Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Enemalta milli jneħħi arblu ta' l-elettriku minn maġenb garaxx li qiegħed jostakola l-aċċess għal dan il-garaxx li jinsab fl-indirizz indikat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jitneħħa l-arblu ta' l-elettriku li għalih saret referenza għandu jsir dalwaqt flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx il-ħsieb li jippubblikaw airline blacklist għal raġunijiet ta' air safety kif għamlu t-Taljani u pajjiżi oħra, jew jekk humiex sejrin jistennew lill-Unjoni Ewropea tippubblika l-lista uffiċjali tagħha lejn tmiem is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi kumpens min-naħa ta' l-Enemalta għal dawk il-familji li jgħixu fil-housing estate ta' Farsina u li ġarrbu ħsarat fl-appliances tad-dar tagħhom minħabba li kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl u bdil qawwi fil-vultaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet dwar dan il-kas ghadhom ghaddejjin u ghalhekk ghadu kmieni biex wiehed jasal ghal xi konkluzjoni, li finalment tigi mwassla lill-konsumaturi ikkoncernati.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq is-substation il-ġdida fi Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi jinsabx lest peress li minn mistoqsija parlamentari dan ix-xogħol kellu jieħu madwar erba' xhur? Jista' jgħid jekk din is-substation bdietx tikkontribwixxi fil-provvista tad-dawl fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bini tas-substation fi Triq ix-Xitwa f'Ħal-Qormi tlesta u qed isir xogħol biex jiġi stallat l-apparat neċessarju. Bħalissa wkoll hija mistennija konsenja ta'cable tal-vultaġġ għoli biex din is-substation titqabbad mas-sistema tad-distribuzzjoni wara li jsiru t-trinek neċessarji. Huwa maħsub li x-xogħol kollu jitlesta fi żmien tliet xhur oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdoti Maltin li telqu minn mal-kumpannija Air Malta, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin inklużi l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħallset it-tarzna għal-leasing ta' vetturi matul l-2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Peress li l-gvern jidher li qed jerġa' imur lura għas-sistema ta' xiri ta' vetturi minflok leasing wara snin ta' din il-prattika, it-tarzna qed tikkonsidra tixtrix hi l-vetturi minflok tagħmel leasing peress li jidher li dan ta l-aħħar, cioe' leasing, huwa aktar expensive?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-Tarzna tagħmel feasibility study qabel tiddeċiedi jekk tixtrix jew tikrix vetturi. Il-kriterji jiddependu mhux biss fuq l-ammont tal-ħlas li jrid isir sew jekk tikri jew jekk tixtri, iżda wkoll fuq il-pressjoni fuq il-cash flow tal-kumpanija fi żmien partikulari meta tkun trid tittieħed id-deċiżjoni.
L-ammont li t-Tarzna ħallset għal leasing ta' vetturi huwa kif ġej:
2003 - Lm2,977.78
2004 - Lm27,356.02
2005 - Lm16,958.96
Peress li l-Gvern qal li l-qagħda finanzjarja tat-tarzna għall-ewwel sitt xhur tas-sena kienet aħjar minn dak prospettat, jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kif huwa maħsub li tkun is-sitwazzjoni sa l-aħħar ta' din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li m'inhiex saħħar jiddispjaċini li ma nistax.
Fir-ristrutturar li qed isir fit-tarzna, hemm ħsieb li s-supplies ta' materjal bħal azzar, eċċ. jkun mixtri billi ssir international tender, u dan fejn jikkonċerna xiri bi kwantita' qawwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħala parti mir-riformi li daħlu fit-Tarzna fil-programm ta' ristrutturar finanzjarju, ġie deċiż li fejn ikun possibbli t-Tarzna titlob lill-klijenti jipprovdu l-azzar neċessarju fi proġetti kbar. Dan jiffranka pressjoni ta' cash flow fuq it-Tarzna kif ukoll jisfrutta s-saħħa li ċerti klijenti kbar għandhom fis-suq tal-azzar. Din l-istrateġija qed tħalli riżultati tajbin fis-sens li t-tarzna qed ikollha tixtri ferm anqas azzar milli normalment kien ikollha bżonn tagħmel.
