Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8540 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Qlejja — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru bejn Jannar sa Ġunju fuq il-proġett ta' Wied il-Qlejja? Kemm kienet in-nefqa nvoluta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn Jannar u Ġunju 1999, tpoġġew 84 gabbjun sabiex ikomplu jissewwew is-slieħi kbar li hemm fil-ħitan tas-sejjieħ. In-nefqa totali kienet ta' Lm3,192.
Leg 9 PQ #8465 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixkerija — Tonn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet saru fuq il-kwalita' tat-tonn li ddaħħal fil-Pixkerija għall-bejgħ tal-konsumatur lokali? Meta saru u x'kienu r-riżultati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm studji differenti għaddejjin fuq it-Tonn u l-qbid tiegħu. Għaddej proġett mal-COPEMED/FAO ta' sentejn fuq iż-żona fejn jinqabad it-Tonn, il-piż, is-sess u l-eta' tiegħu sabiex naslu biex il-komunita' Mediterranea tkun tista timmaniġja aħjar is-sajd tat-Tonn. Proġett ieħor mis-Servizz Veterinarju jinvolvi monitoring tar-residwi fil-laħam tat-Tonn u meta jkun hemm ir-riżultati dawn jigu ppublikati. Numru ta' kampjuni ttieħdu minn Tonn li ma kienx tajjeb għas-suq u ser isiru testijiet fuqhom. Ir-riżultati jkunu jistgħu jingħataw meta jkunu lesti. Dan it-Tonn ma kienx kapaċi għas-suq meta saritlu l-ispezjoni.
Leg 9 PQ #8466 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixkerija — Tonn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħal tonn fil-Pixkerija matul Mejju u Ġunju ta' din is-sena? Xi grad kellu u b'liema prezz inbiegħ? Min kienu l-uffiċjali responsabbli mill-grading tat-tonn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din is-sena l-figuri tat-Tonn kienu: Average Price Mejju 108281 Kgs Lm172,622 159.4 Gunju 128311 Kgs Lm162,416 127 Fil-pixkerija ma jsirx grading u l-prezzijiet ma kienux marbutin ma grade iżda max-xahar li nqabad fiħ it-Tonn u jekk huwiex għall-esportazzjoni jew le. Grading sar fuq il-vapur li ġabu l-kuntratturi iżda dan ma kellux riflessjoni fuq il-prezzijiet għaliex il-prezzijiet kienu fissi.
Leg 9 PQ #8467 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MAC — Chillers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kellhom jitkomplew ix-xogħlijiet fuq iċ-chillers fl-MAC u meta tlestew? Kemm kienet l-ispiża nvoluta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-NAC. Fl-NAC hemm water chiller li nxtara fl-1998 mingħajr ma kienu saru l-arranġamenti għall-provvista tal-enerġija elettrika tiegħu. It-tenders għall-apparat biex jkun jista jiġi mħaddem saru din is-sena, parti mill-apparat nieqes waslet u l-parti li baqa' tasal fi żmien ħmistax -il ġurnata u wara jkun jista jibda jintuża sabiex jirregola t-temperatura ta' l-ilma tal-broodstock sabiex flimkien mal-kontrol tad-dawl inkunu nistgħu nżommu lill-dan il-broodstock ibid is-sena kollha.
Leg 9 PQ #8468 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixkerija — Tonn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx permess li dan it-tonn maqbud b'sistemi llegali ta' xbieki jiddaħħal fil-Pixkerija lokali? X'passi ttieħdu sabiex dan ikun assigurat u min kienu l-uffiċjali responsabbli għal dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tonn li ddaħħal fil-Pixkerija huwa ta' l-istess oriġini tat-Tonn li ddaħħal fil-pixkerija fl-istess perjodi fl-1997 u 1998. Li kien hemm iktar mis-snin ta' qabel kien li t-tonn kien spezjonat minn veterinarju qabel ma kien irkantat u numru ta' tonn li ma kienx kapaċi għas-suq inżamm.
