall-Invalidità li titħallas mill-istess Dipartiment kien ta’ 1,034.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn childcare centres tal-Istat f’Malta u Għawdex? F’liema sena ħarġu l-permessi relevanti għal dawn iċ-ċentri? F’liema xahar infetħu dawn iċ-ċentri? Kemm għandhom tfal dawn iċ-ċentri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta hawn għoxrin (20) childcare centres tal-Istat. Id-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali għandu d-data tal-ewwel registrazzjoni taċ-ċentru mal-istess Dipartiment, u n-numru tat-tfal li huwa rreġistrat ma’ kull ċentru huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10644, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-Politika Nazzjonali għat-Tfal? Jista’ jagħti timeline sħiħ kif ukoll indikazzjoni ċara tal-passi li jmiss u meta se tiġi ppubblikata din il-politika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-Politika Nazzjonali għat-Tfal jinsab fi stadju avvanzat u huwa mistenni li jiġi komplut fil-ġimgħat li ġejjin sabiex wara jkun preżentat lill-Kabinett.
Skema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ – kunsilli lokali li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kunsilli lokali bbenefikaw mill-iskema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ fis-sena 2013? Jista’ jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali li l-Awtorità tad-Djar daħlet fi ftehim magħhom sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema u dan sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-komun ta’ binjiet fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid kemm saru binjiet f’kull lokalità fejn sar dan il-ftehim?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 l-Awtorità tad-Djar indirizzat każijiet pendenti ta’ Kunsilli Lokali li x-xogħlijiet fil-binjiet tagħhom kienu skedati għas-sena 2012, iżda tkomplew matul is-sena 2013. Madanakollu matul is-sena 2013 ma ġie ffirmat l-ebda ftehim ġdid ma’ Kunsilli oħra.
Skema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ – kunsilli lokali li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kunsilli lokali bbenefikaw mill-iskema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ fis-sena 2014? Jista’ jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali li l-Awtorità tad-Djar daħlet fi ftehim magħhom sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema u dan sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-komun ta’ binjiet fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid kemm saru binjiet f’kull lokalità fejn sar dan il-ftehim?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2014 permezz ta’ Skema 2 - Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern, l-Awtorità tad-Djar approvat li jsiru total ta’ 60 blokka mifruxin fuq seba’ lokalitajiet differenti. Dawn il-lokalitajiet jinkludu Bormla, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ, l-Isla, Ħal Luqa, Tal-Pietà u Ħal Qormi. L-ebda Kunsill minn dawn imsemmija għadu ma nfurmana li x-xogħlijiet tlestew.
Barra minn hekk l-Awtorità approvat ukoll proġett taħt Skema 1 - Riġenerazzjoni f’Oqsma tad-Djar tal-Gvern, fil-Lokalità tal-Ħamrun fejn hawnhekk ukoll ix-xogħlijiet għadhom għaddejin.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ilma maħmuġ li qed joħroġ mill-gallarija ta' fuqha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar hija responsabbli biex tagħmel tiswijiet strutturali meta dawn ikunu meħtieġa f’appartamenti li huma proprjetà tal-Awtorità jew tal-Gvern. Il-każ imsemmi ma jittrattax dwar struttura imma dwar kwistjoni bejn l-inkwilini li għandha tiġi riżolta bejniethom.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15453, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna peress li din il-problema għadha persistenti sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel dak kollu li hu fil-poter tagħha sabiex tara li l-inkwilin tal-appartament ta’ fuq il-każ imsemmi jagħmel it-tiswijiet meħtieġa biex iwaqqaf il-leakage tal-ilma.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15071, jista' l-Ministru jara meta se ssir l-ispezzjoni teknika mill-Awtorità tad-Djar rigward il-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni rriżulta li l-applikanta għandha tingħata għajnuna għall-istallar tal-bieb tal-washroom hekk kif hija tissottometti ittra mingħand sid il-kera fejn jiddikjara li huwa ma jsibx oġġezzjoni li jiġi stallat tali bieb u li l-washroom hija għall-użu tal-applikanti biss.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-homehelp ta’ persuna anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma sab l-ebda applikazzjoni għas-servizz tal-homehelp mill-persuna msemmija.
Pazjenti bl-isklerożi multipla – servizz ta’ fiżoterapija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9045, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi u jekk hemmx xi data stabbilita meta dawn il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu l-fiżjoterapija fir-residenzi tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità m'għandux aktar informazzjoni xi jżid mar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentaru 9045.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15171, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fis-Sexual Assault Response Team (S.A.R.T.) u mil-liema dipartiment ġejjin? Jista’ jgħid kemm huma l-persuni li ġejjin minn kull dipartiment involut?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tas-S.A.R.T., li tniehda bħala proġett pilota fl-1 ta’ Marzu 2014, qiegħed jiġi kkordinat mill-Għaqda Non-Governattiva Victim Support Malta permezz ta’ żewġ koordinaturi flimkien ma’ Bord ta’ Tmexxija.
F’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi professjonali mhux immedjati, is-SART joffri mill-inqas ħames (5)
social workers
(
on call
) mill-Agenzija Appoġġ u l-intervent ta’ mill-inqas żewġ (2) spetturi tal-Pulizija mis-sezzjoni tal-Vice-Squad. Servizzi oħra li jiġu provduti mis-settur privat jinkludu servizzi legali, ta’ ‘
counselling
’, ta’ psikjatrija u ta’ traduzzjoni. Is-servizzi mediċi jingħataw mill-istaff tal-isptar Mater Dei skont il-ħtieġa ta’ kull każ.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15147 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13306 u 13700, jista’ l-Ministeu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-konsulenti msemmija li għadhom bil-kuntratt sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14522, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet se jiġu stallati l-25 lift fi blokkok ta’ flats residenzjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-25 lift imsemmija jinsabu fil-blokki u lokalitajiet imsemmija hawn taħt:
Tender
inħarget, ingħatat u ġie ingaġġat kuntrattur
Numru ta’
Lifts
Isla
1
Mtarfa
6
Pembroke
4
Birkirkara
1
San Gwann
1
Tender
inħarget, u għadha fil-proċess ta’ aġġudikar
Numru ta’
Lifts
San Gwann
2
Ta’ Xbiex
3
Qormi
1
Mgarr
3
Siggiewi
1
Tender
inħarġet f’April u qed jigu milqugħa offerti
Numru ta’
Lifts
Isla
1
Naxxar
1
Total
25
Awtorità tad-Djar – ħsarat f’gallarija — każ ta’ individwu
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12328, jista’ l-Ministru jara x’sar mill-applikazzjoni tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-gallarija tagħha tinsab fi stat diżastruż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar u ġiet ippreparata stima sabiex jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet.
Nixtieq naċċenna wkoll li l-mistoqsija parlamentari 12328, li tagħmel referenza għaliha din il-mistoqsija, ma kinitx tittratta dwar tiswijiet.