Jista’ l-Ministru jispjega b’kemm u għala se jitnaqqas il-ħlas li jsir lil dawk li huma coeliacs b’effett minn Jannar 2015? Veru li l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta din il-kategorija ta’ persuni ma kenitx ikkonsultata? Jista’ jagħti ċ-ċifra tal-ħlas qabel u wara t-tnaqqis?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mhu ser jitnaqqas l-ebda ħlas lil dawk li huma Coeliacs.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10079, jista’ l-Ministru jgħid liema hu l-apparat li m’għandux maintenance agreement in vigore fl-iScreening Unit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull apparat biex jingħata s-servizz ta’ l-iscreening huwa kopert b’maintenance agreement. Beda proċess mas-CPSU biex kull agreement jiġġedded qabel ikun skada. Barra minhekk, qegħdin f’diskussjonijiet rigward upgrades tal-apparat u s-software biex inkomplu ntejbu l-kwalita’ tas-servizzi li qegħdin jiġu offruti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta’ Awwissu 2014 ’l hawn kienx hemm tfal taħt it-18-il sena f’xi ward fl-Istpar Monte Karmeli (jiġifieri mhux fil-YPU)? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kellhom età u f’liema ward kienu qegħdin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill- 1 ta' Awwissu 2014 'l hawn kien hemm 4 bniet taht it-18-il se a fil-female Ward 1. L-eta' taghhom tvarja bejn il-hmistax u sbatax il-sena.
Sptar Monte Karmeli – pazjent li ħarab minn seclusion ward
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10348, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-bord tal-Investigazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba data protection. Madanakollu l-Onor. Interpellant jista' jitlob li jara r-rapport b'mod privat.
Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ każijiet fejn il-pazjent għażel l-isptar fejn isirlu l-intervent barra minn pajjiżna (mingħajr ma jsemmi l-isem tal-pazjent)? Għal kull każ jista’ jgħid kemm ħallas il-Gvern u lil min ħallas?
Response (MIZZI, KONRAD)
F’dawn l-ahhar snin kien hemm kaz wiehed quddiem it-treatment abroad committee fejn il-pazjent ghazel sptar differenti minn dak suggerit mill-Konsulent. Peress li dan l-isptar xorta kien jaqa fl-ambitu tal-ftehim li ghandu l-gvern Malti mal-Gvern Ingliz ma sar ebda hlas.
Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ pajjiżi “fejn il-Gvern għandu ftehim” skont kif dan hu mifhum fit-tweġiba msemmija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Gvern ghandu ftehim iffirmat mal-Ingilterra u l-Italja
Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida u/jew proċeduri u/jew kriterji u/jew paramentri li jintużaw biex jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif jiġu milqugħa jew miċħuda t-talbiet tal-pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Kif diga gie spejgat fir-risposta ghal mistoqsija parlamentari 10350, iċ-ċentru jrid ikun Ċentru Publiku ġewwa pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim u li jkun ikkonfermat li l-isptar huwa ta’ reputazjoni tajba u għandu l-kapaċità neċessarja biex jofri is-servizz rikjest. Il-pazjent jiddiskuti din ix-xewqa mal-Konsulent Kuranti tiegħi li imbagħad jagħmel it-talba f’isem il-pazjent.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew kuntratti li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq bażi individwali u/jew fuq il-kumpanija/i li fiha hu involut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Dan il-kuntratt huwa kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant informazzjoni ma tistax tiġi żvelata sakemm l-individwu kkoncernat ma jagħtiex il-kunses tiegħu għall-iżvelar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif sar l-ingaġġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jiġifieri jekk saritx sejħa pubblika jew b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-proċedura nnegozjata saret mingħajr avviż ta’ pubblikazjoni minn qabel, kif awtorizzat mill-Ministeru għall-Finanzi skont ir-regolamenti dwar l-Akkwisti Pubbliċi, Avviz legali 296 tal-2010, klawsola 60.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħlasijiet kollha li saru minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq bażi individwali u/jew fuq il-kumpanija/i li fiha hu involuta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm elective surgeries fl-Isptar Mater Dei li ġew ikkanċellati bejn Jannar u Settembru 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Bejn Gunju u Settembru kien hemm 1,136-il elective surgery li giet ikkancellata. Fil-maġġoranza tal-kazijiet, ir-raġuni l-għalfejn l-operazzjoni/intervent ma jsirx fid-data bbukjata huwa għaliex il-pazjent ma attendiex jew il-pazjent ma nstabx f’kundizzjoni medika adegwata biex titwettaq l-operazzjoni/intervent.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali fil-komunità minn Awwissu 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Minn Awissu ta’ 2013 sal llum tkomplew jinagħtaw is-servizzi fil-kommunita bl-għan li jitnaqqas il-bzonn li l-pazjenti jirrikorru għall-kura ġewwa l-isptar Monte Karmeli.
