Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin, li tilfu r-remission u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ priġunieri li tilfu remission hu kif jidher hawn taħt:-
SenaNumruGħaliex
200153Ksur tar-regolamenti tal-ħabs
200283Ksur tar-regolamenti tal-ħabs
200349Ksur tar-regolamenti tal-ħabs
2004114Ksur tar-regolamenti tal-ħabs
2005*142Ksur tar-regolamenti tal-ħabs
*sal-5 ta’ Ottubru.
Priġunier jista’ kellu aktar minn każ wieħed matul is-sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ jingħataw il-ħabsin illum? Kemm minn dawn irrifjutaw taħriġ din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-taħriġ prinċipali fil-Faċilita' Korrettiva huwa dak akkademiku.
Isir tagħlim ta' diversi suġġetti u anke lezzjonijiet ta' lifeskills. Fir-rigward ta' snajja ma jsirux lezzjonijiet, iżda l-priġunieri jaħdmu ma' uffiċjali mħarrġa, u dawn jakkwistaw esperjenza kif ukoll jipprattikaw is-sengħa.
Fir-rigward ta' l-iskola, il-priġunieri jiġu assessjati u jitpoġġew fil-klassijiet tal-livell addatat għalihom.
Dawn l-opportunitajiet huma volontarji u għaldaqstant ma humiex obbligatorji.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti dwar reati konnessi ma' prostituzzjoni jew atti indiċenti fil-pubbliku kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
20012002200320042005*
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti fuq prostituzzjoni / atti indiċenti fil-pubbliku7910698138154
*sat-30 ta’ Novembru.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'livell ta' edukazzjoni għandu kull ħabsi llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-livell ta’ edukazzjoni tal-priġunieri hu kif jidher hawn taħt:-
Livell primarju15.44%
Livell Sekondarju76.61%
Livell Terzjarju7.95%
100%
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15677 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx xi pjan serju ta' ħidma biex jiġu rkuprati postijiet storiċi fis-swar tal-Kottonera li bħalissa huma okkupati (f'każi anke illegalment) biex ma jibqgħux jiġu abbużati u minflok jibdew jintużaw b'mod aktar adattat bħala parti mill-wirt stoiku tagħna?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant is-swar tal-Kottonera huma pjuttost mifruxa u bħas-swar l-oħra ta' Malta għandhom valur storiku kbir. Mhux ċar għal liema proprjetajiet partikolari qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant bħala li għandhom ikunu soġġetti għal xi pjan ta' rkupru fuqhom. Fil-konfront ta' xi proprjeta' li tista' tkun okkupata illegalment nista' ngħid li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, fil-limiti tar-riżorsi tagħha, tieħu dawk il-passi kollha li jkunu meħtieġa sabiex jieqaf kull abbuż li ssir taf bih.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu l-qorti persuni li għandhom degree universitarju kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin għal reati kriminali? X'kien ir-reat u x'weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx mill-Pulizija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq reati ta' child abuse kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' reati kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
20012002200320042005*
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti fuq abbuż ta’ tfal1117262230
*sat-30 ta’ Novembru.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni interdetti llum u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Digrieti mogħtija li permezz tagħhom ġew interdetti persuni minħabba mard mentali u li ġew hekk iddikjarati mill-Qorti Ċivili ġia` Sekond'Awla u tal-Qorti (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) hu ta' seba' mija u wieħed (701).
Għal dak li jirrigwardja l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ninsab infurmat li ġew ordnati 118 interdizzjonijiet (Ġurisdizzjoni Volontarja) minħabba mard mentali u interdizzjoni waħda għal ħames snin minħabba skrittura falza.
Infurmat ukoll li ma tinżammx statistika ta' persuni interdetti fil-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali (Malta).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie rrapportat serq fil-Għargħur fix-xahar ta' Novembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Novembru ta' din is-sena, il-Pulizija kellha tlett rapporti ta' serq fil-Għargħur. Tnejn kienu jirrigwardjaw serq minn residenzi, filwaqt li l-ieħor kien dwar serq ta' kurrent elettriku.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara meta se titħallas persuna minn Ħal Tarxien li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tal-bini li kien waqqa' il-gvern fi Pjazza Repubblika, Ħal Tarxien?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-bini li kien ġie esproprjat fi Pjazza Repubblika Ħal Tarxien sabiex jitwaqqa bħala slum clearance kien jikkonsisti f'diversi fondi, l-Onor. Membru huwa mitlub jagħti aktar dettalji tal-fond li ġie esproprijat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jistax jinxtara mill-inkwilin, jew jekk hux marbut taħt il-liġi tal-possession and use?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Membru jinsab fuq proprjeta' li ġiet esproprjata bit-titolu ta' pussess u użu u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilin.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jistax jinxtara mill-inkwilin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Membru jinsab fuq proprjeta' li ġiet esproprjata bit-titolu ta' pussess u użu u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilin.