Għal xogħol ta' tiswija normali, il-kwantita' ta' azzar meħtieġ huwa żgħir wisq biex jiġġustifika xiri dirett mill-isteel mills billi dawn jiddiljaw biss fi kwantitajiet kbar. Għalhekk ikun jaqbel iżjed li tintuża s-sistema preżenti li jinxtara azzar minn aġenti lokali wara sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-residenti ta' Triq Pietru Felice f'Ħal Qormi ilhom erba' ġimgħat mingħajr dawl fit-triq, minkejja li dawn għamlu rapporti lill-korporazzjoni Enemalta u lill-kunsill lokali dwar din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fis-06/09/2005 fl-istess jum li l-Customer Care ta' l-Enemalta irċieva r-rapport mingħand il-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex dan l-aħħar fi Triq il-Ħarifa, f'Ħal Qormi kien qiegħed jinqata' is-servizz ta' l-ilma? X'qed isir biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-perjodu li saret il-mistoqsija parlamentari, l-estate Ta' Farzina kellu provista ta' ilma stabbli ħafna, inkluż Triq il-Ħarifa.
Jien infurmat ukoll illi fix-xhur preċedenti, minħabba xogħol ta' toroq fi Triq l-Mdina Ħal-Qormi u anke f'Ħaż-Żebbuġ, ġieli kellha tiġi sospiża il-provista tal-ilma fl-Estate kollu Ta' Farzina u inħawi oħra madwar Triq l-Imdina u anke l-Ħandaq.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk f'din l-aħħar sena l-Air Malta impjegatx xi nies? Jekk iva, meta u x'kien il-grad tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul din l-aħħar sena, jiġifieri bejn l-1 ta' Awwissu 2004 u l-31 ta' Lulju 2005, l-ingaġġ ta' nies fl-Air Malta kien kif ġej:-
Żewġ (2) Chief Officers - Awwissu 2004 u Frar 2005
Sitt (6) Trainee Technicians - Ottubru 2004
Erbgħa (4) kadetti (trainee pilots) - Jannar 2005
Żewġ (2) Avukati - Ġunju/Lulju 2005
General Manager (1) - Lulju 2005
Ħamsa u erbgħin (45) Temporary Cabin Crew (kuntratt definit) - April/Lulju 2005 u Tlett (3) Studenti Ħaddiema - Lulju 2005.
Jaf il-Ministru li qed jiġi mpurtat filigranu li mhux maħdum bl-idejn u li qed jikkompeti ma' dak maħdum bl-idejn f'Malta? X'qed jagħmel il-Malta Crafts Council dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Mellieħa — Sta. Maria Estate - servizz ta' elettriku
Question
Jaf il-Ministru li f'Dawret it-Tunnara f'Santa Maria Estate, il-Mellieħa, kulħadd jieħu s-servizz ta' l-elettriku minn fuq single phase, bil-konsegwenza li jkun hemm qtugħ regolari ta' dan is-servizz u li kull darba r-residenti qed ikollhom jagħmlu tajjeb bi spejjeż kbar biex isewwu l-ħsarat f'appliances etc., minħabba l-instabilita' tal-vultaġġ?
Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir biex din il-problema tingħeleb?
Meta se tiġi rranġata darba għal dejjem din il-problema li tikber kuljum u tkabbar il-ħsarat u l-ispejjeż għan-nies li jgħixu fl-akwata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex il-qtugħ regolari ta' l-elettriku jispiċċa, diġa nbeda u għandu jitlesta fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata x-xogħol ta' l-istampar ta' l-Air Malta? Min kien jagħmel dan ix-xogħol mill-1998 sas-sena 2004, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol ta' l-istampar ta' l-Air Malta mill-1998 sas-sena 2004 ingħata lil diversi stampaturi kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex hemm impjegati l-Enemalta li l-pagi tagħhom ma jinħadmux bħal ta' l-impjegati l-oħra, jiġifieri mill-wages section, iżda minn section oħra? Min huma dawn l-impjegati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-l-pagi ta' l-impjegati li qegħdin fuq 'Performance Agreement' qegħdin fuq il-payroll system ta' l-Enemalta iżda jitħalu mill-uffiċċju ta' Chief Finance Officer.