MENTAL HEALTH CLININCS - : Cospicua
Paola
Floriana
Qormi
Mtarfa
Il-ħames
Mental Health Clinics
komplew joffru servizz kemm ta’ tobba kif ukoll servizz iktar specjalizzat mgħoti minn speċjlisti fil-qasam tal-Kura Mentali. F’kazijiet oħra saru
Home Visits
minn membri tat-tim multidixxiplinarju, waqt li pazjenti oħrajn attendew għall- I
ndividual Sessions.
Permezz ta’
Roaming Team
ingħata dan is-servizz ukoll fiċ-ċentri tas-saħħa ġewwa l-Mosta u l-Gżira. L-għan ta’ dan it-tim huwa li s-servizz provdut jiġi esti għal-postijiet oħra fosthom l-akwati tal-Mosta u Gżira. Is-Servizz li jingħata huwa simili għal dak li jiġi provdut fil-
healthcentre
suindikati.
Ta’ min wiehed isemmi illi bħala servizzi ma jingħatawx biss lill pazjent innifsu izda wkoll lill-familjari tiegħu. Dan iservi ta’ għajnuna sabiex jifhmu aktar il-kundizzjoni tal-pazjenti u b’hekk ikunu jafu kif jistghu jkunu ta’ aktar sapport u jagħtu għajnuna lill-qarib taghhom.
Qed tingħata wkoll Edukazzjoni kontinwa lill-pubbliku ġenerali ġol-Kunsilli Lokali biex tinħoloq aktar għarfien rigward kif wieħed għandu jieħu ħsieb is-Saħħa Mentali tiegħu. Dawn
is-sessions
Informattivi u Edukattivi qed jingħataw minn
Psychiatric Nurse
fil-Kunsilli Lokali kif ukoll fic-Ċentri ta’ matul il-jum ta’ l-anzjani.
ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM : Cospicua
Paola
Floriana
Qormi
Żejtun
L-attendenza matul is-sena 2014 fiċ-ċentri ta’ matul il-jum kompliet tizdied fil-maġġoranza ta’ dawn iċ-ċentri. F’dawn ic-centri persuna takkwista l-kapaċitajiet biex terġa tintegra u tgħix b’mod indipendenti fil-kommunita. Iċ-Ċentri joffru kemm
Group Sessions
kif ukoll
Indivual Sessions
u kif ukoll jorganizza numru ta’
Outings
matul is-sena. Dawn kienu jinkludu visits immirati li jipromovu l-ezercizzju fiziku, hargiet kulturali bhal hargiet sa esibizzjonijiet, hargiet lejn libreriji, picnics u hikes u bosta hargiet ohra.
Fl-Individual Sessions
pazjent jingħata nformazzjoni dwar il-kundizzjoni tieghu, it- trattament li qed jircievi inklu¿ xi
side-effects
tal-pinnolli) u
copings skills
li għandu bzonn biex itejjeb il-kwalita tal-ħajja tiegħu. Din
is- session
issir minn membri multidixxiplinarji fosthom
Social Workers, Occupational Therapists, Psycholigist u Psychiatric
nurse skond il-htiega ta’ l-individwu. F’dawn is-sessions jigi mqajjem gharfien fejn l-individwu jitghallem kif jgharaf s-sintomi tal-marda. Dawn is-sessions jghinu wkoll sabiex il-persuna titghallem tevita affarijiet li jgaghluwha thossha aghar. Ezempji ta’ dan huma: Sistwazzjonijiet ta’ Stress u uzu ta’ Alkohol u droga. L-indivdwu jigu wkoll edukat dwar l-importanza li jzomm kuntatt regolari mal-psikjatra u li jiehu l-medicina kif giet preskritta.