Leg 9 PQ #8469 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż fuq l-overtime għal grading tal-patata fl-istaġun ta' din is-sena 1999? Kemm kienet l-ispiża għas-sena 1998, 1997, 1996?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8470 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għal basal lokali f'Mejju u Ġunju ta' din is-sena? Kemm kien fl-istess perjodu s-sena l-oħra u fl-1997?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8450 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana xi provi fuq varjetajiet taż-żriegħ saru fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'kienu r-riżultati u x'rakkmandazzjonijiet ingħataw lill-bdiewa bħala informazzjoni ġdida b'riżultat minn dawn il-provi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-Farm esperimentali l-Għammieri qegħdin isiru provi b'varjetajiet ġodda kemm fis-serrer kif ukoll fir-raba'. Fis-serer saru dawn il-provi: TADAM: 5 varjetajiet differenti biex tiġi stabilita reżistenza għal mard tal-virus (Tomato Yellow Leaf Curl Virus) kif ukoll addatament ta' dawn ir-razzez għal kundizjonijiet lokali. BŻAR: 10 varjetajiet, uħud minnhom ġodda biex jiġu provati ma dawk stabiliti għal produzzjoni fil-kundizzjonijiet lokali. BRUNĠIEL: 4 razez, tnejn minnhom ġodda biex jiġu provati ma tnejn oħra stabbiliti. ĦJAR: 4 razez ġodda biex jiġu provati għal produzzjoni għolja, addatament fil-kundizzjonijiet fis-serra u reżistenza għal mard l-aktar komuni. ZUCCHINI: Razza waħda provata għal reżistenza għal mard tal-virus (cucumber mosaic virus) li qiegħed jagħmel ħafna fuq dan il-wiċċ. BETTIEĦ: 6 razzez addatati għal produzzjoni bikrija u reżistenza għal xi mard. Nota: saru wkoll provi oħra bħal ma hija 'soil solarization' jiġifieri l-istereliżazzjoni tal-ħamrija permezz tax-xemx. Dan qiegħed issir biex jitnaqqas l-użu ta' kimiċi li l-aktar jagħmlu ħsara l-ambjent u l-'ozone layer'. Fir-raba' saru jew qegħdin isiru dawn il-provi. BASAL: 4 razzez, tnejn lokali u tnejn oħra ġodda mportati. Prova wkoll b'applikazzjoni ta' fertilizanti differenti, u anke distanzi varji ta' taħwil. PATATA: 9 razzez differenti ħafna minnhom mkabbra mill-bdiewa stess. Prova oħra b'doża differenti ta' compound fertiliżer. TADAM: 12 il-varjeta differenti ta' tadam. SWEET CORN: Żewġ razzezz differenti. BŻAR AĦDAR: Żewġ razzezz differenti. BRUNĠIEL: Żewġ razzezz differenti għal mejda jew proċessar. ŻUCCHINI: Razza reżistenti għal cucumber mosaic virus. ĦASS: Żewġ razzez. MAGħLEF: 9 tipi ta' magħlef uħud ġodda. Dawn kienu xgħir, qamħ, qaraboċċ, alfalfa, avena u piżelli, linseed, rape seed, qamħ u piżelli, u ġilbiena u qamħ. IL-Provi li jsiru fl-Għammeri jiġu mwassla lill-bdiewa permezz ta' l-Extension Service. Ħafna mill-bdiewa li jkollhom xi forma ta' problema jew jinħtieġu aktar informazzjoni iċemplu dirett l-Għammieri jew jaslu sa l-uffiċċju ta' l-Extension Service tad-distrett tagħhom. Programmi ta' tagħlim isiru wkoll fuq ir-radio u jinkitbu artikoli fil-fuljett 'Biedja u Sajd'. Ir-riżultati li saru kemm fis-serrer kif ukoll fir-raba' għadhom qiegħdin jiġu miġbura.
Leg 9 PQ #8460 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm saru provi fuq varjetajiet ta' żriegħ tal-basal mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Fejn saru, x'tip ta' varjeta' kienet u x'kienu r-riżultati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għall-istaġun 1998-99 saru żewġ tipi prinċipali ta' provi fuq varjetajiet ta' basal. L-Ewwel wieħed kien jikkonsisti bi provi ta' erba varjetajiet differenti ta' żerriegħa li huma dawn: basal aħmar u isfar lokali mqabbel ma żewġ razzez oħra mportati minn barra. Din il-prova għada ma spiċċatx għax il-basal għadu qiegħed jinqala u għalhekk riżultat sħiħ għadu ma jistax jingħata. Din il-prova saret l-Għammieri. Prova oħra kienet tikkonsisti b'applikazzjoni ta' fertiliżżanti differenti, u ta' distanzi varji ta' taħwil.
