Heritage Malta — Dar il-Mediterran għall-Konferenzi - Fiera tal-Ktieb
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kellhiex suċċess bis-sehem ta' Heritage Malta waqt il-Fiera tal-Ktieb ta' din is-sena li saret ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-parteċipazzjoni ta’ Heritage Malta fil-Fiera tal-Ktieb kienet waħda tajba ħafna u l-pubbliku kkonkorra bi ħġaru għall-pubblikazzjonijiet tal-aġenzija.
Użu ta’ mobile phone waqt is-sewqan — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ħarġet il-liġi l-ġdida (Jannar 2016 sal-lum) dwar l-użu ta’ mobile phones waqt is-sewqan , kemm ingħataw ċitazzjonijiet liċ-ċittadini għax dawn kienu qed iċemplu waqt li jsuqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Il- Liġi tal-uzu tal-mobile phones ġiet emendata b’effett mit- 22 ta’ Marzu 2016. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kontravvenzjonijiet maħruġa mill- Gwardjani Lokali, Pulizija u Uffiċċjali tat- Transport Malta.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokumenti PL 8217 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 466 nhar it-Tnejn 9 ta' Jannar 2017)
Buġibba – Triq ir-Rebbiegħa – parkeġġ riżervat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir infurzar mill-gwardjani lokali fuq il-parkeġġ li hemm fi Triq ir-Rebbiegħa f'Buġibba riservat għall-Persuni b'Diżabilità, liema parkeġġ però qed ikun abbużat ripetutament b'użu ħażin minn persuni li m'għandhomx fil-pusses tagħhom il-Blue Badge/Sticker ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l- Gwardjani Lokali jinfurzaw regolarment il-ligi dwar parkeġġjaw b’uzu ħazin minn persuni li m'għandhomx fil – pussess tagħhhom il – Blue Badge Sticker, fil-gzejjer Maltin u Għawdxin.
Fit-Triq partikolari imsemmija, ser isir moniteraġġ aktar frekwenti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28987, jista' l-Ministru jispeċifika kemm kienu l-ħaddiema li bbenefikaw biss minn Boroż ta' Studju minn Marzu 2013 u April 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Mhux car ghal xiex qed jirreferi ezattament l-Onor. Interpellant b’boroz ta’ studju. Jekk qed jirreferi ghal ghajnuna finanzjarja diretta sabiex jigu mhallsa (parzjalment) mizati ghall-istudji rispettivi, allura ninsab infurmat li kien hemm tmintax-il kaz ta’ dan it-tip. Impjegati ohrajn ibbenefikaw b’modi ohra imsemmija fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 28987
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28990, jista' l-Ministru jispeċifika jekk ġo Heritage Malta hemmx iktar minn Dipartiment tar-Riżorsi Umani wieħed li ma nafux bih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mistoqsija parlamentari 28990 ma kien hemm imkien indikat li qed issir riferenza għal Heritage Malta. Ikun aħjar jekk wieħed jivverifika sewwa qabel jagħmel ċerti affermazzjonijiet bla bżonn.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28990, qed nirreferi għad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani preżenti li hu mmexxi mill-Acting Human Resources Manager li jirrispondi direttament lill-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-HR waqqafx ħesrem farewell parties li kienu jiġu organizzati għal dawk l-impjegati li jkunu se jirtiraw mix-xogħol bl-età? Jekk fl-affermattiv kien hemm xi raġuni għal dan il-waqfien? Jista' jirrispondi l-mistoqsija oriġinali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-farewell parties twaqqfu peress li l-atendenza kienet tkun fqira u kien hemm sahansitra impjegati stess li ma xtaqux li jsir. Minflok l-impjegati li jkunu se jirtiraw qed jigu rikonoxxuti billi jinghataw membership card ghal access minghajr hlas ghall-muzewijiet u siti kollha ta’ Heritage Malta, u nformat li dan qed jigi apprezzat iktar.