Fil-Group sessions
– Trattament huwa simili ta’ dak li wiehed jircievi fl-Individual Session bid-differenza li jkunu fi grupp li ġeneralment ikollhom l-istess kundizzjoni. Dan isibuh ta’ għajnuna kbira għalijhom minħabba l-fatt li meta jkunu fi grupp jindunaw li mhux waħidhom b’din il-kundizzjoni u b’hekk jgħamlu kuraġġ lil xulxin.
F’dawn is-sessions kemm fl-Individual kif ukoll fil Group sessions jgħinu lill-individwu sabiex jgħollu s-
self-esteem
tagħhom kif ukoll jiġu mħarrġa ta kif għandhom jikkontrollaw l-effetti tal-kundizzjoni tagħhom.
Tkompla jingħata is-servizz tal
crisis
li jirċievi kemm telefonati fejn jgħati pariri u għajnuna kif ukoll jgħamel
assessments
ta’ pazjenti li jirrikorru għas- servizz ta’ emerġenza ġewwa l-isptar Mater Dei.
Fit-2014 kompla jissaħħaħ is-servizz ta’
l-Outreach
li permezz ta’ dan is-servizz pazejnti jistgħu jirċievu kura fil-kommunita. Jin¿amm kuntatt bejn il-persuna li taghmel uzu mis-servizz ul-professjonisti li anka jgħamlu
Home Visits
fid-dar tal-persuna. Fir-rigward tal-Home Visits dawn isiru principalment sabiex il-pazjent jigi mmoniterjat u ssaportjat b’mod regolari sabiex jigu identifikati b’mod immedjat sinjali ta’ rkadenza. B’dawn il-visti wiehed jista jara li l-pazjent qieghed jiehu l-kura regolari hekk kif tkun preskritta minn ghand il-konsulent. Fejn hemm in-necessita il-pazjent jigi muri kif juza l-pill boxes kif ukoll jigi mfakkar ghall-kull appuntament li jkollu skedat.Fejn tinhass il-htiega, jista wkoll jigi kkumpanjat minn Health Care professional. F’dawn il-visti il-pazjent jigi wkoll mghejun f’attivitajiet tal-hajja ta’ kuljum bhall- xiri, zamm u kontroll ta’ finanzi personali u kif wiehed jista jtejjeb il-hajja socjali tieghu. ( Dawn kollha jghinu lill-pazjent u l-familjari taghhom sabiex ikollhom kwalita ta’ hajja ahjar
). F’certu cirkustanzi dawn il-visti jistghu jsiru wkoll fuq il-post tax-xoghol ta’ l-individwu jew post iehor fejn ihossuwhom komdi huma.
Issa li daħlu fis-seħħ il-provedimenti kollha tal-Att dwar is-Saħħa Mentali, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10054 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-operat tal-Gvern fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qiegħed inpoġġi l-organisation chart fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b’xejn minn sptarijiet/ċentri tas-saħħa/faċilitajiet oħra minn Ġunju 2014 sa Ottubru 2014 u jaqsam din l-informazzjoni skont minn fejn tqassmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li minn Mater Dei tqassam total ta' 13,281- il siringa, mill-isptar Monte Karmeli tqassmu 18,940 filwaqt li mic-centri tas-sahha tqassmu kif gej:
Centru tas-Sahha
Siringi mqassma bejn Gunju u Ottubru 2014
Furjana
29700
Gzira
28978
Hal-Qormi
7500
Mosta
740
Rabat Malta
1904
Birkirkara
583
Rahal Gdid
50200
Bormla
27300
Vittoria Ghawdex
279
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10078, jista’ l-Ministru jgħid liema hu l-apparat li m’għandhux maintenance agreement in vigore fl-Isptar Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-maintenance agreements huma kollha in-vigore. Il-PUVA machine (Dermatology), liema maintenance isir regolari mill-Biomedical Section gewwa Mater Dei.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Customer care – ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-customer care tal-Ministeru in-nies ma jiġux biss biex jagħmlu l-ilmenti iżda jiġu wkoll biex jiksbu informazzjoni. Kellna talbiet ta’ informazzjoni dwar ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, installazjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi, skemi fuq bjar, każijiet ta’ inġustizzji, u każijiet relatati mal-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Director General Finance and Administration
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Director General Finance and Administration of Health fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.