Leg 9 PQ #8461 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni agrikola — Esperimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'programm ta' esperimentazzjoni fuq produzzjoni agrikola organika sar fil-farm esperimentali tal-Għammieri mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fuq il-Farm Esperimentali l-Għammieri s'issa ma saru l-ebda prova fuq produzzjoni organika.
Leg 9 PQ #8462 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Naħal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kolonji tan-naħal reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fil-mument? Kemm huwa kkalkolat li hija l-produzzjoni? X'regolamenti ġodda daħlu fis-seħħ mill-5 ta' Settembru 'l hawn għal din l-industrija?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' kolonji tan-naħal reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fil-mument huwa 1212 kaxxi naħal u 57 qolla. Il-produzzjoni tal-għasel hija kkalkolata li ser tkun in-nofs tas-sena l-oħra kawża tan-nuqqas ta' xita din is-sena. Mill-5 ta' Settembru 'l- hawn daħal fis-seħħ l-Ordni ta' l-1999 dwar l-għasel (Ordni. Numru M40 ta' l-1999).
Leg 9 PQ #8463 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sezzjoni ta' l-Agrikoltura — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fis-sezzjoni ta' l-agrikoltura? Xi programm ta' xogħol jridu jwettqu sa l-aħħar ta' Diċembru xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fid-Dipartiment tal-Agrikoltura hemm 722 ħaddiem. Il-programm ta' xogħol huwa deskritt fl-Estimi Ġenerali għas-sena 1999.
Leg 9 PQ #8464 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beekeepers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-beekeepers u l-uffiċjali tad-dipartiment mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Meta saru u fuq liema suġġetti saru? X'mard hawn fil-mument fl-industrija tan-naħal u xi trattament qed jingħata? Kemm saru spezzjonijiet fuq il-kolonji tan-naħa? Meta saru u x'riżultati ħallew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru l-hawn in-numru ta' laqgħat li saru bejn il-beekeepers u l-uffiċjali tad-dipartiment kien hekk: F'Malta saru 5 laqgħat u f'Għawdex saru 5 laqgħat oħra. Dawn il-laqgħat saru kif spjegat hawn taħt: Malta Data Suġġett Settembru 1998 Kontroll tal-mard tan-naħal Ottubru 1998 Tnissil ta' l-irġejjen Novembru 1998 Kontroll tal-mard tan-naħal Diċembru 1998 Kura tal-marda American Foul brood Mejju 1999 Skemi ta' bejgħ ta' naħal u r-rġejjen Għawdex Data Suġġett Ottubru 1998 Tnissil ta' l-irġejjen Novembru 1998 Kontroll tal-mard tan-naħal Novembru 1998 Kura tal-marda American Foul brood Frar 1999 Problemi li jeżistu għall-beekeepers Marzu 1999 Problemi li jeżistu għall-beekeepers Rigward il-mard u t-trattament tan-naħal ma nbidel xejn dawn l-aħħar xhur. F'dan il-perjodu saru (15) ħmistax -il spezzjoni. Dawn l-ispezzjonijiet saru għand beekeepers differenti. Tnejn biss minn dawn il-beekeepers kellhom l-American Foul brood
Leg 9 PQ #8278 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7912?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul dawn l-aħħar ħames snin, ġie esportat basal fl-1997 biss meta ġew esportati 56.3 tunellati. Provi b'varjetajiet diversi ta' basal ilhom isiru fil-qasam esperimentali fl-Għammieri. Għal diversi snin jitqabblu razez ta' żerriegħa lokali ma' oħrajn ġodda importati minn barra. Fl-1997 fil-pitkalija daħal 131,123 kgs ta' Basal b'valur ta' Lm213,509 li jġib prezz medju ta' 16.27 ċenteżmi kull kilo. Il-varjeta' tal-basal li ġiet esportata fl-1997 kienet il-varjeta' lokali. Fl-1997 ġew esportati 56.3 tunnellati ta' basal. Il-bdiewa tħallsu bil-prezz ta' 10c il-kilo għal 24 tunnellata u 9c il-kilo għall 24.3 tunellata. Jirriżultali li minnħabba li l-Onor. Interpellant meta kien Ministru rtira l-liċenzja tal-esportazzjoni tal-basal għal-Olanda lill-wieħed mill-esportaturi u dan kellu jesporta l-basal lejn l-Italja bi spejjes akbar u bi prezz anqas, dan l-esportatur tilef somma konsiderevoli ta' flus. Dan l-istess esportatur għamel 'claim' quddiem l-Ombudsman dwar dan il-każ.