Għawdex — Front Office tal-Visitor Services - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinżlu jaħdmu Għawdex iż-żewġ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fil-Front Office tal-Visitor Services anke jekk kienu infurmati b'dan iċ-ċaqlieq b'email mill-Acting HR Manager?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ż-żewġ ħaddiema Għawdxin ikkonċernati jmorru jaħdmu Għawdex hekk kif jimtlew iż-żewġ postijiet tagħhom f’Malta – kif diġà kien spjegat fl-istess email li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għalfejn fl-Uffiċċju preżenti tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani nħasset il-ħtieġa li ssir intrata tal-aluminium apparti l-bieb ta' barra? Jista' jgħid minn min inħadem dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm bzonn li ssir antiporta tal-hgieg peress li l-bieb ta’ barra tal-ufficcju imsemmi huwa tal-injam mastizz, mhux bhal tal-ufficcji l-ohra, li ghandhom bibien tal-hgieg. Ix-xoghol sar minn Mario Pisani u gie jiswa €967.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rikorsi b’mod elettroniku quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mill-bidu tal-2016 sal-lum? Jista' jgħid kemm saru talbiet b’mod elettroniku quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar mill-2015 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex, mill-bidu ta’ 2016 sal-lum ma ġiet preżentata l-ebda talba b’mod elettroniku quddiem it-Tribunal ta’ Revizzjoni Amministrattiva.
Fil-Qorti ta’ Malta, fir-reġistru tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar ġew preżentati s-segwenti atti
online
:
Fil- 2015 daħlu 3 Talbiet u Risposta ;
Fit- 2016 sal-5 ta’ Diċembru, daħlu 6 Talbiet
Fil-Qorti ta’ Għawdex ma ġewx preżentati atti online quddiem ir-Reġistru tat-Talbiet Żgħar.
Nieħu l-opportunità biex inħeġġeġ iktar avukati u prokuraturi legali jagħmlu użu minn dawn il-mezzi elettroniċi.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern għadu ma fetaħx kawża kontra l-GWU li kien mitlub u avżat jagħmel mill-Awditur Ġenerali fl-2015 fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt li l-GWU għandha mal-Kummissarju tal-Artijiet meta hi kriet il-bini tagħha lill-ARMS?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif jaf l-Onor. Interpellant il-pożizzjoni legali rigward iċ-ċens tal-bini msemmi fid-domanda hija kontestata u jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq artijiet oħra mogħtija b’ċens mill-Gvern għal għanijiet speċifiċi. Il-Gvern qed jagħrbel il-possibilitajiet dwar din il-kwistjoni.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tingħata t-tweġiba għat-talba li qed tagħmel sabiex hi jkollha ċ-ċittadinanza Maltija li ilha tapplika għaliha snin?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29069 u jgħid għalfejn il-Gvern għadu ma fetaħx kawża kontra l-General Workers’ Union (GWU) li kien mitlub u avżat jagħmel mill-Awditur Ġenerali fl-2015 fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt li l-GWU għandha mal-Kummissarju tal-Artijiet meta hi kriet il-bini tagħha lill-ARMS?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif jaf l-Onor. Interpellant il-pożizzjoni legali rigward iċ-ċens tal-bini msemmi fid-domanda hija kontestata u jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq artijiet oħra mogħtija b’ċens mill-Gvern għal għanijiet speċifiċi. Il-Gvern qed jagħrbel il-possibilitajiet dwar din il-kwistjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern għadu ma fetaħx kawża kontra l-GWU li kien mitlub u avżat jagħmel mill-Awditur Ġenerali fl-2015 fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt li l-GWU għandha mal-Kummissarju tal-Artijiet meta hi kriet il-bini tagħha lill-ARMS?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28973, 28477 u 28562 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kuntratti de quo huma l-istess kuntratti li ġew iffirmati fi żmien Gvern preċedenti.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-kuntratti privatament, m'għandi ebda problema li jsir dan.