Peress li ftit ilu kont ġejt mgħarraf li kien se jsir xi xogħol ta' manutenzjoni fuq il-garage Nru 10 San Ġwann t'Għuxa, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser jsir dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8205, il-każ kien ġie riferut lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni li huwa responsabbli minn tiswijiet fuq proprjeta' mhux residenzjali tal-Gvern. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq moħqrija ta' annimali u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti disa' persuni fuq reati relatati ma' moħqrija ta' annimali. Sitta kienu liberati, tnejn li l-każijiet tagħhom għad m'humiex deċiżi, filwaqt li wieħed ġie immultat Lm20.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid f'Awissu, Settembru, Ottubru u sal-15 ta' Novembru 2005 kemm-il persuna taħt l-eta` permessa mil-liġi nstabet f'post ta' divertiment fejn jinbiegħ l-alkaħol? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita` barranija? Jista’ jagħti l-figuri għal kull xahar separatament? Jista’ jgħid ukoll x' passi ttieħdu kontra s-sidien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Awissu u l-15 ta' Novembru ta' din is-sena, il-Pulizija sabet 16-il persuna taħt l-eta' ta' sittax-il sena, kollha ta' nazzjonalita' Maltija, f'postijiet ta' divertiment. Dawn kienu għaxra matul ix-xahar ta' Awissu, filwaqt li s-sitta l-oħra nstabu matul ix-xahar ta' Settembru. B'riżultat ta' dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra ħames persuni responsabbli mill-postijiet ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu barranin il-qorti din is-sena, xahar b'xahar, u x'kien ir-reat f'kull każ? Ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, il-Pulizija ressqet 419 persuna ta’ nazzjonalita’ barranija quddiem il-Qorti, kif jidher hawn taħt:
JannarFrarMarzuAprilMejjuĠunjuLuljuAwissuSettembruOttubru
203527245438272513534
Fost in-nazzjonalita’ kien hemm dawn il-pajjiżi:-
Algeria, Awstralja, Awstrija, Belġju, Bulgaria, Cameroon, Canada, China, Ċipru, Congo, Croatia, Danimarka, Eġittu, Eritrea, Ethiopia, Fillipini, Franza, Ġermanja, Ingilterra, Iraq, Irlanda, Italja, Ivory Coast, Jordan, Khazastan, Korea, Libja, Marokk, Nigeria, Olanda, Palestina, Repubblika Ceka, Russja, Rumanija, Serbia, Sierra Leone, Skozja, Slovenja, Somalia, Spanja, Stati Uniti, Sudan, Svezja, Syria, Turkija, Tuneżija, Ukranja, Uzbeikistan u Jugoslavia.
L-akkużi kienu jinkludu serq, offiża fuq il-persuna, omiċidju, frodi u falsifikazzjoni, pussess/traffikar ta’ droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, kontravenzjonijiet tar-Regolamenti tat-tipjip u ksur tal-liġi ta’ l-Immigrazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex se ssir xi gabbana jew xi ħaġa oħra ta' bini fil-ġnien tal-Gżira? Kif ħareġ il-permess u kif intgħażel il-kerrej? X'se jsir? Meta ħarġet it-tender u kemm intefgħu tenders?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-ġnien tal-Gżira ġiet mikrija biċċa art ta' 20 metru kwadru biex tinbena gabbana. L-art ġiet mikrija lil l-ogħla offerent wara sejħa għall-offerti li dehret fil-gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' April 2004 permezz ta' Avviż Nru. 80. Kien hemm sitt offerti b'kollox u l-gabbana trid tinbena skond il-permess tal-M.E.P.A.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji jew attentati ta' suwiċidji din is-sena kull ġimgħa? X'sess u x'eta' kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif disponibbli dwar suwiċidji/attentati ta’ suwiċidji bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru 2005 hu s-segwenti:-
SuwiċidjiNisaIrġielTotal
Attentati
Kommessi10
212
1322
15
Total122537
Infurmat ukoll li l-etajiet ta’ persuni konċernati kienet tvarja bejn 11-il sena u 95 sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjegalna x'inhuma d-diffikultajiet li jridu jingħelbu qabel l-art li hemm ħdejn is-swar tal-Fgura tiġi devoluta?
Minħabba li f'din l-istess art hemm maħsub li jsir 5-a-side synthetic pitch u saret talba mill-Fgura Utd. Football Club, jista' jgħid jekk hemmx xi diffikultajiet f'dan ir-rigward?
Fid-dawl li anke s-south local plan jindika li din l-art trid tiġi żviluppata f'park sportiv, x'inhi d-diffikulta' li ssir din id-devoluzzjoni, jew ifisser li s-south local plan hu żbaljat? Jista' jgħid min hu responsabbli jekk minħabba dewmien żejjed ser jintilfu grants mill-MFA lil Fgura Utd. FC sabiex jinbena l-5-a-side football pitch?
Jekk minħabba d-diffikultajiet li hemm id-devoluzzjoni ma tistax tingħata u l-iżvilupp tal-ground ma jseħħx, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ser isir minnha din l-art?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Fgura United Football Club diġa' għandu permess ta' encroachment fuq il-futbol ground li hemm ħdejn is-swar tal-Fgura. Infurmat ukoll li l-klabb kien talab li jingħata ċens fuq l-istess ground. Kienet għaddiet riżoluzzjoni tal-Parlament f'dan is-sens iżda mbagħad il-Klabb naqas li jersaq għall-iffirmar tal-kuntratt. Jidher li issa l-Klabb qed jitlob biċċa art oħra biswit l-istess ground sabiex jikkonvertiha f'synthetic pitch. Taħt l-Att dwar l-Iżvilupp dan jinħtieġ permess mingħand il-MEPA. Il-Klabb ġie verbalment infurmat b'dan iżda sa issa ma jidhirx li tali permess ġie ottenut.
Sadanittant ta' min wieħed igħid li, abbażi tal-provvediment li kienu ġew introdotti bl-Att dwar l-Isports, minn Mejju tal-2005 ir-responsabbilita' dwar talbiet għal proprjeta' tal-Gvern minn għaqdiet sportivi għaddiet għand il-Kunsill Malti għall-Isport li mbagħad jikkonsulta mat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern dwar il-qies ta' l-art u t-tip ta' allokazzjoni li tkun tista' tingħata. Dwar il-każ tal-FUFC il-proċess ikun jista' jitkompla meta dan jissottometti kopja tal-permess tal-MEPA lill-Kunsill Malti għall-Isport.