Leg 9 PQ #8280 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Irziezet tat-tjur — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7916?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet li saru xahar b'xahar fl-irziezet tat-tjur u l-annimali huma skond it-tabella hawn taħt: Spezzjonijiet - Irziezet tat-Tjur Sena Xahar No 1998 Settembru 24 Ottubru 31 Novemberu 26 Diċembru 34 1999 Jannar 43 Frar 36 Marzu 48 April 36 Mejju 42 TOTAL 320 Spezzjonijiet - Annimali Sena Xahar No. 1998 Settembru 288 Ottubru 217 Novembru 240 Diċembru 196 1999 Jannar 295 Frar 311 Marzu 345 April 351 Mejju 332 TOTAL 2575 L-ispezzjonijiet isiru għall-ħafna raġunijiet, problemi ta' mard jew management, identifikazzjoni ta' l-annimali, testijiet ta' surveillance tal-mard, u raġunijiet oħra bħal pariri lill-Planning Authority.
Leg 9 PQ #8448 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja u Sajd

Question

B'riferenza għat-tneħħija tal-levies ta' protezzjoni fuq is-settur tal-biedja u sajd/u l-agro industrija, jista' l-Ministru jinfurmani ma' liema kumpanniji, koperattivi, eċċ iltaqa' l-Ministru u/jew uffiċjali tad-dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jiġi spjegat lilhom il-piż li se jpoġġi fuq il-qasam tagħhom il-gvern fix-xhur li ġejjien? Meta saru l-laqgħat u x'kienu l-konklużjonijiet? Liema koperattivi qabblu u liema ma qablux?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-proposti tal-Gvern rigward il-levies fuq prodotti tal-biedja u tal-agro-industrija mportati huma ċari. Dawn il-levies jitnaqqsu gradwalment hekk kif li dawn is-setturi jibdew jibbenifikaw mill-miżuri tal-Common Agricultural Policy u miżuri oħra fuq skeda li trid tiġi negozjata mal-E.U. Il-laqgħat mall-produtturi ser jibdew isiru fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #8449 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni — Basal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'varjeta' ta' basal ġiet esportata fl-1997? Kemm kien l-ammont esportat u xi prezz ħadu l-bdiewa? X'jirriżultalu l-Ministru dwar din l-esportazzjoni u cioe kif, filwaqt li din il-varjeta' marret tajjeb ma' konsumatur, ripetutament ingħad li kienet marret ħażin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-varjeta' tal-basal li ġiet esportata fl-1997 kienet il-varjeta' lokali. Fl-1997 ġew esportati 56.3 tunnellati ta' basal. Il-bdiewa tħallsu bil-prezz ta' 10c il-kilo għal 24 tunnellata u 9c il-kilo għall 24.3 tunellata. Jirriżultali li minnħabba li l-Onor. Interpellant meta kien Ministru rtira l-liċenzja tal-esportazzjoni tal-basal għal-Olanda lill-wieħed mill-esportaturi u dan kellu jesporta l-basal lejn l-Italja bi spejjes akbar u bi prezz anqas, dan l-esportatur tilef somma konsiderevoli ta' flus. Dan l-istess esportatur għamel 'claim' quddiem l-Ombudsman dwar dan il-każ.

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartiment, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-perjodu msemmi kien hemm 38 delegazzjonijiet ministerjali u dipartimentali li b'kollox swew Lm16,788.75. Il-biljetti tas-safar inxtraw kollha mill-Air Malta plc. Lista tal-persuni li siefru uffiċjalment qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-irċevuti konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8709 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu hux qed iħallas direttament jew indirettament għal: (a) kera; (b) l-elettriku; (ċ) l-ilma; u (d) l-linji tat-telephone jew fax 237249 u 221473 ta' The International Foundation - Malta li għandha bħala indirizz uffiċjali 54, West Street, Valletta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru la ħallas u lanqas mhu qed iħallas kontijiet tas-servizzi msemmija.
Leg 9 PQ #8710 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu, jew xi parti li taqa' taħtu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament għal mobile phone numru 09492383 tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma sar ebda pagament koness ma' dan is-servizz.