Jista’ l-Ministru jgħid x’se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għal kull kunsill lokali għas-sena 2017? Jista’ jgħid kif irid iqassam, jew jekk hemmx ringfencing, għal kull kunsill lokali għal dawn l-fondi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28667 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Ċirkulari 43/2016 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali kif ukoll l-allokazzjoni kif imqassma u ngħatat diġa lil kull Kunsill Lokali mal-istess ċirkulari.
Attachments:29113 gzira.pdf29113 ghajnsielem.pdf29113gharb.pdf29113 gharghur.pdf29113 ghasri.pdf29113 ghaxaq.pdf29113 iklin.pdf29113 kalkara.pdf29113 kercem.pdf29113 kirkop.pdf29113 lija.pdf29113 luqa.pdf29113 marsa.pdf29113 zejtun.pdf29113 rabat gozo.pdf29113 h attard.pdf29113 hal balzan.pdf29113 birkirkara.pdf29113 birzebbuga.pdf29113 had dingli.pdf29113 il fgura.pdf29113 floriana.pdf29113 fontana.pdf29113 mqabba.pdf29113 msida.pdf29113 munxar.pdf29113 nadur.pdf29113 naxxar.pdf29113 paola.pdf29113 pembroke.pdf29113pieta.pdf29113 qala.pdf29113 qrendi.pdf29113 rabat malta.pdf29113 safi.pdf29113 san giljan.pdf29113 san gwann.pdf29113 san lawrenz.pdf29113 san pawl il bahar.pdf29113 sannat.pdf29113 santa lucija.pdf29113 santra venera.pdf29113 sliema.pdf29113 swieqi.pdf29113 ta xbiex.pdf29113 tarxien.pdf29113 xaghra.pdf29113 xewkija.pdf29113 xghajra.pdf29113 zebbug gozo.pdf29113 zurrieq.pdf29113 mtarfa.pdf29113 marsaskala.pdf29113 marsaxlokk.pdf29113 mellieha.pdf29113 mgarr.pdf29113 mosta.pdf29113 gudja.pdf29113_Ċirkulari 43 2016 - Allokazzjoni finanzjarja għal 2017.pdf
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern lokali, Kunsilli Lokali u dipartimenti – ħlas lill-individwi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29028 u jgħid kemm intefqu flus li ngħataw lil individwi li b'xi mod taw is-servizzi tagħhom lill-kunsill lokali, dipartiment jew segretarjat jew Ministeru, u li tħallsu mill-voti tal-istess dipartiment, segretarjat jew Ministeru, sena b'sena fl-2014, 2015 u 2016 sal-aħħar ta’ Novembru 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni ghada qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol għamlu l-voluntiera ta' Heritage Malta matul is-sena 2015? Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-policy tal-voluntiera?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma jinżammx kont formali tas-sigħat ta’ xogħol li jagħmlu l-voluntiera ma’ Heritage Malta. Ninsab infurmat ukoll li għadha ma ġietx stabbilità policy uffiċjali f’dan ir-rigward.
Heritage Malta – L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni — xogħol
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19156, jista' l-Ministru jgħid meta ħa jibda x-xogħol ġewwa l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Jista' jgħid għaliex dan ix-xogħol ġie pospost minn tal-inqas erba’ darbiet u ma bediex fiż-żmien kif kien stipulat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28234, li għamel hu stess, fejn diġà ġie mwieġeb li x-xogħol ilu li beda xhur. Ix-xogħol kien ġie pospost peress li l-ewwel darba li ħareġ it-tender ma kien hemm l-ebda offerta, fit-tieni darba ma kien hemm l-ebda offerta li kienet eleġibbli, filwaqt li fit-tielet darba saret negotiated procedure ma' dawk li kienu tefgħu l-offerta fit-tieni darba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ingaġġat żewġ Principal Curators - Phoenician, Roman and Medieval filwaqt li s-sejħa kienet għal Principal Curator - Phoenician, Roman and Medieval wieħed biss?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dan sar minħabba li kien hemm żewġ kandidati ta’ livell għoli u għalhekk ġie deċiż li jinħatru tnejn peress li d-dipartiment imsemmi għandu bżonn ta’ iktar riżorsi umani.